Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367
12 IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum analizi Omiċidji li xxukkjaw lil Malta: Francis Sant Cassia wkoll jibqa' mingħajr ġustizzja ANTHEA CACHIA Francis Sant Cassia kien it-12-il Baruni tal-familja Sant Cassia li għal mijiet ta' snin – u sa llum – huma meqjusa bħala waħda mill-familji nobbli ta' pajjiżna. Għalkemm ħafna drabi n-nobbli narawhom f 'xi film bi storja sabiħa u tmiem ta' 'happy ever aer' dan ma kienx il-każ għall- familja Sant Cassia. Il-grajja ta' Sant Cassia bdiet fl-1988 meta nqatel kiesaħ u biered u tibqa' għaddeja sa nhar it-Tlieta 4 ta' Lulju, din il-ġimgħa stess. Meta se tintemm għadna ma nafux għax il-qattiel tiegħu, għadu ma nstabx. Il-Ħamis 27 ta' Ottubru 1988 Kien għall-ħabta tas-7 p.m. meta l-katavru ta' Sant Cassia nstab minn żewġ żgħażagħ li kienu għaddejin minn quddiem Castello Zammitello, ir-residenza tal-Baruni. Skont il-ktieb 'Delitti f 'Malta', Sant Cassia inqatel għall- ħabta tas-6:30 p.m. u tilef ħajtu kawża tal-isparatura u l-ġrieħi ikkawżatha minnha. Filwaqt li Sant Cassia nstab barra mir- residenza, għadu mhux mium x'kien se jagħmel it qabel ma nqatel. Ingħad li l-vittma kien qiegħed jgħalli l-ilma fil-kitla fuq in-nar filwaqt li jwieġeb telefonata, evidenza li turi li Sant Cassia ma kellu ebda ħsieb li joħroġ. Iżda fl-istess waqt huwa nstab ħdejn il-bieba tal-karozza, biċ-ċwievet tal-istess vettura it passi 'l bogħod. L-arrest ta' Carmelo Camilleri Kif diġà għidna, il-każ baqa' qatt ma ġie solvut iżda għal kważi 20 sena, dan il-każ kien wieqaf għal kollox. Kien it-Tlieta 11 ta' April tal-2006 meta ċertu Carmelo Camilleri, dak iż-żmien ta' 51 sena, ġie mixxli bil-qtil tal- Baruni. Fil-Qorti irriżulta li l-Pulizija kienet irċeviet informazzjoni kunfidenzjali minn Michael Vella, magħruf bħala 'Il-Fixx', dwar l-involviment ta' Cassar fil- qtil. Il-Fixx li kien involut f 'każi oħra ta' delitt, kien qal lill-Ispettur inkarigat fuq dan il-każ illi jekk ried li jsolvi l-każ ta' Sant Cassia kellu jinvestiga raġel li jnaddaf it-toroq bl-isem ta' Carmel jew Charlie. Meta l-ispettur urih ritratt ta' Carmelo dan għarfu. Iżda meta ġie msejjaħ għall- interrogatroju Camilleri ċaħad kollox, iżda l-Ispettur ma kienx konvint minn dak li qallu. Meta eventwalment reġa' interrogat, beda jitfixkel dwar x'kien qallu fil- passat u wara serje ta' mistoqsijiet Camilleri ammetta li ħa ħajjet Sant Cassia. Il-pulizija saħansitra ħaditu fuq il-post li fih seħħ id- delitt u spjegalhom kif kien qatlu. Id-deskrizzjoni kienet preċiża, tant li l-ammissjoni tiegħu qablet perfettament ma' dak li kienu sabu l-pulizija dakinhar tad- delitt. Huwa kien qalilhom dak kollu li kien għamel dakinhar, li mar wara ħajt tas-sejjieħ għall-ħabta tal-4:30 u baqa' jistenna sakemm ħareġ barra, għal madwar siegħa. Skont l-att tal-akkuża l-avukati tad-difiża, dak iż-żmien komposta minn Dott Anglu Farrugia u Dott Edward Gatt, talbu li jiġi eżaminat minn psikjatra dwar l-istat mentali tiegħu it wara l-arrest u kif żvolġa l-istat tiegħu aktar tard. Il-prosekuzzjoni ma opponietx din it-talba u fil-fatt Dott Joseph Spiteri ġie maħtur mill-Qorti. Spiteri kien informa lill-Qorti li meta sar l-eżami, fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin Camilleri deher anzjuż iżda kien f 'qagħda tajba li jirrispondi d-domandi. Fil-fatt irrimarka wkoll li qabel l-arrest kien ħaddiem regolari, tant li anke kellu xogħol fuq bażi part-time ukoll. Wara li ġie arrestat, għalkemm kien anzjuż ma kellux sintomi ta' dipressjoni, delużjonijiet jew psikożi iżda minkejja dan, ġie trasferit f 'sezzjoni oħra fi ħdan