Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 19

08 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet Iż-żgħażagħ, l-ekonomija u politika ġusta. Dawn huma l-aktar affarjiet għal qalb id-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello. L-ILLUM tistaqsi lil Bonello fuq kif tlaħħaq mal-ħajja ta' Membru Parlamentari u dik studenteska u kif tħajjret għal politika fost oħrajn Il-Parlamentari l-ġodda. BERNICE BONELLO X'ħajjrek tidħol għall-politika u xi tfisser il-politika għalik, speċjalment bħala żagħżugħa? Għalija l-politika hija servizz lejn ħaddieħor. Tidħol fil-politika sabiex tagħti u mhux sabiex tieħu, għalkemm tieħu xi ħaġa lura wkoll. Tieħu s-sodisfazzjon meta jirnexxilek tgħin lil xi ħadd li jkun għaddej minn ċertu diffikultajiet tal-ħajja. Kienu diversi affarjiet li ħajruni nidħol għall-politika. L-ewwel u qabel kollox, jiena trabbejt f 'ambjent politika. Dan b'mod partikolari minħabba missieri li filwaqt li huwa kunsillier fil- Kunsill Lokali tal-Fgura, ħadem mill-qrib ukoll mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u għaldaqstant dejjem kien involut fil-Partit Nazzjonalista. It-tieni fattur kien propju l-fatt illi l-politika minn dejjem kienet xi ħaġa illi tolqotni, tant hu hekk illi ta' età żgħira – jidhirli ta' xi 16-il sena – kont bdejt nattendi l-Kumitat Sezzjonali tal-Fgura u wara l-Moviment taż- Żgħażagħ tal-Partit. It-tielet raġuni għaliex dħal għall-politika kien għaliex jiena persuna li nħobb ngħin lin- nies u nemmen bi sħiħ li l-politika hija strument tajjeb ħafna biex wieħed jilħaq dan l-għan. Kif issib il-bilanċ bejn il- karriera politika u l-ħajja personali? Ġlieda kontinwa mal-ħin. Jien għadni studenta, fil-fatt bħalissa qed intemm it-tieni sena fil- Kors tal-Liġi. Dan filwaqt illi diġà gradwjat fl-Istudji Ewropej b'Masters fir-Riżorsi Umani. Inżid ukoll il-fatt li mal-istudju, għandi x-xogħol tiegħi bħala Membru Parlamentari kif ukoll niltaqa' mal-kostitwenti tat-Tieni u r-Raba' Distrett. Dawn iż- żewġ distretti għandhom numru limitat ta' Deputati Nazzjonalisti u għalhekk ix-xogħol ikollu jinqasam bejn il-it. Dan jagħmel l-affarjiet aktar diffiċli. Minkejja dan, ma naqtax qalbi u nipprova b'kull mod inlaħħaq mal-istudji tiegħi kif ukoll ninqa' nkun preżenti fid-distretti tiegħi, qrib in-nies fejn inħoss li huwa l-fortè tiegħi. Però mhux faċli. Apparti dawn l-irwoli li għandi rrid niddedika ħin għall-ħajja personali. Għad għandi 25 sena u allura rrid inlaħħaq ma ukoll mal-ħajja soċjali tiegħi. Ilni biss sena u xahar fil-Parlament u s'issa bil-ġenn kollu, irnexxieli nlaħħaq ma kollox. F'xogħlok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar f 'xogħolok? Bhala Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni, jien responsabbli mill-oqsma taż-Żgħażagħ u l-Fondi Ewropej. Iż-żewġ oqsma huma interessanti u għandhom l-isfidi tagħhom però ovvjament, bħala żgħażugħa, il- qasam taż-Żgħażagħ huwa wisq għal qalbi. Imma inhoss li dawn iż-żewġ oqsma huma sa ċertu punt kumplimentari għal xulxin u għalhekk nieħu gost naħdem fuqhom it-tnejn. Nixtieq inkompli nagħti l-kontribut tiegħi f 'dawn iż- żewġ oqsma afdati f 'idejja. Kuntenta ħafna bihom. Ġimgħa ilu bħala parti mill- istess serje ta' intervisti, il- gazzetta staqsiet lid-deputat Laburista Cressida Galea dwar xi kritika li jkollu l-gvern b'rabta mal-mudell ekonomiku preżenti, liema mudell ekonomiku jiġi anke mill-Partit