Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367
10 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum Minn xibka mormija fil-baħar Fashion Week... Il-moħħ wara aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum intervista ANTHEA CACHIA Ħafna drabi meta naħsbu f 'affarjiet riċiklati moħħna jmur għal xi karta jew plastic li jiġu trasformati f 'oġġetti oħra, iżda ir-riċiklaġġ għal Rachael Bartolo ħa tifsira oħra. F'din l-edizzjoni ta' Malta Fashion Week li saret proprju din il-ġimgħa, id- disinjatriċi u ħajjata żagħżugħa Rachael Bartolo, għamlet id- debutt tagħha wara snin taħdem minn wara l-kwinti. L-ILLUM tiltaqa ma' Rachael Bartolo, il-moħħ wara Tolo, fl- istudjo tagħha. Filwaqt li tistaqsi dwar l-esperjenza tagħha bħala disinjatriċi fl-aktar sfilata tal- moda prominenti f 'pajjiżna, tara b'għajnejha u tmiss idejha l-ħidma mimlija dettall ta' Bartolo li għamlet b'kollaborazzjoni mal-għaqda mhux Governattiva 'Żibel'. Min hi Rachael? Bartolo qalet li l-arti dejjem kienet il-passjoni tagħha bid- differenza li darba, waqt ġurnata skolastika, l-għalliema tal-arti talbithom biex jesperimentaw b'ilbiesi magħmula mill-karti. Il-prodott finali kellu jiġi eżebit f 'attività skolastika stess. Minkejja li hi mdorrija fid-dinja tal-ħjata, għaliex kemm ommha kif ukoll nannitha minn dejjem kienet tarahom iħitu, din l-attività nibtet kurżità ġewwa fiha li eventwalment wasslitha biex taħdem fid-dinja tal-moda u toħloq arti sostenibbli. Eventwalment hija baqgħet tistudja u din wasslitha għal opportunitajiet li taħdem ma diżinjaturi prominenti fil-gżejjer Maltin, li rawmuha u esponewha għal Malta Fashion Week minn wara l-kwinti. Bartolo ħadmet ma' Carla Grima u Rosemarie Abela. "Meta kont assistejt lil Carla Grima għall-ewwel Fashion Week kienet esperjenza eċċezzjonali. Dak iż-żmien niakar li kelli eżami l-għada iżda xorta kont mort għaliex żgur li ma kontx se nitlef din l-esperjenza. Eventwalment bqajt naħdem ma' Carla u fil-fatt kont erġajt ħdimt f 'Fashion Week," spjegat Bartolo. Irrakkontat li wara l-esperjenza tagħha fl-MCAST, ħadmet fuq il- midja soċjali u bdiet tiġi afdatha b'numru ta' ħwejjeġ ta' klijenti, sakemm darba fetħet Tiktok u ġietha l-ispirazzjoni, li wasslitha biex tagħmel id-debutt tagħha bħala diżinjattriċi f 'din l-isfilata tal-moda. 'Mort inżur is-sit tagħhom u qbadt nagħżel il-materjal... it xhur wara rniexxieli noħloq kollezzjoni' L-ispirazzjoni mhux dejjem tiġi meta wieħed jaqbad karta u lapes, iżda l-ispirazzjoni ta' Bartolo mhix tas-soltu. Minn fejn ġiet l-idea? "Kont qed nuża Tiktok u rajt filmat tal-NGO Żibel, fejn inġabret xibka mormijja fil-baħar. Dak il-ħin lanqas indunajt li din kienet inġabret minn pajjiżna. Meta irrealizzajt ikkuntattjajthom mal-ewwel, għidtilhom li kont interessata li nirriċikla x-xibka u the rest is history," qalet Bartolo. Minn hemm bdiet il- kollaborazzjoni, marret fuq is- sit u qabdet tpinġi disinji ġodda. Mit-tħażżiż tad-disinn għal fuq l-isfilata tal-moda, kien hemm żmien mhux ħażin, għaliex dan il-proċess ma kienx wieħed faċli. Dawn il-materjali kienu jirrikjedu li jiġu mnaddfa, separati u eventwalment meħjuta. Bejn ċajta u oħra qaltlilna li l-istudjo tagħha kien qisu suq tal-ħut, bir-riħa ta' baħar u ħut li kellha! 'Din kienet kollha ħajt ta' xbieki, irnexxieli noħloq teknikna biex nużahom xorta waħda' Bartolo irnexxielha tagħmel użu minn materjali differenti u dan jinkludi wkoll ħajt irqiq minn xbieki. Normalment il- ħajt nużawh biex tħit il-materjali flimkien u mhux ikun ikun il- materjal innifsu u għalhekk mhux xi sorpriża jekk wieħed jitħasseb dwar kif irnexxielha toħloq ilbiesi sħaħ bihom. Iżda irnexxielha! "Ħloqt teknika li fiha bdejt inħit fuq il-ħajt innifsu. Il-linji l-bojod għamilthom bil-magna jiena fuq il-ħajt tal-ixbieki," spjegat Bartolo. L-isforz tal-ħajjata ma kinitx li ssib riżorsi sostenibbli biss iżda li tuża l-aktar materjal sostenibbli possibli u dan ifisser li ma wżatx żip, li normalment ikollu l-plastik fih. Fil-fatt għażlet li tagħmel il-buttuni hi b'idejha b'uħud minnhom b'materjal riċiklat ukoll. Ħaġa tal-iskantament kienet libsa partikolari mimlija qxur tal- arzelli. Filwaqt li uħud minn dawn l-arzelli kellhom jiġu meħjuta mal-libsa nnifisha, kien hemm oħrajn li kienu diġà mwaħħlin magħha b'mod organiku hekk kif kibru madwar il-ħajt tax-xibka. Ċarament din il-libsa mhix biss prestazzjoni tal-kreattività u l-kapaċità tad-disinjatriċi iżda wkoll fenomenu impressjonanti tan-natura. Qalet li din ix-xibka tant impressjonatha li meta ratha fis- sit ta' Żibel, staqsiet jekk tistax toħodha mal-ewwel. "Dak il-ħin kont diġà qed nimmaġina kif stajt nagħmilha. Kont diġà bdejt naraha kompluta." Mistoqsija liema hija l-aktar ħaġa għal qalbha mill-kollezzjoni tagħha hija qalet li kull ħaġa li għamlet hi għal qalbha għaliex lkoll għandha konnessjoni magħhom. Bla dubju tgħid li waħda mill-aktar favoriti tagħha hija dik ta' ħafna ħajt għaliex Rachael Bartolo tagħmel id-debutt tagħha f'Malta Fashion week tal-2023... Iżda min hi din id- disinjatriċi żagħżugħa? Għaliex għażlet materjal miġbur mill-NGO Żibel? Kif irnexxielha taqbel ħafna ħajt irqiq u titrasformahom f'libsa? L-ILLUM tistaqsi... Id-disinjatriċi Rachael Bartolo Dettall liema bħalu li din il-gazzetta kellha l-opportunità tara mill-qrib