il-ħabs stess biex ikun f 'inqas għeluq u ma jippanikkjax. Qal ukoll li filwaqt li kien kapaċi jagħmel ammissjonijiet u kien f 'kundizzjoni tajba kellu IQ baxx, kien vittma ta' abbuż u mhux l-ewwel darba li ċeda għall- intimidazzjoni li saret fuqu. Din innifisha ħolqot kommossjoni kbira fl-aħħar żviluppi tal-każ, li rajna din il-ġimgħa stess. Camilleri qal li kien ikkummisjonat biex joqtol lil Sant Cassia Camilleri kien qal lill-pulizija li kien hemm it-tieni persuna li kienet involuta f 'dan il-qtil, propjament li kien il-moħħ warajh. Camilleri qal li ċertu Joey kien qabbad lil Camilleri biex joqtol lil Sant Cassia u offrielu s-somma ta' Lm6,000 bħala depożitu qabel il-qtil u la darba iwettaq dak mitlub minnu kien se jerġa' jitħallas Lm5,000. B'kollox, allegatament, kellu jitħallas Lm11,000. Iżda l-Pulizija kienet xettika dwar dan u fil-fatt qal li kien ivvintah. Minflok qal li kien ċertu Anglu mill-Imġarr li għamel din it-talba u li hu kien miegħu dakinhar tal-qtil u wara ħa l-pistola li kien uża. Il-motiv wara dan il-qtil qatt ma kien stabbilit iżda kienu jaħsbu illi seta' nqatel minħabba art li Sant Cassia kien proprejtarju tagħha. L-ammissjonijiet ta' Camilleri irriutati fil-Qorti Iż-żmien għadda sew, fil- fatt l-iżvolta li jmiss kienet it snin ilu. Minħabba l-fatt li laħqu għaddew snin twal, il-liġi Maltija laħqet inbiddlet sakemm kien hemm il-bidu tal-ġuri fil- konfront ta' Camilleri. Tant hu hekk li dawn il-bidliet wasslu biex l-ammissjonijiet ta' Camilleri ġew riutati mill-Qorti Kriminali, hekk kif meta ammetta huwa ma kienx fil-preżenza ta' avukat, prassi li dak iż-żmien kienet għadha mhix illegali. L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet illi minkejja li dan il-fatt ma jfissirx li d-drittijiet tiegħu ġew imxekkla, din setgħet tiġi ikkontestata wkoll minħabba l-fatt illi huwa meqjus bħala persuna vulnerabbli. Fil-fatt xhieda tal-familja tiegħu qalet li huwa ma kienx kapaċi jiddefendi lilu nnifsu. Minħabba f 'hekk il-Qorti kienet iddeċidiet li l-istqarrijiet ta' Camilleri ma kinux ammissibbli fil-Qorti u għaldaqstant irriutat li jintużaw bħala evidenza kontrih. Reġa' għadda aktar żmien u f 'Jannar ta' din is-sena, ġimgħatejn qabel ma kellu jibda l-ġuri, l-Qorti ordnat li jintbagħat l-Isptar Monte Karmeli hekk kif lanqas mal-avukati tiegħu ma seta' jikkomunika. L-avukati ta' Camilleri Jason Azzopardi u Kris Busietta fetħu protest ġudizzjarju kontra l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg fuq l-insistenza tagħha li dan il- każ ikompli, "minkejja farka ta' evidenza, diretta jew indiretta, kontra Camilleri. Min-naħa l-oħra bint Sant Cassia, Chiara Sant Cassia, kienet qalet li tinsab mistgħaġba kif l-ġuri fil-konfront tal-allegat qattiel ta' missierha baqa' qatt ma beda. "Missieri nqatel kiesaħ u biered 35 sena ilu. Mhux ġust naqra artikli dwar kien ġie akkużat intortament. Għaliex ħadd mhu qed jaħseb fil- familja tal-vittma?" Camilleri iddikjarat li mhuwiex f 'qagħda tajba li jgħaddi ġuri Sfortunatament l-aħħar aġġornament kien nhar it-Tlieta meta l-Qorti ippreseduta minn Scerri Herrera iddikkjarat li Camilleri mhux f 'qagħda li jwieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih minħabba l-istat ta' saħħa prekarja li jinsab fiha. Dan għaliex baqa' mhux fi stat tajjeb li jikkomunika mal-avukati tiegħu. Kien għalhekk li l-Qorti iddiferit il-proċeduri b'mod indefinit 'sine die' bid-differenza li jista' jerġa' jkompli mill-ġdid jekk is-saħħa tiegħu taqleb għall-aħjar. Fi kliem sempliċi, Camilleri mhux se jkun qiegħed jgħaddi ġuri. Għaldaqstant, bħal numru ta' każi li rajna din is-sena, dan il-kapitlu se jibqa' miuħ.