Illum previous editions

ILLUM 25 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

06 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum intervista IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum 'Ma tistax tilgħab bil-ħajja ta' twassal il-punt tiegħek' ANTHEA CACHIA Għal ħafna l-baħar jirrappreżenta rilassament u trankwillità iżda għal eluf ta' refuġjati li ta' sikwiet jitilgħu fuq dgħajes wisq żgħar biex jilfħu għalihom, il- baħar jirrappreżenta xi ħaġa kompletament differenti. Għal ħafna refuġjati, il-baħar ifisser trawma, għax ma jafux hux se jergħu jimxu fuq l-art, għax ma jafux jekk sħabhom hux se jgħixu, għax telqu minn pajjiżhom u fuq kollox għax ma jafux x'se jsibu ma wiċċhom la darba jirnexxielhom jidħlu f 'pajjiż. Għal min ma jafx, din il-ġimgħa kienet il-ġimgħa iddedikata għar- refuġjati li fiha tlaqqa l-komunità ta' refuġjati f 'pajjiżna u li flimkien jaqsmu l-kulturi tagħhom ma' xulxin. Bit-tema ta' 'March for Peace' il-komunità fakkret għaliex in-nies kellhom jaħarbu minn dak kollu li hu familjari għalihom, mhux biex jgħixu ħajja komda, imma sempliċement biex jgħixu. Dwar dan, l-ILLUM titkellem ma' Mariosa Caruana l-koordinatriċi tal-Outreach fi ħdan is-Servizz tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati f 'Malta (JRS). Caruana tkellmet ma' din il-gazzetta fuq il-bżonnijiet tar- refugjati, ir-razziżmu, l-attitudni tal-poplu lejn refuġjati ta' karnaġġjon skur u taqsam ukoll ir-rabja tagħha meta refuġjati tant fil-bżonn, speċjalment dawk fil- komunità LGBTQI, jiġu riutati l-ażil għax pajjiżhom huwa "sigur". 'Ma mmorrux fl-iskejjel, nitkellmu u daqshekk. Id- diskussjonijiet ikunu anke fuq dak li jikkonċerna lill-poplu Malti' Qabel xejn tajjeb illi nsemmu li l-JRS ma nibtitx minn pajjiżna iżda hija għaqda internazzjonali li l-missjoni tagħha hi li takkompanja u sservi d-drittijiet ta' refuġjati u persuni li qed ifittxu l-ażil. Fil-każ tal-JRS f 'Malta, din taħdem fuq assistenza legali fosthom meta jkun hemm persuna li tixtieq tappella meta l-istatus tal-għażil jiġi riutat. Lil hinn minn hekk il-JRS Malta toffri wkoll serizzi psiko-soċjali, ta' social workers u għandhom għad-dispożizzjoni infermiera għal dawk fil-bżonn. Wieħed mill-aktar servizzi popolari u riċenti tal-JRS huwa dak tal-integrazzjoni, li jinkludi kif tagħlim u assistenza fuq affarjiet bażiċi u li ħafna minnha nieħdu forgranted, bħal pereżempju kif jinfetaħ kont il-bank, kif wieħed japplika għal xogħlijiet u kif issir CV, fost oħrajn. "Meta imbagħad immorru fl- iskejjel nitkellmu fuq ir-razziżmu, il-hatespeech u ħafna drabi jkollna nispjegaw ukoll min hu refuġjat, xi ħaġa verament bażika," qalet Caruana. Kompliet tispjega li l-JRS għamlet ukoll proġett ma' anzjani u adulti permezz ta' knejjes u proġett ieħor tar- rikonċiljazzjoni fejn l-għan tiegħu hu li jduru l-komunitajiet inkluż il-kunsilli lokali, parroċċi u mexxejja ta' diversi gruppi ta' immigranti biex janalizzaw dak li qiegħed jiġri fil-komunità biex tista' tittieħed l-azzjoni. "Lil Maltin inkellmuhom ukoll biex naraw x'qed idejjaqhom u x'qed jogħoġobhom. Bħalissa qed niffokaw fuq il-Marsa u l-Ħamrun," qalet Caruana. Hawn l-ILLUM tistaqsi dwar it- tħassib li jiriċievu u kif jintlaqgħu ċertu laqgħat li jagħmlu. Twieġeb illi hemm ħafna li ma jkunux konxji tar-raġunijiet għaliex refuġjat jitlaq minn pajjiżu. "Meta tisjega lin-nies ir-realtajiet li kienu qed jaffaċjaw ir-refuġjati, jibdew jimu u jempatizzaw aktar. Ikun hemm ukoll min jgħid li ma jinteressahx, oħrajn jgħidulna li għandna problema kbira bil-popolazzjoni u nbdew niddiskutu. Iż-żgħażagħ inqas diffiċli tedukahom għax għadhom qed jitgħallmu u l-iskejjel, peress li jkunu mħalltin, ikunu draw aktar. Meta niġu għal etajiet ikbar tkun aktar diffiċli biex tneħħi ċertu mentalità." Qalet illi meta jduru l-komunitajiet, li jaraw ta' spiss huwa l-fatt illi diversi anzjani jbiddlu l-perċezzjonijiet ta' refuġjat meta jsiru jafuh. "Jgħidulek għandi l-ġar veru bniedem sew għax sirt nafu. Fil- verità dak hu l-bżonn, li nagħmlu sforz li nsiru nafu l-persuna u nwarrbu l-preġudizzju." 'Il-gwerra tal-Ukrajna għenet biex in-nies jimu aktar is- sitwazzjoni' L-ILLUM twaqqaa u tistaqsi dwar il-gwerra tal-Ukrajna, partikolarment jekk il-fatt li ħafna pajjiżi Ewropej qed jagħtu l-għajnuna u jilqgħu r-refuġjati fi djarhom hux qiegħed jaffettwa l-attitudni tal-poplu Malti. Dwar dan, irrimarkat fil-pożittiv illi kien hemm bidla fil-mod ta' kif iħarsu lejn xi ħadd li qed ifittex ażil għaliex ħafna nies setgħu jaraw b'għajnejhom l-effetti tal- gwerra. "Fil-verità, hawn aktar gwerrer madwarna, iżda xi kultant ninsewhom dawn il-pajjiżi." Apparti minn hekk temmen li fil-każ tal-Ukrajna, in-nies t'hemm barra kienu aktar lesti li jimu minn persuni li, fost oħrajn, ġejjin is-Sudan. "Din hi kwistjoni ta' karnaġġjon, anke l-fat li l-Ukrajna ngħatat ċertu protezzjoni mal-ewwel. Għal refuġjati oħra li jingħataw protezzjoni mhix daqstant faċli," qalet Caruana. 'It-Tuneżija għal Malta hi sigura, imma kemm hi sigura biex persuni omosesswali jiġu ittorturati jew jintbagħtu Detenzjoni ħabs, distinzjoni bejn ir-refuġjati, Maltin imħassbin u kif 'għenet' il-Gwerra tal-Ukrajna fil-perċezzjoni tal-Maltin dwar ir-refuġjati. Dawn huma fost id-diversi affarjiet li staqsiet dwarhom il-gazzetta ILLUM lil Mariosa Caruana, koordinatriċi tal- Outreach fi ħdan is-Servizz tal-Ġiżwiti għar- Refuġjati. Dan propju fl-okkażjoni tal-ġimgħa iddedikata għar-refuġjati Il-politiċi ma jiddistingwux min hu l-barrani għax jibbenefika lilhom Mariosa Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 June 2023