Illum previous editions

ILLUM 9 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 19

issoprendiet lilha nnifisha meta rnexxielha tagħmilha. Apparti minn hekk tgħid li t-tibdila finali kienet waħda mill-aktar favorita, deskritta minnha bħala "show stopper". 'Dakinhar kelli mudella li qaltli li kienet ma tiflaħx sagħtejn qabel l-isfilata' Bartolo irrakkontat lill-ILLUM dwar dak kollu li għaddiet minnu dakinhar tal-isfilata. Qalet li l-lejl ta' qabel ma setgħetx torqod bl- eċitament iżda li kollox kien sejjer tajjeb sakemm sagħtejn qabel l-isfilata, meta mudella infurmata li kienet ma tiflaħx u li kellha bżonn issib lil xi ħadd ieħor. Fortunatament irnexxielha ssib lil xi ħadd biex joħdilha postha u kollox mexa ħarir. Tirrakkonta wkoll il-mument li hi kellha timxi mal-mudelli tagħha fl-aħħar tal-isfilata u qalet li kienet eċitata għaliex riedet tkun ċerta li qed tidher tajba u timxi dritt, fost oħrajn. Affarjiet li normalment id-disinjattriċi ma tantx ikollha ċans taħseb dwarhom. Malli kienet lesta l-isfilata qalet lil din il-gazzetta li filwaqt li normalment id-disinjaturi jmorru wara l-kwinti, hi marret direttament fuq il-familja tagħha, li bħal dejjem kienu hemm biex jagħtuha l-appoġġ. Intant hi qalet li kellha rispons veru tajjeb. Qalet li fl-aħħar minn l-aħħar din mhix oppportunità biss biex turi xogħolha iżda wkoll li timxi l-kelma biex nibżgħu għall-ambjent, ma narmux u nirriċilkaw kemm nifilħu. Hija irrakontat ukoll illi kellha l-opportunità li taħdem ma' influencers li jħobbu l-moda Abigail Vick u Lexi Rose May. "Lil hinn mill-ħwejjeġ magħmulin minn materjal riċiklat, jiena nagħmel ħafna ħwejjeġ oħra wkoll u anke dawn intlaqgħu tajjeb mill-pubbliku," kompliet Bartolo. Dwar dan l-ILLUM ħadet l-opportunità li tistaqsiha dwar xogħol ieħor li tagħmel u spjegat li jkollha ħafna lbiesi tat-tieġ. "Kelli l-privileġġ li nagħmel tliet lbiesi tal-għarusa. Għalijja dik tfisser ħafna li raw ix-xogħol li nagħmel u għażlu li jafdawni f 'waħda mill- isbaħ jiem ta' ħajjithom," stqarret Bartolo. 'Naħseb li f 'Malta l-industrija tal-moda għamlet qabża kbira, fadal xi jsir, imma mixjin fid- direzzjoni t-tajba' Din il-gazzetta issa tistaqsi dwar l-industrija innfisha u dwar jekk ratx kambjament fiż-żmien li kienet tassisti aktar minn wara l-kwinti meta mqabbel mal- irwol tagħha ta' din is-sena bħala disinjattriċi. Hija qalet li bħal kull industrija oħra hemm in-nuqqasijiet u spazju fejn isir titjib iżda temmen li fl-aħħar snin Malta rat qabża kbira. Qalet li pjattaformi bħal fashion week huma opportunità tajba biex tlaqqa' d-disinjaturi kollha flimkien, juru l-kreattività tagħhom u fl-istess waqt tgħin biex disinjaturi li għadhom qed jibdew fid-dinja tal-moda jesponu l-ħidma tagħhom. "Jiena għadni żgħira u allura d-dinja tal-moda kibret miegħi. Kuntenta ħafna bix-xena lokali," kompliet Bartolo. Issa xi jmiss? L-ILLUM tistaqsi wkoll dwar il-pass li jmiss għad-diżinjattriċi żagħżugħa. Bartolo fl-aħħar ta' din l-intervista tgħid illi bħalissa qed titkellem ma' Żibel biex tagħmel użu minn materjal ieħor li nġabar u qalet ukoll li dakinhar tal-isfilata ġiet avviċinata biex tagħmel parti minn sfilata oħra, organizzata speċifikament biex tippromwovi s-sostenibilità. Apparti minn hekk tgħid li għandha numru ta' proġetti oħra ma' klijenti inkluż li taħdem xi xogħol għal persuni biex jirriklamawhom waqt avvenimenti oħra. "Mill-bqija, se nħallikom bil- kurżità fuq proġetti oħra!" temmet tgħid mal-ILLUM Rachael Bartolo. illum • IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 intervista 11 fil-baħar għal libsa f'Malta wara Tolo Waħda mill-aktar affarjiet li għal qalb Bartolo hija t-tibdilha finali Dakinhar tal-isfilata, Bartolo mal-mudelli tagħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 July 2023