Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367
ANTHEA CACHIA Jekk int imdorri tfittex u tiġbor ir-rizzi meta tmur sa ħdejn il- baħar se jkollok tistenna sentejn biex terġa' tagħmel dan. Dan għaliex min-nhar il-Ġimgħa daħal fis-seħħ moratorju ta' sentejn li tagħmel il-ġbir tar- rizzi mix-xtut tagħna illegali. L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kienet diġà ikkumissjonat studju dwar il- popolazzjoni ta' dawn il-ħlejjaq tal- baħar. Fil-fatt, f 'Ottubru tal-2022, meta ġiet mistoqsija mid-Deputat Carmelo Abela, il-Ministru għall- Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli, fil-Parlament, sostniet illi dan l-istudju wasal għall-konklużjoni illi n-numru ta' rizzi fil-gżejjer Maltin huwa wieħed baxx ħafna. Intant nhar il-Ġimgħa l-Ministru Miriam Dalli f 'post fuq Facebook sostniet illi li kieku ma ttiħidx dan il-pass kien hemm ċans li dawn jiġu estinti għal kollox b'konsegwenza li l-biodiversità ta' pajjiżna tiġi impattata. Għaldaqstant, flimkien mas- Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said u d-Dipartiment tal- Akkwakultura ġie varat proġett fil-laboratorju ta' San Luċjan biex titkattar il-popolazzjoni tar-rizzi li se jkompli jikber fil-futur. Din mhix l-ewwel darba li qed isir dan l-eżerċizzju fl-Ewropa hekk kif pajjiżi oħra ħadu din l-istess l-inizzjattiva u qed jagħmlu użu mit-teknoloġija ta' llum biex jippreservaw il-popolazzjoni tar- rizzi fil-baħar Mediterran. Dan għaliex, b'mod ġenerali t-tnaqqis fil-popolazzjoni ġiet innotata madwar il-Mediterran kollu u jidher li waħda mill-fatturi huwa l-istat tal-baħar. Xjentisti spjegaw illi r-rizzi, għalkemm il-qoxra tagħhom hija waħda realttivament "ħarxa" u li hi magħmula biex tipproteġi lir-rizza nnifisha, huma sensittivi ħafna għall-ambjent tagħhom. Spjegaw illi l-impatt tal-fishfarms u t-tibdil fil-klima għamlitha aktar diffiċli biex ir-rizzi jgħixu f 'kundizzjonijiet adegwati għalihom. Apparti minn hekk labortaroji Taljani qed jeżaminaw din il- ħlejjqa biex jagħmlu studji dwar l-evoluzzjoni u l-iżviluppi tagħha mas-snin. Iżda tinkwieta xejn! Jekk għandek għal qalbek ikla tajba, l-importazzjoni tar-rizzi minn pajjiżi oħra mhux se tkun affettwata. 20 IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet Min issa illegali li wieħed jiġbor ir-rizzi mix-xtut Maltin Ir-rizzi mhux f'Malta biss qed jonqsu iżda mill-baħar Mediterran kollu. Għalkemm ir-rizzi għadhom il-qoxra ħarxa biex jipproteġi ruħhom huma ħlejjaq sensittivi ħafna. Għaldaqstant, kawża ta' bdil radikali fl-ambjent tagħhom minħabba l-fishfarms u tibdil fil-klima, xjentisti qed jistudjaw l-aħħar mod ta' kif jippreservaw ir-rizzi fil-Mediterran