Nazzjonalista. Bħala deputata żagħżugħa, x'alternattiva tipproponi għal mudell ekonomiku sostenibbli? Tħassib kbir tiegħi huwa li stħarriġ wara stħarriġ naraw ċarament kif perċentwal kbir ta' żgħażagħ Maltin jixtiequ jmorru jgħixu barra minn Malta. Infakkar li r-rata tat-twelid f 'Malta hija waħda mill-aktar baxxi fl-Ewropa, biex ma ngħidx fid-dinja. Dan ifisser li għandna żewġ problemi kbar. Ma nistgħux nitkellmu fuq mudell ekonomiku mingħajr ma nikkonsidraw il-livell tal-għixien tal-Maltin u l-Għawdxin. Ta' min wieħed ifakar fl-ambjent, fl-ispazji miuħa, fl-ispazji ta' rikreazzjoni u fis-sigurtà fil-pajjiz, fost oħrajn. Dawn lkoll huma affettwti mill- għażla tal-mudell ekonomiku li nħaddmu. Għaldaqstant bħala pajjż ma nistgħux nitkellmu fuq ekonomija mingħajr ma naraw l-istampa kollha u mingħajr ma nitkellmu b'mod ħolistiku. Fiż-żmien li l-Partit Nazzjonalista għamel fil- Gvern, irnexxilu jbiddel l-ekonomija tagħna minn waħda ta' produzzjoni ghal waħda ta' servizzi. Rajna niċċeċ ġodda ta' xogħol jiġu introdotti f 'pajjiżna bhall-gaming, is- servizzi finanzjarji, l-avjazzjoni u oħrajn. Dawn l-opportunitajiet tax-xogħol ġabu magħhom opportunitajiet ta' xogħol ta' kwalità għolja b'pagi, li dak iż- żmien it kien hawn bħalhom. Kien mudell ta' xogħol li ħafna minnu tista' taħdem online mingħajr il-bżonn li tinvadi lil pajjiżek b'influss ippjanat ta' barranin. Sfortunament mill-2013 l'hawn dan il-Gvern, mhux b'kumbinazzjoni izda bi pjan, gab lejn il-pajjiż eluf ta nies, uħud meħtieġa iżda ħafna oħrajn li sfortunatament spiċċaw abbużati jew sfruttati. Uħud minnhom ukoll spiċċaw jikkompettu mal-Maltin, fejn maltin tilfu xogħolhom u dak ix-xogħol ingħata minn barranin b'pagi irħas. Dan mhux sew imma l-Gvern Laburista għamel dan bi pjan...mela d-dnub huwa doppju. Ma dan l-isfreġju, dan il-Gvern ma ħoloq l-ebda niċċa ġdida... Niakru l-froga tal-blockchain...l- unika niċċa li aħar tant biha l-Gvern Laburista u spiċċajna bla block u bla chain. Jien irrid nara mudell ta' ekonomija b'ħafna opportunitajiet ta' xogħol ta' kwalità b'pagi tajbin. Irrid nara li jinħolqu niċċeċ ġodda għaliex dawn biss jistgħu jikkonvinċu liż-żgħażagħ jibqgħu f 'Malta. Irrid nara mudell fejn ma jkunx hemm bzonn li nibqgħu nimpurtaw eluf ta' barranin fis-sena f 'pajjiż li diġà għandu popolazzjoni ħafna iktar milli jiflaħ. Dan huwa l-mudell ekonomiku li rrid nara jien, mudell li diġà kien qed jitħaddem b'tant għaqal minn Gvern Nazzjonalista sal-2013 u li dan il-Gvern warab sabiex ġab lill-pajjiż f 'dan l-istat: Bi traffiku insapportabbli, bini kullimkien, nies fuq xulxin u bi sfregji li qatt ma jistgħu jiġu ratifikati. Ħasra kbira!! Tappella lil aktar żgħażagħ jagħżlu karriera fil-politika? Bla dubju ta xejn, iva. Il- politika hija sabiħa u nadifa. Il-politika mhijiex maħmuġa iżda huma ċertu individwi li jien niddeskrivihom bħala politiċi irresponsabbli u li m'għandhomx il-politika għal qalbhom li jħammġu l-politika. Il-politika hija l-aqwa għodda biex pajiżna jimxi 'l quddiem. Tidħol fil-politika sabiex isservi. Politiku ġust jitlef hu biex jirabaħ il-pajjiż u l-poplu tagħna. Dan kollu lili jimlini b'kuraġġ kbir u allura b'dawn il-ħsibijiet minn qalbi nawgura u nħeġġeġ sabiex ħafna iktar żgħażagħ jinvolvu ruħhom fil- politika biex ikunu ta' servizz għal pajjiżna kif ukoll għall- Maltin u l-Għawdxin kollha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023