Illum previous editions

ILLUM 2 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 19

aħbarijiet 05 IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU ◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €270,000,000 fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €130,000,000) MALTA GOVERNMENT STOCKS STOCK TAL-GVERN Il-prezz għal kull Stock elenkat f' (i) u (ii) li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal- pubbliku għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, 6 ta' Lulju 2023 u jkun ibbażat bejn wieħed u ieħor fuq il- prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mid-Dipartiment tal- Informazzjoni (DOI). _______ Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €270,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn l-istocks: Ghall-membri tal-pubbliku: Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €130,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut. Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewg stocks li qegħdin jiġu offruti, jiftħu t-Tnejn, 10 ta' Lulju 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 12 ta' Lulju 2023. Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, 14 ta' Lulju 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt mill- Ġimgha, 7 ta' Lulju 2023. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni. (i) 3.55% Stock tal-Gvern ta' Malta (Il-Ħames Ħruġ) li jimmatura fl-2026; (ii) 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta (L-Ewwel Ħruġ) li jimmatura fl-2038. (i) 3.55% Stock tal-Gvern ta' Malta (Il-Ħames Ħruġ) li jimmatura fl-2026; (ii) 3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta (It-Tielet Ħruġ) li jimmatura fl-2033. Ghall-investituri wholesale: L-ADPD jitlob investigazzjoni dwar allokazzjoni ta' fondi Ewropej Iċ-Chairperson tal-ADPD, Sandra Gauci, sejħet għal investigazzjoni marbuta mal- allokazzjoni ta' fondi Ewropej, li jqajmu suspetti dwar jekk dawn jingħatawx skont il-ħtiġijiet, jew minħabba influwenza politika u qrubija ta' familji. Waqt konferenza tal-aħbarjiet f 'Tas-Sliema s-Sibt, flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal- ADPD, Dr Ralph Cassar, intqal li meta pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea bħala stat membru, bosta kienu dawk li joħolmu fost oħrajn bl-introduzzjoni ta' drittijiet ċivili li jimmodernizzaw is-soċjetà Maltija. Cassar qal li ħolma ta' bosta kienet ukoll li Malta ssir tixbaħ aktar meritokrazija, iżda ntqal kif, "sirna esperti ta' kif nakkwistaw fondi anke meta dawn ikunu frott ta' kunflitt ta' interess u xi drabi jispiċċaw abbużati." Hawn ġie nnutat kif l-Uffiċċju tal-Prokuratur Pubbliku Ewropew biss fetaħ 14-il każ kontra Malta dwar dak li għandu x'jaqsam ma' frodi minn fondi tal-UE stmati li jammontaw għal-aktar minn €123.5 miljun. Waqt il-konferenza tal-aħbarjiet, intqal ukoll kif il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista li tela' fl- 2013, tela' bil-wegħda li kienu se jneħħu jew inaqqsu l-pjaċiri, iżda ġie nnutat li llum il-ġurnata, "tinduna li dak ma kien xejn għajr gideb u kliem fierah biex jikkapparraw il-poter: poter li issa wara aktar minn 10 snin tela' għal rashom u qegħdin jistħajluhom 'il-fuq minn kull liġi u awtorità." Min-naħa tagħha, Sandra Gauci stqarret li fondi Ewropej għandhom jintużaw bil-galbu bħal kif għandhom jintużaw fondi pubbliċi, b'mod speċjali f 'dan iż-żmien fejn ħafna qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal- ħajja u jaffrontaw il-kriżi tal- enerġija li ħatfet kontinent sħiħ. B'hekk, stqarret Gauci, l-abbuż fl-użu tal-fondi huwa ħafna iktar inaċċettabbli. Hawn saret referenza għal każ li jinvolvi l-Ministru għall- Agrikoltura Anton Refalo, hekk kif intqal li, "ir-rivelazzjoni li madwar €270,000 f 'fondi tal-UE ingħataw lil kumpanija proprjetà ta' mart il-ministru, Michelina Refalo, għall-iżvilupp ta' lukanda "yoga-meditation" ma tħalli l-ebda għażla ħlief li titlob investigazzjoni bir-reqqa dwar din il-kwistjoni." Każ ieħor li ssemma kien dak li jinvolvi kumpanija tat-tlett itfal tal-eks MEP Louis Grech li ngħatat għajnuna ta' €450,000 minn fondi Ewropej, liema applikazzjoni għall-fondi saret meta missierhom kien għadu MEP. "Aħna bħala ADPD imħassba dwar dan kollu u nitolbu li ssir investigazzjoni serja dwar kif ingħataw dawn il-fondi, u jekk kienx hemm abbuż fl-allokazzjoni kif ukoll jekk ġewx aġevolati nies ta' ġewwa u familjari," temmet tgħid Sandra Gauci.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 July 2023