Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122
ta' mijiet ta' immigranti biex 07 invervista illum • IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 l-ħabs?' Din l-intervista issa ddur fuq il-lista' ta' pajjiżi li Malta tqis li huma siguri. Hawn Caruana, b'frustrazzjoni tgħid li ħafna refuġjati jkunu għamlu dak il- vjaġġ twil u perikoluż lejn Malta għalxejn, sempliċement għaliex ikunu ġejjin minn pajjiż f 'għajnejn Malta huwa sigur, iżda fil-verità għal ċertu individwi ma jkun sigur xejn, sakemm mhux lesti li jgħixu ħajjithom b'ħafna ħabi. Din il-lista tinkludi fiha l-Alġerija, l-Awstralja, l-Benin, il- Botswana, il-Brazil, ir-Repubblika tal-Kap Verde, iċ-Ċili, il-Kosta Rika, ir-Repubblika tal-Gabon, il-Gana, l-Indja, il-Ġamajka, il-Ġappun, New Zealand, is- Senegal, l-Istati Uniti, l-Urugwaj, il-Membri stati tal-Unjoni Ewropea kollha u Membri taż- Żona Ekonomika Ewropea (EEA). Dan filwaqt li l-lista tinkludi wkoll il-Bangladexx, l-Eġittu, il- Marokk u t-Tuneżija illi lkoll ma jippermettux l-omosesswalità. "Jekk taqa' f 'dawn il-pajjiżi kważi 99% jgħidulek li għalxejn ġew pajjiżna ifittxu l-ażil u jintbagħatu lura. Hawn postijiet ikkunsidrati siguri imma imbaghad ghal persuni omosesswali mhux siguri," qalet Caruana. Issostni li n-narrattiva tal- politiċi hija tal-aħna u huma. "Għadna sa llum naraw kliem li jużaw l-awtoritajiet bħal pereżempju 'clean-up' u 'innaddfu lil Malta'. In-narrattiva tal-Gvern taffettwa ħafna kif il-poplu jirraġuna u l-politika għandha influwenza kbira f 'pajjiżna," saħqet Caruana. Kompliet tgħid li l-politiċi ma jiddistingwux min hu l-barrani "għax jibbenefika lilhom. Hemm barranin li jixtru ċ-ċittadinanza, oħrajn li jiġu Malta biex jaħdmu fuq il-kostruzzjoni, imbagħad hemm persentaġġ żgħir biss li huwa tar-refuġjati. Apparti minn hekk huwa żball illi nirreferu għar-refuġjati bħala imigrani illegali, li titlob ażil mhux illegali, huwa dritt fundamentali." 'Wasalna f 'sitwazzjoni li meta ssir xi diżgrazzja, in-nies iwaħħlu fl-immigranti talli għerqu' L-ILLUM tfakkarha f 'diżgrazzja riċenti li ġrat mhux wisq 'il bogħod minna. Kważi bħal-lum ġimgħa aktar minn 300 persuna mill-Pakistan għerqet qrib il- kosta tal-Greċja wara li ħarbet minn pajjiżha. Din il-ġimgħa smajna l-aħbar ukoll li sottomarin mimli biljunarji għereq fil- vjaġġ lejn it-Titanic. Kienu ħafna li kkritikaw lill-Gvernijiet internazzjonali hekk kif sar sforz tremend biex jinstabu l-ħames vittmi fis-sottomarin iżda li dan l-istess sforz ma kienx reċiprokat mal-Pakistani u ma mijiet oħra li għerqu ħdejn il-Canary Islands fi Spanja nhar l-Erbgħa u dawk li tilfu ħajjithom ħdejn il-kosta tal- Greċja. "Din l-istess bħal meta kellna l-każ ta' Crotone, kienu mietu 67 persuna. Dawn id-diżgrazzji jqabbdu dwejjaq kbar speċjalment minħabba li dawn jiġru ferm aktar milli nħasbu. Dik ta' Crotone stajna naraw b'għajnejna x'impatt ħalliet, b'bajja mimlija krakar tal- adulti, żraben tat-tfal, fliexken tal-ħalib tat-tfal u ħwejjeġ," qalet Caruana filwaqt li żiedet illi traġedji bħal dawn iseħħu kważi darba fix-xahar. Qalet li l-ikbar diżgrazzja mhix biss meta jintilu l-ħajjiet iżda meta l-pajjiżi tant joqgħodu jiġġieldu u jilletikaw bejniethom li jaħlu ħafna ħin. Apparti minn hekk tgħid li aktar kemm jgħaddi l-ħin aktar iżid iċ-ċans li jiġri xi ħaġa u jmutu n-nies bejn sema' u ilma. "Il-Gvernijiet qed jilgħabu bil-ħajja ta' mijiet ta' persuni fuq dgħajsa biex jaraw min se joħodhom u jwasslu l-punt tagħhom? U sadanittant dawn ir- refuġjati qishom pupu fin-nofs. Din hija diżgrazzja u diżunur kbir għalina," sostniet Caruana. Lejn l-aħħar ta' din l-intervista hija għamlet aċċenn għaċ-ċentri tad-detenzjoni u li għar-refuġjati dawn huma trawma addizzjonali u mhux neċessarja għal dawn ir-refuġjati. "Is-sistema tad- detenzjoni hi tal-biża'. Hemm min idum hemm 18-il cahar ibagħti s-sħana kiefra tas-sajf u l-kesħa kbira tax-xitwa," temmet tgħid mal-ILLUM il-koordinatriċi tal-Outreach tal-JRS Mariosa Caruana. Ritratt tat-traġedja ta' Crotone