Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367
Fl-2012 ħarġet il-versjoni ċinematografika diretta minn Tom Hooper li malajr dabbret kritika favorevoli, kif ukoll diversi unuri. Il-film rebaħ 3 Oscars, 3 unuri Golden Globe u 4 unuri BAFTA (British Academy Film Awards). Fl-1815 fil-belt ta' Digne fi Franza, Jean Valjean (Hugh Jackman) jinħeles mill-ħabs wara 19-il sena xogħol iebes. Ispirat mill-ħniena ta' isqof, hu jqatta' l-karti li juru l-ħelsien tiegħu u jiddeċiedi li jsir persuna differenti. Tmien snin wara, Valjean li qed juża' isem ieħor, jsir is-sid ta' fabbrika f 'Montreuil-sur-Mer waqt li hu wkoll is-Sindku tal- belt, imma xorta għadu mitluf, billi l-ispettur Javert (Russell Crowe) qed iħuf warajh. Meta Fantine (Anne Hathaway li rebħet l-Oscar) waħda mill- ħaddiema tal-fabbrika titkeċċa bla ħtija, b'disperazzjoni fuqha ttieha għall-prostituzzjoni u wara timrad. Valjean jintervjeni meta hi tkun se tiġi arrestata minn Javert u jwiegħed lil din il-miskina li dalwaqt tmut, li jipproteġi lil bintha Cosette (Amands Seyfried). Valjean ikollu juri ismu veru biex ma jħallix raġel innoċenti jiġi kkastigat minn floku. Hu jmur jiġbor lil Cosette mingħand żewġ ħallelin li jieħdu ħsiebha, Monsieur u Madame enadier (Sacha Baron Cohen u Helena Bonham Carter) u jaħrab biha. Immorru l-quddiem f 'Pariġi tal-1832. Meta sħabu l-istudenti jgħajtu għal rivoluzzjoni, Marius (Eddie Redmayne) isir iħobb lil Cosette. Valjean u Cosette isibu kenn fejn jistaħbew minn Javert. Meta l-funeral tal-Ġeneral Lamarque, l-idolu tal-poplu jsir vjolenti, l-istudenti jibnu barrikata u jaqbdu lil Javert bħala ostaġġ. Eponine (Samantha Banks), it-tifla tat-enadiers li kienet tħobb lil Marius baxx baxx tmut f 'idejh, Valjean jingħaqad mal-istudenti biex jipproteġi lil Marius u mimli ħniena jeħles lil Javert. Meta l-istudenti jibdew jinqatlu, Valjean iġorr li Marius, li hu mitluf minn sensieħ, taħt l-art fid-drenaġġ. Wara li jħalli lil Valjean jitlaq, Javert jagħmel suwiċidju talli naqas mid- dover tiegħu. Valjean jitlaq biex Cosette ma tiċċappasx bl-istorja kriminali tiegħu. Fil-ġurnata tat-tieġ, Marius u Cosette jsiru jafu mingħand it-enadiers li Valjean jinsab f 'kunvent. Hemmhekk, Valjean jagħti ittra bi ħtijietu lil Cosette u jmut. Fir-rivoluzzjoni tal- 1848 li tkun suċċess, l-ispirtu ta' Valjean, Fantine u l-istudenti trijonfalment jidhru qalb il- barrikati. Il-film mużikali Les Miserables kien maħruġ minn Universal Pictures bil-ħin ta' 158 minuti. It-tema prinċipali hi li għalkemm jgħaddi minn tbatija kbira u minn żmenijiet oskuri, l-bniedem dejjem jista' jsib iċ- ċans li jbiddel ħajtu għall-aħjar u li jkun ta' ġid lill-proxxmu tiegħu. Din il-produzzjoni magħmula fi żmien ta' awsterita' fid-dinja (2012) toħroġ xorta waħda għall-apert affarijiet relevanti bħal reżistenza u bidla li l-awtur tant kiteb dwarhom. Xi kanzunetti popolari ta' dan il-mużikali huma: On My Own, One Day More, Do You Hear The People Sing?, Look Down, Master Of The House, Empty Chairs At Empty Tables, I Dreamed A Dream, Bring Him Home, The Confrontation u Suddenly. Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum Il-film drammatiku "Les Miserables" (2)