Illum previous editions

ILLUM 2 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 19

08 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet Il-Parlamentari l-ġodda. GRAZIELLA ATTARD PREVI X'ħajjrek tidħol għall- politika u xi tfisser il- politika għalik? Għalija l-politika tfisser għodda jew opportunità biex itejjeb xi aspett mill- ħajja tan-nies. Jiena persuna li għandi għal qalbi ħafna l-ġustizzja soċjali u mix-xogħol tiegħi stess bħala 'senior social worker' k o n t i n w a m e n t n i f f a ċ ċ j a ċirkostanzi li għad fadal xi jsir. Din mhijiex kritika frivola iżda realtà, għax is-soċjetà dejjem tevolvi u dejjem jinħolqu bżonnijiet differenti. Iżda ħafna drabi dawk l-aktar milquta m'għandhomx vuċi li tinstema', u aħna fid-dmir li nitkellmu f 'isem dawn in-nies, dwar il-bżonnijiet tagħhom. Jiena persuna li nħobb l-isfidi. Wara t-telfa elettorali tal-2013, ħassejt li għandi nagħti l-parti tiegħi. Dan kien żmien ta' tiġdid fi ħdan il- Partit Nazzjonalista, u meta Dr Simon Busuttil dak iż-żmien welled fergħa ġdida liberali, il-Forum Opportunitajiet Indaqs, jien mill-ewwel urejt interess u ġejt maħtura President. Fergħa ġdida li flimkien ma' diversi membri ħabbrieka rnexxielna nibnuha mix-xejn u ħdimt fuq il- prinċipju tant għal qalbi, dak li niġġieldu d-diskriminazzjoni. Wara sitt snin immexxi din il- fergħa, inħtart bħala President tal-Moviment Nisa PN. Sadanittant mill-2014 kont kandidata għall-elezzjoni ġenerali, ħriġt ukoll għall- kunsilli lokali fl-2015 fuq il-Gżira, u fl-2019 fuq Tas- Sliema, fejn għamilt żmien servejt bħala Sindku. Kif issib il-bilanċ bejn il- karriera politika u l-ħajja personali? Matul il-ġimgħa ma tantx insib bilanċ!! Barra l-karriera politika, għandi ukoll x-xogħol tiegħi professjonali bħala senior social worker. It-tfal tiegħi issa kibru u t-tnejn ghandhom hajjithom barra mid- dar. Madankollu nzommu kuntatt kontinwu. Pero' jiena dejjem għixt il-ħajja bit- twemmin li dak kollu li nagħmel nagħmlu minn qalbi u mhux bħala "biċċa xogħol". G ħ a l d a q s t a n t , kemm ix-xogħol kif ukoll il-karriera politika jagħtuni ħafna sodisfazzjon. Fil-weekend nirkurpra, u sakemm imqar noħroġ u niltaqa' mal-ħbieb darba fil- weekend, u nqatta' ħin mal- familja, inħossni li qed insib il-bilanċ. Kien hemm żmien meta kont niġri u nipparteċipa fil-maratoni, iżda minħabba diversi impenji kelli nieqaf. Madanakollu dan l-aħħar ħassejt il-bżonn li nerġa' nsib ħin għalija nnifsi u qed jirnexxieli nqum kmieni (ġieli anke fil-5:00am) biex nagħmel mixja u għalhekk qed inħossni ħafna aħjar. F'xogħolok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar f 'xogħolok? Il-Ġustizzja soċjali tissottolinja l-ġibda tiegħi fil-politika, l-Ugwaljanza, (li telimina diskriminazzjoni), il-mara u l-ugwaljanza bejn is-sessi, tfal u l-familja, ħarsien ta' drittijiet umani u opportunitajiet indaqs huma l-aktar issues li jiġbduni b'mod naturali. Ilni naħdem fil-qasam soċjali għal dawn l-aħħar 20 sena. Hdimt bhala 'residential social worker' f 'dar residenzjali tat-tfal għal madwar 18-il sena sħaħ. Illum naħdem fil-qasam tad-dizabilità. Is-settur soċjali huwa ġo fija u għal qalbi ħafna. Ser nibqa' nressaq proposti konkreti fuq dawn is-suggetti, mhux biss b'mod reattiv ghall-abbozzi li joħorgu, iżda ukoll b'mod proattiv permezz ta' mozzjonijiet u private members bill, kif diġa għamilt (flimkien ma' kollegi oħra). Dawn jinkludu mozzjoni dwar il-work-life balance, u private members bill fuq politika ta' kontra l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Bħala persuna li ġejja mis-settur tal-ħidma soċjali, x'bidliet tixtieq tara f 'dan is- settur? Il-faqar, l-abbuż u l-vjolenza domestika: l-impatt u t-tbatija ta' dawn fuq it-tfal u l-adulti. Dawn huma pjagi soċjali li meta tmiss magħhom b'mod dirett żgur ma tistax tibqa' ċass. Tibda tiem l-uġigħ kbir li jgħaddu minnhom persuni f 'dawn iċ-ċirkostanzi li żgur jimmerithom is-saħħa kollha tagħna biex nindirizzawhom b'mod mill-aktar effettiv. Bħalissa għaddejja wkoll il- kwistjoni ta' nuqqas ta' social workers, u l-mod żbaljat li l-Gvern għazel biex jindirizza din il-materja. Irridu nimu li jekk tassew nemmnu li rridu nagħtu l-aqwa servizz lill-persuni vulnerabbli fis- settur soċjali, irridu niżguraw li l-professjonisti jkunu tassew mħarrġa apposta u regolati bil-liġi. Il-liġi f 'dan il-qasam qiegħda hemm biex iżżid il- kontabbiltà tal-professjonisti. Taħseb li hawn bżonn iktar persuni ġejjin mill-ħidma soċjali fil-politika? Iva, nemmen li b'iktar nies gejjin mill-ħidma soċjali nżidu s-sens ta' umanità fil-politika u jkun hemm iktar rieda biex l-aspett soċjali jiddaħal bħala kunċett orizzontali li jrid jiġi kkunsidrat fi kwalunkwe miżura/proposta/politika. Nemmen ukoll li politiċi li ġejjin mill-ħidma soċjali jbiddlu l-mod ta' kif issir il- politika, li tkun ibbażata wisq iktar fuq djalogu u rispett iktar milli fuq konfrontazzjoni u tgħajjir. Iktar minn hekk, irrid nara persuni li juzaw is-servizzi (service users) jagħtu sehmhom b'mod dirett fil-politika. Nemmen li s-service users huma l-esperti f 'ħajjithom. Is-socjetà u l-politiċi jistgħu jitgħallmu ħafna mir-reżiljenza u l-esperjenzi ta' dawn il- persuni. Graziella Attard Previ ġiet eletta fil-Parlament wara elezzjoni każwali fl-għaxar distrett u filwaqt li taħdem fis-settur soċjali bħala 'senior social worker', hija għamlet żmien ukoll bħala s-Sindku ta' Tas-Sliema. Mal-ILLUM, hija tkellmet dwar il-ġustizzja soċjali bħala prinċipju li ġibidha lejn il- politika, filwaqt li tat ħarsa lejn il-bidu tal-ambizzjoni tagħha fil-politika lokali u nazzjonali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 July 2023