Illum previous editions

ILLUM 2 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 19

Wieħed mill-kotba li meta taqrah iġġib ġo fik simpatija, ħniena, kif ukoll rabja u swied il-qalb hu Les Miserables tal-awtur rinomat Franċiż, Victor Marie Hugo. Dan kien wieħed mil-aqwa figuri tar-romantiċiżmu Franċiż. Hugo kien poeta, novelist u speċjalment drammatist. Hu twieled f 'Besancon nhar is-26 ta' Frar 1802 u miet ta' 83 sena f 'Pariġi fit-23 ta' Mejju 1885. L-istorja ta' dan il-kapulavur li tant tmiss il-qlub, fiċ-ċinema minn dejjem kienet popolari. Mill-bidunett tal-film mutun, meta t-tul ma kienx ikun itwal minn 10 minuti, dan ix-xogħol letterarju nħadem għal fuq il- liżar il-kbir madwar 55 darba. Fost l-aqwa, nsibu:- 1935 – Les Miserables, dirett minn Richard Boleslawski. Jaħdmu fih Frederic March, Charles Laughton, Florence Eldridge u Rochelle Hudson. 1948 – Il-produzzjoni Taljana, I Miserabili dirett minn Riccardo Freda bl-atturi Gino Cervi u Valentina Cortese. 1952 – Les Miserables, dirett minn Lewis Milestone. Jidhru fih Michael Rennie, Robert Newton, Sylvia Sidney, Debra Paget u Cameron Mitchell. 1978 – Les Miserables, magħmul għat-TV Brittaniku, dirett minn Glenn Jordan, bl-atturi Richard Jordan, Anthony Perkins, Angela Pleasance, Caroline Langrishe. Dawn hawn Malta kien ħareġ għaċ-ċinema u ntlaqa' tajjeb. 1998 – Les Miserables dirett mid-Daniż Bille August u fih jaħdmu Liam Neeson, Geoffrey Rush, Uma Thurman u Claire Danes. 2012 – Les Miserables, l-adazzjoni mużikali għaċ- ċinema mill-produzzjoni ta' fuq il-palk. Id-direttur hu Tom Hooper bil-partijiet ewlenin imorru għand Hugh Jackman, Russell Crowe, Anne Hathaway, Amanda Seyfried u Eddie Redmayne. Inħadem kif inħadem, Les Miserables dejjem kien jappella u jolqot is-sentimenti ta' dak li jkun. F'dan l-artiklu, se nagħti enfasi fuq il-produzzjoni mużikali tal-2012. Maħruġ oriġinaljament bħala album mużikali bil-lingwa Franċiża, l-ewwel darba li addattawh għal fuq il-palk kien ippreżentat fil-Palais des Sports fl-1980. L-ewwel produzzjoni ma kelliex ħajja twila u ntemmet wara biss 3 xhur. Fl-1983, 6 xhur wara li l-produttur Cameron Mackintosh fetaħ ix-xhow Cats fuq Broadway, hu rċieva kopja ta' dan l-album mingħand id- direttur Peter Farago. Farago kien impressjona ruħu b'dan ix- xogħol u talab lil Mackintosh jipproduċi versjoni bl-Ingliż bi sħab mal-Royal Shakespeare Company. Hu lesta grupp biex jaddattaw dan ix-xogħol mużikali Franċiż għall-udjenzi bl-Ingliż. Wara żvilupp ta' sentejn, din il-versjoni Ingliża fetħet f 'Londra nhar it-8 ta' Ottubru 1985. Is-suċċess ta' dan il-mużikali fil-West End ta' Londra wassal għall- produzzjoni fuq Broadway fi New York. F'Londra, l-kritika ta' din il- produzzjoni kienet pjutost negattiva u studenti litterarji kkundannaw dan il-proġett li jikkonverti xogħol letterarju u klassiku f 'wieħed bil-mużika. Iżda l-opinjoni ġenerali tal- pubbliku kienet tassew differenti u l-bejgħ tal-biljetti kien rekord. Il-"bookings" għall- ewwel 3 xhur inħattfu malajr u r-rapporti tal-kritiċi rranġaw ruħhom drastikament. Din il- produzzjoni f 'Londra sa ftit ilu baqgħet issir kontinwament minn Ottubru tal-1985 u saret it-tieni xogħol mużikali li baqa' jintwera wara The Fantasticks u anki l-aktar li baqa' jsir fil- West End wara The Moustrap ta' Agatha Christie. Din il-produzzjoni mużikali fetħet nhar it-12 ta' Marzu 1987 fi New York fuq Broadway u kompliet sejra sat-18 ta' Mejju 2003; għalqet wara li saret 6,680 darba. Kienet il- ħames produzzjoni li l-aktar damet tinħadem fl-istorja ta' Broadway u t-tieni waħda għal żmienha. Les Miserables kienet innominata għal 12-il unur Tony u rebħet 8, fosthom l-Aqwa Mużikali u l-Aqwa Mużika Oriġinali. L-emblema ta' din il-produzzjoni mużikali kienet it-tfajla orfni Cosette tnaddaf u tiknes bi tbatija l-lukanda Thenardiers – stampa li tnissel ħniena f 'dak li jkun. Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum Il-film drammatiku "Les Miserables" (1)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 July 2023