Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 19

04 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum Titlesta l-ewwel fażi ta' rinnovazzjoni tal-Librerija Pubblika Ċentrali ta' Malta REQUEST FOR TENDER NO. 011/23 will receive offers for the following: ■ Concession of the Operation of the Bars and Trophies Lounge of the National Stadium and the Bars of the Centenary Stadium, Ta' Qali. ■ A Tender Announcement with more information can be accessed through the MFA website. ■ Closing Date: Friday, 30th June 2023 at 12:00hrs (CET). Malta Football Association, Millennium Stand, Floor 2, National Stadium, Ta' Qali ATD4000 T: +356 2338 6000 | W: www.mfa.com.mt/tenders/ F'għeluq l-40 sena mit-twaqqif tal-Librerija Pubblika Ċentrali fil-Furjana, il-Ministru għall- Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici inawgura l-ewwel fażi ta' rinnovar tal- istess Librerija Pubblika Ċentrali, b'investiment ta' €340,000. Ix-xogħlijiet fl-ewwel fażi ta' dan il-proġett kienu jinkludu r-ristrutturar fit-terran fejn saru soqfa ġodda u ttranġat l-art, ġew rinnovati l-aperturi eżistenti, ġiet installata sistema moderna ta' partitioning bil-ħġieġ biex toħloq spazji għal funzjonijiet varji u numru ta' intervenzjonijiet biex jiżguraw aċċessibbiltà kompluta għall-binja. Il-Ministru Owen Bonnici spjega li fl-aħħar 10 snin is- servizzi tal-Malta Libraries esperjenzaw bidliet sostanzjali, fosthom il-bidla tas-sistema diġitali tal-libreriji li llum tħaddan fiha 'l fuq minn 100 librerija, kemm pubbliċi, parastatali u privati, kif ukoll l-introduzzjoni tal-kotba elettroniċi b'xejn għall- membri kollha ta' kull età. "Qed isir investiment kbir favur ir-rinnovar estensiv tal- binja nnifisha li sservi bħala l-bażi amministrattiva għan- network tal-libreriji pubbliċi," qal il-Ministru Bonnici filwaqt li faħħar il-ħidma li qed issir f 'dan ir-rigward. Il-Librar Nazzjonali u Kap Eżekuttiv Cheryl Falzon tenniet li dejjem għarfu l-potenzjal kbir li għandha l-librerija u s-servizzi li toffri. Għaldaqstant, matul is- snin, tfassal pjan u bdiet titwettaq ħidma biex jiġu aġġornati kemm is-servizzi kif ukoll il-binja nnifisha. Hija spjegat li se tkompli t-tieni fażi ta' rinnovar sabiex fix-xhur li ġejjin fis-sezzjoni tal- adulti, apparti li se jsir xkaffar tradizzjonali tal-kotba, l-ispazju se jkun qed jospita wkoll reading hubs, spazju fejn il-pubbliku ħa jkun jista' jesperjenza 3D printing u Virtual & Augmented Reality, kif ukoll spazju għal korsijiet u attivitajiet edukattivi u rikreattivi regolari. Għal din il-ġurnata, Malta Libraries ħejjiet programm ta' attivitajiet għall-pubbliku b'kollaborazzjoni mas-Sezzjoni tad-Diġitizzazzjoni ta' Heritage Malta, Saving Our Blue Campaign u l-Aġenzija Nazzjonali tal- Litteriżmu. Is-Servizzi tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jinforma lill-pubbliku in ġenerali li s-Servizzi tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u tar-Reġistru Pubbliku f'Għawdex, minn-nhar l-Erbgħa 21 ta' Ġunju 2023 u nhar il-Ġimgħa 30 ta' Ġunju 2023 rispettivament, se jibdew jiġu offruti minn dan l-indirizz il-ġdid: 132, Triq