Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674
aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum F'Malta terz tal-ħaddiema fis-settur privat huma barranin MATTHEW FARRUGIA Filwaqt li mhux okkażjoni rari li wieħed jisma' kif Malta għandha bżonn aktar ħaddiema għas-settur privat, f 'pajjiżna madwar terz tal-ħaddiema fis- settur privat huma barranin u it aktar minn nofshom ġejjin minn pajjiżi 'il barra mill- Unjoni Ewropea. Dan skont ċifri li ġew ippubblikati fil-Parlament wara mistoqsija Parlamentari mill- Kelliem tal-Oppożizzjoni għas- settur Marittimu u x-Xogħol, Ivan Castillo lill-Ministru għall- Finanzi u x-Xogħol, Clyde Carurana. Hawn ġie nnutat li b'kollox hawn madwar 310,000 ħaddiem fis-settur privat, li minnhom madwar 36,000 huma persuni ġejjin minn stati membri tal- Unjoni Ewropea u madwar 69,000 huma persuni ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea. Il-ħaddiema barranin ilhom fiċ-ċentru ta' diskussjoni wiesa f 'Malta u Għawdex għal numru ta' xhur. Dan hekk kif fi Frar li għadda miċ-Ċensiment nazzjonali, ħareġ li l-popolazzjoni f 'Malta żdiedet b'mod rampanti, hekk kif ġiet innutata żieda ta' madwar 100,000 persuna f '10 snin biss, liema żieda hija marbuta mal-ħaddiema barranin f 'pajjiżna. Minħabba dan, bosta għaqdiet ikkundannaw il-mudell ekonomiku preżenti li wasslet għal din iż-żieda mhux sostenibbli fil-popolazzjoni, li qed twassal għal żieda fil-bini fost effetti oħra. Iżda kemm qed idumu jaħdmu f 'pajjiżna l-ħaddiema barranin? F'mistoqsija Parlamentari separata, mill-Kelliema għall- Oppożizzjoni għall-Artijiet u d-Drittijiet tal-Konsumatur Rebekah Borg lill-Ministru Clyde Caruana, kien ħareġ li numru sostanzjali ta' ħaddiema barranin bejn l-2013 u l-2023 ġew u telqu minn Malta f 'sena. Fil-fatt, kienu aktar minn 48,000 ħaddiem barrani ħallew dawn il-gżejjer fl-ewwel sena tagħhom f 'dawn l-10 snin. Dan ifisser li għal numru sostanzjali ta' ħaddiema barranin, Malta hija post temporanju għal eluf ta' ħaddiema, iżda dan ma jfissirx li l-ħaddiema mhux iħallu effett fuq pajjiżna, b'mod speċjali fejn għandu x'jaqsam mal-infrastruttura u n-nuqqas ta' integrazzjoni fost il- komunitajiet Maltin. Il-medja tal-ħaddiema barranin li ħadmu f 'Malta bejn l-2013 u Diċembru tal-2022 ħadmu it aktar minn 22 xahar b'mod kontinwu. Ħareġ ukoll li mal-91,000 ħaddiem barrani li m'għadhomx attivi fis-suq tax-xogħol, 48,000 minnhom ma damux aktar minn sena f 'Malta, u kienu biss 1,300 persuna li ħadmu tul l-aħħar deċċenju koollu qabel ma telqu minn pajjiżna. B'kollox, fl-2013 kien hawn 13,500 ħaddiem barrani, li tela' għal aktar minn 70,000 sal-aħħar tal- 2022. L-akbar qabża li saret f 'daqqa ġiet innutata fl-2018, fejn in-numru ta' ħaddiema barranin tela' b'40%, minn 29,000 għal 40,000. Għal dawn il-ħaddiema, il-paga medja tagħhom, li kienet madwar €17,000 fis-sena fl-2013, telgħet biss għal €19,900 fl-2022, liema figura ma tinkludix overtime, bonus u żidiet oħra, li tfisser li l-ħaddiema barranin f 'pajjiżna huma fost l-inqas imħallsa. Dan jidher li huwa marbut ma' bidla oħra li ġiet innutata fost il-ħaddiema f 'pajjiżna fl- aħħar snin, hekk kif in-numru ta' ġaddiema Maltin li jaħdmu xogħolijiet bl-inqas paga naqsu b'mod notevoli fl-aħħar snin. Dan hekk kif bejn l-2012 u l-2022, il-Maltin li jitħallsu inqas minn €20,000 fis-sena naqsu bi kważi terz. Jidher ukoll li dawn ix- xogħolijiet bl-inqas paga ttieħdu minn ħaddiema ġejjin minn barra mill-Unjoni Ewropa, li fl- 2012 kienu biss 3,560. B'mod evidenti jidher li l-ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea ħadu ħafna mix-xogħolijiet b'paga ta' inqas minn €20,000, hekk kif inqas Maltin bdew jitħallsu b'din ir-rata tul l-aħħar deċenju