Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674
aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum Evans Building fis-suq u l-laboratorju nazzjonali 'fuq l-ixkaffa' ... Ikompli minn paġna 1 L-ogħla offerta li rċieva l-Gvern għall-akkwist ta' dan il-bini kien propju minn Katari Hospitality Ltd għal €41 miljun. Offerti oħra kienu jinkludu dik ta' €39 miljun minn Iconic Hotel Malta, €24 miljun minn HV Hospitality, €23 miljun minn AX Group, €21 miljun minn SeaBank Hotel u €21 miljun minn Valletta Luxury Properties. Tajjeb li nsemmu li minkejja l-fatt illi dan il-bini kien maħsub illi jinbigħ biex jiġi żviluppat f 'akkomodazzjoni turistika, b'konsulenza mal-UNESCO u s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali intlaħaq ehim illi l-faċċata tal-bini ma tinbidilx u jsiru biss modifikazzjonijiet interni. Dan propju minħabba l-valur storiku li għandu dan il-bini, li nbena fl-1952 bħala laboratorju Universitarju. Eventwalment dan il-bini kien jospita wkoll lid-dipartiment tal- passaporti. Is-sorsi tal-ILLUM mhumiex imħassba fuq it-tibdil ta' dan il-bini iżda fuq il-fatt illi Evans Building għadu sa llum jopsita l-laboratorju, anke jekk dan il- bini eventwalment se jintuża għal skopjiet oħra. Din l-inċertezza qed toħloq tħassib ukoll minħabba xnigħat illi dan il-laboratorju nazzjonali, jista' jiġi trasferit fil-Medical School ġewwa Guardamangia. Dwar dan għandna nirrimarkaw l-istat diżastruż li tinsab fiha din il-binja, mhux biss estetikament iżda wisq aktar – u ta' natura aktar gravi – infrastrutturalment. Fejn se jmur il-laboratorju? Inċertezza kbira li qed toħloq tħassib Fl- 2020 omm weħlet disa' sentenzi ta' detenzjoni effettiva ... Ikompli minn paġna 1 Dawn il-figuri ma kinux konsistenti fl-aħħar snin. Dan propju għaliex is-sentenzi u n-numru ta' persuni li nstabu ħatja kienu differenti fil-każi tas-sena 2021. Sentejn ilu kienu ħames ommijiet u 31 missirijiet li ntbagħtu l-ħabs minħabba n-nuqqas ta' ħlas u aċċess tal- ulied filwaqt li żewġ missirijiet ingħataw sentenza sospiża. Kif rajna fl-2022 il-ħabs ma kienx l-unika forma ta' piena għal dawn il-ġenituri li kisru l-liġi fil- fatt fl-2020 u fl-2021 kien hemm numru ta' ġenituri li ngħataw multi. Fl-2021 kien hemm 19- il omm u 30 missier li ngħataw multi dan filwaqt li fl-2020 missier wieħed biss li weħel multa ta' €50 u ieħor li weħel ammenda ta' €50 minħabba nuqqas ta' ħlas u żewġ ommijiet biss li nstabu riut t'aċċess. Din is-sena partikolari rajna wkoll kif omm weħlet disa' sentenzi ta' dentezjoni effettiva. Proposta għall-mekkaniżmu biex il-manteniment jingħata awtomatikament Għalkemm ma rajniex konsistenza f 'kemm ingħataw sentenzi ta' priġunerija, ċanfir u multi fost oħrajn, wieħed jista' jinnota li kien hemm l-istess xejra fir-reati li jsir mil-ommijiet u dawk mil-missirijiet. F'dawn iċ- ċifri provdui l-ommijiet nstabu ħatja li ma tawx aċċess lill-ġenitur l-ieħor u li l-missirijiet ma ħallasx il-manteniment. Il-firda bejn il-ġenituri hija pjaga għas-soċjetà u magħha iġġib argumenti, ostilità u pika. Fuq kollok l-aktar persuni li se jbagħtu f 'dawn iċ-ċirkostanzi huma l-ulied. Għalhekk matul is-snin diversi persuni ipproponew mekkaniżmi biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn il-ġenituri u kemm jista' jkun ma jkunx hemm disturb fil-ħajja tat-tfal. Fost oħrajn għandna nsemmu li l- Dott Lynn Chircop Faure u l-għaqda Flimkien Missirijiet Inqumu (FMI) ippreżentaw lill-Kummissarju għat-Tfal, Antoinette Vassallo, il-working paper riċerkata minn Chricop Faure li tħaddan 100 proposta relatata mad-drittijiet tat-tfal, maqsuma fit-temi ta' prevenzjoni, protezzjoni, proċeduri u sħubijiet. Il-gazzetta ILLUM għal dawn l-aħħar sena irrapportat kemm fuq dawn l-isemmija proposti kif ukoll fuq l-aljenazzjoni tal-ġenitur f 'pajjiżna. Fil-fatt f 'intervista ma' Chircop Faure hija saħqet dwar l-importanza ta' aċċess ugwali għaż-żewġ ġenituri, fuq l-importanza tar-rappreżentanza tal-ulied - kemm fil-Qorti u anke lil hinn - u fuq ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri mal-ulied, fost oħrajn Fost numru ta' proposti, Chircop Faure saħqet li dak il-ġenitur li ma jħallasx il-manteniment b'mod repetut u mingħajr raġuni valida, minflok priġunerija għandu joħroġ 5% aktar bħala piena u mhux imur il-ħabs, "għaliex il-priġunerija żgur li mhux fl-aħjar interess tat-tfal." Proposta aktar riċenti kien dak tad-Deputat Parlamentari Amanda Spiteri Grech li waqt diskors fil- Kamra tar-Rappreżentanti it xhur ilu hija ipproponiet li meta inbeda l-proċess tas-separazzjoni, jew ġenitur ikollu l-kura l-kustodja sakemm jinbeda l-proċess, għandu jiġi stabilit mal-ewwel manteniment bażiku. Dan filwaqt li temmen li għandha titneħħa darba għal dejjem il-proċedura preżenti li wieħed iri jiaħ rikors biex jibda' jingħat l-manteniment. Spiteri Grech, konxja ta' dawn ir-realtajiet minħabba n-natura ta' xogħolha, bħala avukat tal- familja, sostniet li għandu jkun hemm awtorità effettiva li tirċievi l-manteniment hi u tgħaddih lill- parti l-oħra. Bi qbil ma' Faure hija qalet illi l-parti li tkun ikkawżat dan id-dewmien kappriċċożament, għandha tingħata penali kif ukoll ħlas addizzjonali aministrattiv apparti li jistgħu jsirulha sekwestri relattivi. Fl-aħħar snin politiċi u avukati talbu għal tibdil fis-sistemi tal-manteniment. Is-sentiment kien illi dawk li ma jħallsux il-manteniment m'għandhomx imorru l-ħabs iżda jkollhom xi forma oħra ta' piena u ħlas addizzjonali