Ġorġ Borg Olivier, Victoria Għawdex. Il-President George Vella jiltaqa' ma' Fra' John T. Dunlop, Gran Mastru tal- Ordni Militari Sovran ta' Malta Aktar kmieni ilbieraħ, il- President George Vella kellu laqgħa ma' Fra' John T. Dunlop, Gran Mastru tal-Ordni Militari Sovran ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta, li jinsab f 'Malta għall- ewwel darba mill-ħatra tiegħu f 'Mejju 2023. Filwaqt li laqa' lill-Gran Mastru fil-Palazz tal-Belt Valletta, il- President Vella feraħ lill-Gran Mastru għall-ħatra tiegħu. Saħaq fuq l-importanza li Malta tagħti lir-rabtiet storiċi u uniċi tagħha mal-Ordni, li huma msejsa fuq il-valuri u l-prinċipji komuni. Il-biċċa l-kbira tal-wirt arkitettoniku, kulturali u artistiku oriġina matul il-preżenza tal- Ordni f 'Malta matul il-mijiet ta' snin. Hekk kif l-Ordni jidħol f 'fażi ġdida, żied jgħid il- President Vella, żgur li ser iżomm il-vokazzjoni li kellu għal żmien twil li jaħdem favur il-morda u dawk żvantaġġati madwar id- dinja, u semma l-Ukrajna, is-Sirja u l-Afrika bħala eżempji. Min-naħa tiegħu, il-Gran Mastru Dunlap esprima s-sodisfazzjon tiegħu li jinsab Malta u rrefera għall-impenji li kellu l-ġurnata ta' qabel fil-Birgu, li kienet serviet bħala l-ewwel belt kapitali tal-Ordni. B'ħarsa lejn il-futur, il-Gran Mastru ta ħarsa ġenerali lejn il-viżjoni u l-pjanijiet tiegħu għal aktar tisħiħ tal- kuntatti ma' Malta. Saret referenza għall-possibbiltà li tingħata aktar viżibilità lill-Ordni permezz tal- wirt arkitettoniku li ħalla f 'Malta. Iż-żewġ partijiet kellhom skambju dettaljat dwar is- sitwazzjoni li tikkonċerna l-migrazzjoni irregolari fil- Mediterran, bil-Gran Mastru jwassal ir-rieda tal-Ordni li jassisti lill-awtoritajiet Maltin b'inizjattivi tanġibbli. Għal din il-laqgħa, il-President Vella kien akkumpanjat minn Ian Borg, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ. Illejla, il-President Vella ser ikun qed jipparteċipa f 'ċelebrazzjoni tal-festa ta' San Ġwann il- Battista, Qaddis Patrun tal-Ordni Militari Sovran ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta. L-attur David Walliams lura f'Malta għal avveniment b'risq Puttinu Cares mal- Mediterrane Film Festival L-attur u l-kittieb Brittaniku David Walliams ġie kkonfermat li se jkun qed jattendi l-Mediterrane Film Festival. Dan hekk kif il- Mediterrane Film Festival se jingħaqad ma' Puttinu Cares għall-avveniment, "e David Walliams Live Book Show" b'risq Puttinu Cares, li se jsir fid-29 ta' Ġunju f 'Dar il- Mediterran. Dan bħala parti minn inizjattiva bl-isem ta' 'United for Children', fejn il-flus kollha li jiddaħħlu minn dan l-avveniment se jingħataw kollha lill-Fondazzjoni Puttinu Cares Hawn wieħed jista' jieħu sehem f 'sessjonijiet ta' kant ma' Walliams, fejn se jkun hemm ukoll preżentazzjoni diretta għat- tfal. Il-biljetti għal dan l-avveniment huma bla ħlas, u wieħed jista' jsibhom minn fuq mediterrane.com nhar it-Tnejn 19 ta' Ġunju mill-4:00pm. Walliams huwa kummidjant, attur u kittieb magħruf li ħadem fuq it-televiżjoni, fiċ-ċinema u anke fil-letteratura.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023