Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085
Malta hija meqjusa bħala mudell fil-qasam tad-drittijiet ta' persuni LGBTIQ+ mill-Ministru Spanjola għall-Ugwaljanza Irene Montero. Dan intqal waqt laqgħa bilaterali bejn Montero u s-Segretarju Parlamentari għar- Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg f 'Madrid. Hawn, id-drittijiet ta' persuni LGBTIQ+ kienu fuq nett tal- aġenda, flimkien EuroPride Valletta 2023, li se jsir f 'Settembru li ġej. Waqt il-laqgħa, Buttigieg stqarret kif il-Gvern huwa sodisfatt li kien preżenti għall-Pride March ta' Madrid, li hija fost l-ikbar avvenimenti tax-xorta tagħha fid- dinja. Dan serva għal opportunità ta' promozzjoni għall-EuroPride ta' din is-sena kif ukoll sabiex Malta tiċċelebra l-kisbiet tal-komunità LGBTIQ+. F'Madrid, Buttigieg stqarret kif, "F'Settembru li ġej bi ħsiebna nagħtu importanza kbira lill-ħidma favur l-inklussività u d-diversità fir-reġjun tal-Mediterran li Malta u Spanja jagħmlu parti importanti minnu." Hawn hija tkellmet ukoll dwar it-tnedija tat-tielet strateġija nazzjonali dwar id- drittijiet LGBTIQ+, li sar b'emfasi fuq inizjattivi marbuta mal- edukazzjoni, biex b'hekk tiżdied il-kuxjenza dwar dan is-suġġett, u l-mibgħeda tiġi miġġielda minn età żgħira. Min-naħa tagħha, il-Ministru Spanjola tkellmet dwar il-progress li wetqet Malta fl-aħħar snin f 'dan is-settur, tant li Spanja spirat ruħha minn liġi li ġiet introdotta f 'Malta riċentament. Filwaqt li rrikonoxiet lil Malta bħala mudell fid-drittijiet LGBTIQ+, Montero qalet li Spanja addottat il-leġiżlazzjoni kontra l-prattiċi ta' konverżjoni wara li ispirat ruħha mill-aqwa prattiċi li introduċiet Malta. Issa, Montero stqarret li Spanja qed taħseb sabiex tikkollabora ma' Malta fuq qasam ieħor, hekk kif il-Gvern Spanjol qed iħares biex ikunu esplorati mezzi kif jista' jitjieb ir-rikonoxximent tal-ġeneru fi Spanja. Apparti l-ħidma fis-settur ta' nies LGBTIQ+, il-laqgħa ffukat ukoll dwar il-miżuri li qed jitwettqu fil-pajjiżi rispettivi biex tkun indirizzata l-isfida tal- vjolenza domestika. Fost oħrajn, iddiskutew l-introduzzjoni riċenti ta' liġi f 'Malta li tagħti ċ-ċans lil persuni jiċċekkjaw jekk is-sieħeb jew sieħba tagħhom kienux instabu ħatja fuq vjolenza domestika fil-passat. Ġie diskuss ukoll l-irwol tan-nisa fil-politika u l-isfidi li jaffaċċjaw, b'mod speċjali minħabba l-attakki lejn in-nisa involuti fil-politika u l-attiviżmu. Issa la Spanja assumiet il- Presidenza tal-Kunsill tal- Unjoni Ewropea, Montero u Buttigieg ikkomettew ruħhom li se jaħdmu iktar flimkien sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet umani u jsaħħu l-ugwaljanza. 20 IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet Spanja tħares lejn Malta bħala mudell fid- drittijiet ta' persuni LGBTIQ+