Illum previous editions

ILLUM 2 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 19

lokali: Kif? Kemm? 07 analiżi illum • IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 L-EROINA X'inhi? Minkejja li l-eroina hija t-tielet tip ta' droga li kienet l-aktar popolari wara l-kokaina u l-kannabis – fost dawk li fittxew l-għajnuna - id-dħul ta' persuni l-emerġenza fuq kumplikazzjonijiet ta' saħħa minħabba l-konsum tagħha kien ferm inqas minn dak relatat mal-kokaina u l-kannabis. Dan skont l-ispjegazzjoni tar- Rapport Nazzjonali tad-Droga tal-2021. L-eroina hija tip ta' droga li hi magħmula mill-morfina u li tieħu forma ta' diversi sustanzi. Fil-fatt din tista' tiġi njettata, ikkunsmata mill-imnieħer jew impejpa. Minkejja l-metodi differenti ta' kif tiġi kkunsmata, l-eroina taffettwa l-moħħ b'mod immedjat speċjalment il- partijiet li jikkontrollaw l-uġigħ, il-gost u l-irqad fost oħrajn. X'effett tħalli? L-eroina toħloq sensazzjoni ta' ewforija iżda uħud mill-aktar effetti sekondarji temporanji li tikkawża huma: • Ħalq niexef; • Idejn u saqajn jinħassu tqal; • Dardir u remettar; • Ħafna ħakk u • Ma tkunx tista' taħseb sew. Min-naħa l-oħra hemm effetti sekondarji aktar severi għal dawk li jagħmlu użu frekwenti tagħha li huma; nuqqas ta' rqad, mard fil-kliewi, il-fwied u l-pulmun, problemi ta' saħħa mentali fosthom id-dipressjoni u l-ansjetà u saħansitra tista' taffettwa ċ-ċiklu mestrwali tan-nisa u l-funzjoni sesswali tal-irġiel. Kemm tinbigħ? Is-sors spjega li b'kuntrast għal xi pillola, l-eroina tinbigħ għal medja ta' €10 jew €20 għal użu ta' darba jew nifs wieħed. IL- MAGIC MUSHROOMS X'inhuma? Dawn mhux xi ingredjenti għal xi ikla tajba żgur. Minkejja li bħal kull sustanza oħra li tista' tiġi abbużata, din tista' tikkawża xi ħsarat, il-magic mushrooms, jew "shrooms" għall-qasir, huma sustanzi psikadeliċi li qed issir riċerka dwarhom għaliex jistgħu ikunu ta' soljev għal persuni morda kemm b'mard kroniku kif ukoll bi problemi ta' saħħa mentali. Iżda xi tfisser eżatt sustanza psikadelika? B'mod ġenerali d-drogi psikadeliċi jaffettwaw is- sensi u għaldaqstant taffettwa l-perċezzjoni tal-ħin, il- ħsibijiet u l-emozzjonijiet. Dawn iwasslu għal alluċinazzjoni u għaldaqstant iġġiegħel lil persuna tisma' u tara affarjiet li ma jeżistux. Dawn jistgħu jiġu ikkunsmati b'modi diversi inkluż permezz tal-ikel, fit-te u xi kultant meta jiġu mnixxfa jistgħu jiġu mpejpa mat- tabakk jew mal-kannabis. X'effett tħalli? L-effett ta' din it-tip ta' droga hija differenti għal kulħadd u dan jiddependi minn ħafna fatturi. Dawn jinkludu: il-piż, it- tul u s-saħħa tal-persuna, jekk persuna hux imdorrija toħodhom, l-ammont li jittieħed, jekk jittiħdux ma' drogi oħra u l-ambjent fejn ittieħdu, fost oħrajn. Għalkemm riċerka barranija tindika li din għandha effetti tajbin, meta meħuda b'dożi żgħar u kkontrollati, tista' twssal għal uġigħ ta' ras, dardir, remettar, rittmu tal-qalb mgħaġġel fost sintomi oħra. Overdose ta' din id-droga tista' twassal għal aġitazzjoni, dgħjufijja fil-muskoli, paniku, aċċessjonijiet u saħansitra koma. Kemm tinbigħ? Is-sors spjega li tliet grammi jiswew madwar €40.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 July 2023