Illum previous editions

ILLUM 25 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet Malta kellha t-tielet l-akbar żieda fl- emissjoni tas-CO2 fl-Unjoni Ewropea Malta rreġistrat it-tieni l-ikbar żieda ta' emissjonijiet tad- dijossidju tal-karbonju (CO2) fl-Unjoni Ewropea fl-2022, b'żieda ta' 4.1% aktar mill- 2021. Jixhed dan studju mill- Eurostat, li jinnota li pajjiżna huwa fost disa' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li rreġistraw żieda fl- emissjonijiet tad-CO2. L-ogħla żieda kienet innutata fil-Bulgarija li rat żieda ta' 12%, u warajha hemm il-Portugal b'żieda ta' 9.9%, filwaqt li d-differenza medja fl-Unjoni Ewropea b'rabta ma' dawn l-emissjonijiet kienet tnaqqis ta' 2.8%. Dawn l-emissjonijiet u t-tnaqqis tagħhom huma prijorità ewlenija għall-Unjoni Ewropea, hekk kif l-istati membri kollha qed jimmiraw li l-ekonomiji tagħhom ikunu newtrali mid-CO2 sal-2050. Il-Eurostat tinnota wkoll li f 'dak li għandu x'jaqsam mal-enerġija li għandha bżonn Malta għall- attivitajiet kollha tagħha, 85% minn din l-enerġija ġejja minn 'prodotti tal-pitrolju' fl-2021. Fil-fatt, hawn ġie nnutat li pajjiżna huwa t-tieni l-aktar pajjiż li jagħmel użu minn dan is-sors ta' enerġija fl-Unjoni Ewropea, wara Ċipru. Dan filwaqt li 11.7% minn din l-enerġija kienet ġejja mill-użu tal-gass naturali u 2.1% minn sorsi rinovabbli fl-2021. Il-Eurostat tinnota li l-maġġoranza assoluta (iktar minn 85%) tal- enerġija li bbażata minn prodotti tal-pitrolju kienu impurtati biss lejn Malta u Ċipru. Dan huwa marbut mal-fatt li bħal Ċipru, pajjiżna huwa wieħed żgħir b'kapaċità limitata ħafna f 'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-enerġija. Fil-fatt, l-istess Eurostat tinnota li Malta hija kapaċi biss tipproduċi enerġija minn sorsi rinovabbli. Il-bidla lejn l-enerġija rinovabbli Fid-dawl ta' dawn l-istatistiċi li jixhdu d-dipendenza li għandha Malta fuq enerġija ġejja minn barra, liema enerġija hija waħda ta' detriment għas-saħħa tan-nies u l-ambjent, wieħed eventwalment jistaqsi, "X'inhu jsir biex tiżdied l-enerġija minn sorsi rinovabbli f 'pajjiżna?" F'Mejju li għadda, Malta laqgħet konferenza bejn il- ministri kollha tal-enerġija mill- pajjiżi magħrufin bħala 'MED9', li jkopru Malta, il-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, l-Italja, il- Portugal, Franza u Spanja. Hawn tħabbar li pajjiżna qed jikkunsidra jiġġenera l-enerġija permezz ta' faċilitajiet li jiġġeneraw l-enerġija rinovabbli fuq il-baħar. Fil-fatt, hawn ġie żvelat li Malta kienet diġà għamlet konsultazzjoni wiesa dwar dan il-proġett, u tinsab fl-aħħar fażi li tiffinalizza dokument ta' politika li jiffoka fuq dawn il-faċilitajiet ta' enerġija rinovabbli. Dakinhar, il-Ministru għall- Enerġija Miriam Dalli kienet stqarret li l-fondi Ewropej għandhom ikunu ffukati fuq proġetti ta' enerġija rinovabbli li jattiraw investiment madwar diversi ibħra, fosthom il- Mediterran. Dan, skont Dalli, għandu jsir permezz ta' investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni f 'teknoloġiji ġodda li jistgħu jintużaw fil- qasam tal-enerġija, u investiment fl-infrastruttura meħtieġa għall- produzzjoni u ħażna tal-enerġija. Riċentement, rapporti fil- midja xehdu wkoll il-possibilità li fil-qasam tal-enerġija li ma tniġġisx, kulħadd jiġbed l-istess ħabel, hekk kif bħalissa hemm proposta fil-liġi tal-bini li qed tiġi kkonsultata li tgħid li kull binja ġdida jew rinovata għandha tinstalla l-panelli fotovoltajiċi u anke tagħmel użu minn "solar water heaters." Dawn ir-rekwiżiti ġodda jistgħu jidħlu fis-seħħ sas-sena d-dieħla, f 'pass li jqarreb lil Malta lejn il-miri Ewropej li jnaqqsu l-emissjonijiet, bl-għan aħħati huwa li l-ekonomija Maltija, u dik Ewropea ma jkollhom bżonn jipproduċu ebda emissjoni tad- dijossidju tal-karbonju. Pajjiżna ra żieda ta' 4.2% fl-emissjonijiet tad-dijossidju tal- karbonju fl-2022, li tfisser li Malta hija parti minn disa' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li żiedu dawn l-emissjonijiet tagħhom tul l-2022. Hekk kif it-18-il pajjiż l-ieħor fl-Unjoni Ewropea raw tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom, wieħed eventwalment jistaqsi, "x'inhi tagħmel Malta biex tnaqqas l-emissjonijiet u l-impatt tagħha fuq l-ambjent?" Malta hija dipendenti kompletament fuq l-enerġija impurtata minn barra, iżda ta' min jinnota li għandha potenzjal liemabħalu biex tkun indipendenti minn pajjiżi oħra u indipendenti mill-enerġija li tniġġes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 June 2023