Illum previous editions

ILLUM 25 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 19

aħbarijiet 05 IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum 'Min huwa wara din l-attività qed jabbuża mill-ammont kbir ta' pjanċi LY li qed jinħarġu ta' kull sena' MATTHEW FARRUGIA "Intilef il-kontroll. Din hija 'scam' fi skandlu li ġej min- nuqqas ta' kontroll totali." Din kienet ir-reazzjoni tal-Kelliem għall-Oppożizzjoni għat- Trasport, Adrian Delia b'rabta ma' attività qarrieqa, li fil- mira tagħha hemm persuni li jixtiequ jakkwistaw pjanċi LY. Aktar kmieni din il-ġimgħa Delia, fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook ippubblika ritratt minn 'chat' li turi persuna tipprova takkwista dawn il- pjanċi minn persuna li taparsi taħdem ma' Transport Malta, liema persuna talab €500 għal dawn il-pjanċi. B'rabta ma' dan l-ILLUM għamlet kuntatt ma' Delia, li tkellem fit-tul dwar din l-attività qarrieqa u dik li jsejjaħ bħala l-kultura li wasslet għal din it- tip ta' attività. Huwa żvela li fil- każ ta' din l-'iscam' il-ħaddiema barranin f 'pajjiżna kienu l-aktar fil-mira li jiġu misruqa, hekk kif il-persuni wara dan is-serq qiegħed jagħti 'tags' foloz biex dawk li ħallsu mingħalihom ikunu jistgħu jakkwistaw pjanċa LY. Delia stqarr li huwa mgħarraf li sa issa jidher li m'hemmx persuni fi ħdan Transport Malta involuti f 'din l-attività qarrieqa u li l-Pulizija huma mgħarrfa u involuti fl-investigazzjoni. "Min huwa wara din l-attività qed jabbuża mill-ammont kbir ta' pjanċi LY li qed jinħarġu ta' kull sena bla kontroll." Huwa għamel referenza għall-ċifri li kienu ħarġu f 'Mejju li għadda li anke ġew irrappurtati minn din il-gazzetta, li jixhdu kif In-numru ta' vetturi li qed jinħarġu b'number plates li jispiċċaw LY żdied b'mod esponenzjali mill-2013 'l hawn. Din l-informazzjoni xehdet kif fl-aħħar deċċenju seħħet żieda drastika fl-ammont ta' number plates ta' dan it-tip li qed jinħarġu sena wara oħra, bl- akbar żieda notevoli tkun bejn l-2021 u l-2022, fejn in-numru ta' LY plates żdied b'aktar minn 75%. Adrian Delia tkellem fit-tul dwar dak li sejjaħ "abbuż minn Transport Malta" li wassal għall- ħruġ bl-addoċċ ta' dawn il- pjanċi. "Suppost, meta wieħed japplika għal pjanċa LY, ikollu garaxx, biex jipparkja l-karozza fiha meta din ma tkunx qed tintuża," spjega Delia, hekk kif huwa illegali li wieħed jipparkja vetturi b'din il-pjanċa fit-toroq. "Jien nistieden lil kulħadd biex imur jimxi għal kwarta jew 20 minuta madwar ir-raħal tiegħu. Hemm ċans kbir li jekk wieħed joqgħod attent meta jimxi jara numru ta' karozzi b'dawn il- pjanċi pparkjati barra kif mhux suppost," saħaq Delia, filwaqt li reġa' rrimarka li sitwazzjoni bħal din hija kawża ta' abbuż sfrenat. Id-Deputat Nazzjonalista kkritika l-fatt li dan l-ammont sostanzjali ta' karozzi b'dawn il- pjanċi qed iwasslu għal problemi kbar fit-toroq Maltin. Huwa jinnota, "kif jista' jkun li persuna barranija li m'ilhiex tgħix Malta għal żmien twil tingħata din il- pjanċa mingħajr ma tkun taf it- toroq Maltin?" Delia anke għamel referenza għal episodju riċenti li nxtered mal-midja soċjali, hekk kif filmat juri xufier ta' taxi jgħabbi passiġġier mill-bagoll ta' karozza f 'nofs ta' triq. Apparti minn hekk, huwa spjega kif minħabba dan in-numru kbir ta' xufiera fi gżira żgħira, ix-xufiera jkollhom ferm inqas negozju għalihom, hekk kif ikollhom jaqsmu l-passiġġieri bejn numru kbir ta' ħaddiema. "Xufier li kien jaħdem f 'Malta ftit snin ilu seta' kellu 10 vjaġġi kuljum, imma issa jkollu xorti jekk ikollu tlieta." Adrian Delia għalaq b'messaġġ politiku, hekk kif stqarr li filwaqt li "intilef il-kontroll", saħaq fuq il-bżonn li dawn it-tip ta' pjanċi ma jingħatawx kif ġie ġie, hekk kif dawn jistgħu joħolqu periklu fit-toroq Maltin u Għawdxin. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kelliem għall-Oppożizzjoni għat- Trasport, Adrian Delia dwar 'scam' li kien tkellem fuqha fuq il-midja soċjali. Hawn huwa stqarr li din tista' sseħħ minħabba l-kaos marbut mal-pjanċi LY u kif dawn qed jingħataw 'bl-addoċċ' Il-Kelliem għall- Oppożizzjoni għat-Trasport Adrian Delia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 June 2023