Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 19

Il-misteru wara l-qtil ta' Albert Brian Rosso allegatament kien iddiskuta miegħu attivitajiet illegali u relatati mal-mafja. Minkejja dan iċċara li l-pulizija Maltija qatt ma rnexxielha titraċċah. Rizzo qal ukoll li t-theddid lejn Rosso qatt ma kienu jsiru b'mod dirett minn persuni Taljani iżda ikkomunikati permezz ta' Bugeja u Di Bartolo. Jekk nerġgħu immorru lura għall-ewwel jum tal-ġuri, għandna nsemmu l-fatt illi it- tieni xhud tal-ġurnata, l-eks Assistent kummissarju Michael Cassar, ukoll kien infurmat li Rosso kien qiegħed jiġi mhedded. Il-vittma kien qallu li mar Porto Palo bid-dgħajsa meta Bugeja informah li raġel Sqalli ma ridux aktar f 'dak il- post. Qal illi Rosso kien għadda xi informazzjoni lil pulizija sqalli dwar traffikar ta' drogi bejn Sqallija u Malta. Il-Pulizija tirċievi informazzjoni li Rosso inqatel fil-garaxx ta' Bugeja Toinette Cauchi qalet illi l-pulizija kienet irċeviet informazzjoni kunfidenzjali illi Rosso inqatel fil-garaxx ta' Bugeja. Meta marret fuq il- post ġie innotat li l-art kienet riċentament maħsula bil-bleach. Dan filwaqt illi l-bieb kellu marka li kienet tidher li saret permezz ta' bullet. Apparti minn hekk skont xhieda, fuq il-bejt tal-istess residenza kien hemm xi traċċi ta' munizzjon, iżda qatt ma kien ikkonfermat ta' liema tip kien. Tixhed mart il-vittma: Mary Rose Rosso Jiem qabel l-għejbien tiegħu, Rosso qal lil martu li ma tantx kien għad fadallu ħaj. Dan intqal minn Mary Rose Rosso, mart Albert, fir-raba' jum tal-ġuri. Emozzjonata Mary Rose, għalliema, saħqet li dakinhar tal-għejbien marret ix-xogħol qabel mis-soltu biex tirranġa' l-klassi. Hija qalet li ddispjaċiha li l-aħħar konverżazzjoni li kellhom kienet peremezz ta' telefonata. Dakinhar huma kienu qablu li Albert kellu jwassal lil binthom għal appuntament hekk kif ma setgħetx tagħmel użu mill-karozza tagħha. Ġara iżda li hu qatt ma tfaċċa. Qalet li l-imġieba ta' żewġha inbidlet kompletament hekk kif huwa kien inkwetat ħafna dwar it-theddid. Qalet li xi kultant tant kien inkwetat illi kien jibża' jmur ix-xogħol. Irrakontat li dakinhar tal- għejbien ma bediex iwieġeb għat-telefonati u li staqsiet lill-ġenituri tagħha biex jakkumpanjawha biex iffittxuh fir-rotta tiegħu. L-uffiċjal tas- sigurtà li kien jaħdem fiċ-ċentru tal-Akkwakultura f 'San Luċjan informaha li ma kienx rah dakinhar. Rosso ċemplet ukoll lil mart Bugeja biex tagħtiha l-indirizz tat-Taljani li kienu jaħdmu fuq id-dgħajsa tiegħu. L-attentati biex ssib lil Rosso kienu kollha ta' xejn u kien għalhekk li għall- ħabta tad-9 p.m. iddeċidiet li tmur tagħmel rapport fl-għassa tal-Pulizija ta' Ħaż-Żabbar. Mary Rose tfakkar lil ġurati f 'żewġ inċidenti partikolari li kexkxu lil żewġha. Tirrakkonta li żewġha kien qalilha li Bugeja spara lejn delfin waqt li Rosso kien qiegħed jitimgħu. Dan għamlu kompletament kontra r-rieda ta' Rosso, li dejjem kien jinsisti li ma jittiħdux armi meta jkunu fuq il-baħar, apparti l-fatt illi qal li l-munizzjoni għaddiet minn ħdejn rashu bi żbrixx. Rosso kien qalilha wkoll illi darba kien niżel fil-baħar ineħħi net li Bugeja kien għaqqad. Huwa importanti li wieħed jinnota li Rosso ma kienx jaf jgħum u qalet illi Bugeja xegħel l-iskrun. 'Kienet gidba li nies Sqallin kienu qed jiġru wara l-vittma, riedu ibeżżawh' Fil-ħames jum tal-ġuri, il- Prosekuzzjoni, magħmula minn Angele Vella u Andrea Zammit mill-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali, argumentat illi l-qtil kien "kważi r-reat perfett." L-Avuat Angele Vella qalet illi hemm biżżejjed evidenza biex iż-żewġt irġiel jinstabu ħatja "li qatlu lil Rosso fuq l-art, ħaduh fuq il-baħar u niżluh". Hija qalet li l-qtil ta' Rosso kien ilu ippjanat speċjalment minħabba numru ta' inċidenti li seħħew waqt li l-persuni msemmija u l-vittma kienu bejn sema u ilma. Fil-fatt għamlet referenza għall- istess inċidenti li semmiet mart il-vittma. "Buġeja kellu bżonn l-għajnuna ta' Di Bartolo biex jeħilsu mill-ġisem ta' Rosso u għalhekk Bugeja u sieħbu ippjanaw kollox," qalet l-avukat. Min-naħa tagħha d-difiża ta' Bugeja, magħmula mill-avukati Franco Debono u Arthur Azzopardi, Debono irribatta li ma hemm l-ebda prova li Rosso nqatel, proprju għaliex dan qatt ma nstab. Miegħu kompla l-avukat Robert Montalto, li qiegħed jirrappreżenta lil Di Bartolo, fejn staqsa kif "wieħed jista' jorbot is-senter, il-pouch u l-ħabi tal-katavru ma' Di Bartolo?" L-indirizz tal-Maġistrat Intant ilbieraħ filgħodu l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera tat l-indirizz tagħha, fil-Qorti fejn fakkrithom li l-ġurati m'għandhomx jimlew il-vojt huma u biex isibu l-ħtija irid ikollhom l-istampa ċara lesta quddiemhom. "Jekk m'hemmx l-istampa kollha, timlewx il-vojt inthom. Inthom mhux prosekuturi," qalet Scerri Herrera. L-avukat Stefano Filletti deher għall-familja tal-vittma. 07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023