Illum previous editions

ILLUM 2 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

06 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum analiżi IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum Uħud mid-drogi fis-suq lokali: U x'effett iħallu? ANTHEA CACHIA Diversi ġenituri tkellmu mal- ILLUM minħabba l-fatt illi jinsabu imħassba għal uliedhom. Dawn il- ġenituri stqarru ma' din il-gazzetta illi jinsabu imbeżża' bis-sitwazzjoni ta' drogi f 'pajjiżna, partikolarment għax id-droga hija faċilment disponibbli, speċjalment f 'postijiet frekwentati l-aktar miż-żgħażagħ – u mhux biss – li jistgħu faċilment iwasslu biex ikun hemm l-ewwel użu ta' sustanzi illeċiti. Eżempju ċar ta' dan rajnih irraportat fil-gazzetta oħt MaltaToday il-ġimgħa l-oħra, fejn investigazzjoni tal-istess gazzetta żvelat li ċ-ċentru ta' Paceville inħakem minn grupp ta' persuni li jbiegħu d-droga, hekk kif fost il- ġimgħa, il-Pulizija ma tkunx preżenti daqs kemm tkun fi tmiem il-ġimgħa. Hawn hija faċli ħafna li wieħed isib u jixtri kull tip ta' droga, tant li meta ġurnalist tal-MaltaToday kien fuq il-post, il-bejjiegħ stess mar fuqu u offrielu l-kokaina, filwaqt li mal-lejl, il-grupp ta' bejjiegħa joffru kull tip ta' droga liż-żgħażagħ li jkunu għaddejjin fit-triq. Kien għalhekk li l-ILLUM tat ħarsa lejn it-tipi differenti ta' drogi, kif jaħdmu u x'effett iħallu fuq il-ġisem. L-ILLUM tkellmet ukoll ma' sors li ta rendikont tal-prezzijiet ta' dawn it-tipi ta' drogi fis-suq lokali. L-eroina, l-MDMA u l-magic mushrooms... L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-effetti qerrieda ta' konsum eċċessiv ta' dawn id-drogi u kif qed jinbigħu fis-suq. Din il-gazzetta tagħti ħarsa wkoll lejn ir- Rapport Nazzjonali għad-Droga dwar l-użu tagħhom mill-Maltin Fl-2021: Il-problema tal-użu tad-droga fost l-irġiel hija ħafna ikbar milli fost in-nisa Fl-2021, il-problema tad- droga fost l-irġiel kienet ħafna ikbar milli fin-nisa. Dan jirriżulta mir-Rapport Nazzjonali dwar id-Droga li ġie ippubblikat fi Frar ta' din is-sena u li juri wkoll kif fl-2021 ukoll 1,990 persuna fittxet l-għajnuna. Dan ir-rapport analizza l-karatteristiċi ta' dawk li kienu jagħmlu użu mill-kokaina, mill-eroina u mill-kannabis u li fittxew trattament. Fil-każ ta' dawk li kienu jagħmlu użu mill- kokaina u li fittxew l-għajnuna 81% minnhom kienu irġiel. Simili għal dan, kienu 80% tal-irġiel li għamlu użu mill- eroina. Dan filwaqt li 86% tal- irġiel kienu jagħmlu użu mill- kannabis, kuntrarju ta' 14% biss li kienu nisa. Intant minn dan ir-rapport jirriżulta li l-kokaina u l-kannabis jintużaw aktar minn persuni ta' etajiet żagħżugħa, hekk kif l-età medja kienet ta' 36 sena u 28 sena rispettivament. Dan b'kuntrast għal dawk li kienu jagħmlu użu mill-eroina, hekk kif l-età medja tal-utenti kienet ta' 41 sena. Minn naħa l-oħra, il-medja ta' snin biex persuni jfittxu l-għajnuna kienet l-ogħla fost dawk li għamlu użu mill- kokaina, b'medja ta' 11-il sena, kważi d-doppju ta' dawk li kienu jagħmlu użu mill-eroina, li jdumu medja ta' sitt snin. Dan jista' jindika, fost oħrajn, li dawk li jużaw il-kokaina jħossu li għandhom inqas problema jew inkella li l-imġieba tagħhom hija ħafna aktar soċjalment aċċettabbli minn dawk li jużaw l-eroina. Dawk li jużaw il- kannabis damu medja ta' disa' snin biex fittxew l-għajnuna. Punt interessanti li ħareġ minn dan ir-rapport huwa illi dawk li kienu jagħmlu użu mill- kokaina u fittxew trattament, huma l-aktar li għandhom livell għoli ta' edukazzjoni. Fil-fatt 17% tal-utenti għandhom livell għoli ta' edukazzjoni. Dan il- persentaġġ huwa ferm ogħla minn dawk li kienu jagħmlu użu mill-eroina, li minnhom 7% biss għandhom livell ta' edukazzjoni għolja. Fir-rigward ta' dawk li kienu jagħmlu użu mill-kannabis, 15% kellhom livell għoli ta' edukazzjoni. L-MDMA X'inhi? Din it-tip ta' droga għanda diversi ismijiet; Ecstasy, Molly jew Mandy. Taa kif taa, l-MDMA hija droga sintetika meqjusa bħala stimulant li toħloq distorsjoni tal-perċezzjoni u l-ħin, kif ukoll tipproduċi ħafna enerġija. Fl- istess waqt l-MDMA b'dożi ikkontrollati tista' tkun meqjusa tip ta' droga li tgħin biex iżżid l-empatija u l-abiltà li tiffoka fuqek innifsek fejn jirrigwardja l-emozzjonijiet, il-ħsibijiet u l-azzjonijiet personali. F'rappport passat ta' e Times of Malta ingħad ukoll li din it-tip ta' droga hija l-aktar komuni fost il-barranin, fil-fatt, ix-xiri u l-użu tagħha jkun l-aktar popolari meta pajjiżna jara influss ta' turisti. X'effett tħalli? Meta persuna tieħu l-MDMA tibda tħoss l-effetti tagħha madwar 45 minuta wara li din tiġi ikkunsmata u l-aktar effetti qawwija jinħassu madwar siegħa wara. Tista' tibqa' tinħass sa tliet sigħat wara. Diversi persuni jagħżlu li jieħdu aktar minn doża waħda fl-istess lejl u li sussegwentament din tista' twassal għal aktar effetti sekondarji. Dawn l-effetti sekondarji jinkludu pressjoni għolja, sturdament, attakki tal-paniku u f 'numru ta' każi, ħass ħażin u aċċessjoni (seizure). Kemm tinbigħ? Is-sors tal-ILLUM qal illi l-prezz ta' din it-tip għal qartas ta' gramma tvarja bejn €40 u €70. Filwaqt li l-prezz medju jqarreb aktar dak tal-€40, "hemm ta' kwalità aħjar li tinbigħ għal madwar €70. Ir-rapport Nazzjonali dwar id- Droga, juri kif fis-sena 2021; 1,990 persuna fittxet l-għajnuna minħabba dipendenza ta' droga

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 July 2023