Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367
Miguel Azzopardi 13 opinjoni IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum L-Istituzzjonijiet li għandna razzisti - irridu aħjar S kont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Mi- grazzjoni tan-NU, fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena mietu aktar nies huma u jaqsmu l-Mediterran milli mietu f 'kull sena oħra mill-2017. Il-gvern tagħna – filwaqt li mhuwiex l-uniku gvern responsabbli għal dawn iċ- ċifri – ripetutament naqas milli jwettaq ir-responsabbiltajiet legali internazzjonal tiegħu ta' tfittxija u salvataġġ. Spiss wisq, in-nies li jieħdu riskji kbar għal ħajja aħjar, qegħdin jiġu abbandunati filwaqt li l-mexxejja tagħna mehdija jitqabdu bejniethom fuq min għandu jsalvahom. F'inċident wieħed f 'Marzu, dan wassal għall-mewt ta' 30 persuna u f 'mossa illegali f 'Mejju li għadda, intbagħatu lura lejn il-perikli li telqu minnhom 500 persuna oħra. Dawn kollha sintomi ta' razziżmu sistemiku fl- istituzzjonijiet tagħna. Min imexxina jridna nemmnu li l-Libja hija port sigur u li għalhekk aħna ġustifikati li nibagħtu lura lejn il-Libja lil dawk li jaslu għandna minn hemm. Madankollu, x-xhieda ta' bosta tfal, nisa u rġiel li esperjenzaw id-detenzjoni fil-Libja tikxef ambjent ta' vjolenza, tortura, u stupru fil-kampijiet Libjani. Il-Libja ta' dawn it-testimonjanzi mhijiex port sigur u għalhekk kull meta l-mexxejja tagħna jibagħtu lura n-nies lejn il-Libja qegħdin jonqsu mill-obbligi internazzjonali tagħhom li jħarsu l-ħajja tal- bniedem. Is-sitwazzjoni fil-Libja tanti hija terribbli, li meta fl-2019 kien hemm bastiment tal-merkanzija li fittex li jieħu lura l-Libja lil grupp ta' passiġġieri salvati fil-Mediterran, dawn talbu lill-ekwipaġġ biex iwassalhom l-Ewropa. Kien hemm minnhom li preferew jaqbżu fil-baħar u jitħallew hemm milli jmorru lura l-Libja. Mal-wasla tagħhom f 'Malta, minflok ilqajnihom, il-gvern fetaħ kawża kontra tliet adoloxxenti li aġixxew ta' tradutturi waqt dan il-kalvarju sħiħ. L-El Hiblu 3 illum qegħdin jiffaċċjaw akkużi ta' terroriżmu li jistgħu jwasslu għall- piena kerha ta' għomorhom il-ħabs. Meta jaslu fi xtutna mingħajr perkli mbagħad, il-migranti jinqaflu dritt fiċ-ċentri ta' detenzjoni ta' Malta li skont ir-rapport tal- Kumitat Kontra t-Tortura tal- Kunsill tal-Ewropa (2021) huma bastjuni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Iċ-ċentri ta' detenzjoni ta' Malta huma kumplessi militari fejn jitqiegħdu mijiet ta' nies fi spazji minuskoli u maħmuġa mingħajr aċċess għal faċilitajiet u prodotti iġjeniċi bażiċi. Minn dawn it-toqob dawn in-nies ma jistgħux joħorġu, u mantutenzjoni bażika ta' dawn iċ-ċentri ma teżistix. It-tfal, saħansitra dawk li jaslu Malta waħidhom mingħajr ġenituri jew qraba, u n-nies vulnerabbli, qegħdin jaqfluhom f 'dawn l-istess postijiet minkejja li jeżistu bosta politiki u protokolli li jistipulaw b'mod ċar li t-tfal u n-nies vulnerabbli m'għandhomx jiġu maqfula f 'dawn iċ-ċentri. L-ebda persuna denja li tissejjaħ umana ma tista' qatt tiġġustifika l-mod kif qegħdin nitrattaw il- migranti fiċ-ċentri ta' detenzjoni f 'Malta. M'aħna qegħdin niksbu xejn billi nkissru lin-nies b'dal-mod. Meta mbagħad jgħaddu biex jipparteċipaw fis-soċjetà Maltija, dawn in-nies qegħdin ikomplu jsaqqfu wiċċhom ma' degradazzjoni wara l-oħra. Isibu ruħhom f 'nasses burokratiċi inkluż ostakli kbar biex jiksbu permessi ta' residenza u tax- xogħol. Uħud mit-tfal jaqgħu sanasitra taħt il-kategorija ta' dawk li ma jappartjenu għall-ebda stat. X'aktarx ikunu twieldu huma u jaqsmu bihom lejn l-Ewropa u minħabba li m'għandhomx dokumenti uffiċjali taħt isimhom la jistgħu jmorru skola u lanqas javvanzaw. Apparti minn dan, iċ-ċittadinanza Maltija ma toħodhiex kif ġieb u laħaq sakemm mintix sinjurun li tiflaħ tixtri passaport Malti, u applikazzjonijiet leġittimi spiss jisfaw miċħuda mingħajr raġuni uffiċjali. Dawn prassi li jeqirdu l-umanità tal-migrant u jwasslu għal kultura ta' razziżmu sfrenata fil-pajjiż u fl-istituzzjonijiet ta' tmexxija tiegħu hekk kif rajna it snin ilu fil-qtil kiesaħ u biered ta' Lassana Cisse. Ġustizzja għal Lassana Cisse lanqas m'għadha waslet. Il-migranti mill-komunità LGBTQI+ li jiġu Malta għax opressati f 'pajjiżhom jiffaċċjaw sett ta' problemi oħra. Spiss jagħti l-każ li l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil ma tintlaqax sempliċiment għax l-awtoritajiet Maltin ma jqisux li l-pajjiżi li ħarbu minnhom huma perikolużi. Dan anki f 'każijiet fejn il-pajjiżi konċernati bħal pereżempju, l-Eġittu, jikkriminalizzaw lin-nies LGBTQI+. Għalxejn irriduha tal-progressivi fil-qasam tad-drittijiet tal- LGBTQI+ jekk ma nestendux dawn id-drittijiet lil migranti LGBTQI+ li jiġu Malta propju għaliex f 'pajjiżhom meqjusa kriminali. Saret komda li nwaħħlu fil- migranti u r-refuġjati fil-konfront ta' problemi domestiċi. Minflok inwaħħlu 'fis-suwed' aħjar nagħtu titwila tajba lejn l-għeruq tal- problemi serja li qegħdin niffaċċjaw f 'pajjiżna. Malajr ser niskopru li r-realtà mhux dik li ħsibniha li hi. Huma dawk li għandhom l-iktar poter u privileġġ li kkawżaw il-problemi tat-traffiku kostanti, storbju u żvilupp żejjed, mhux in- nies li jaħarbu minn djarhom għad- dinjità u opportunitajiet aħjar. Biex nibnu soċjetà li tonora l-ħajja u d-dinjità tal-bniedem, irridu gvern li jieqaf iħaddan metodi u retorika vjolenti fil-konfront tar-refuġjati u l-migranti; irridu gvern li jieqaf jibgħat pulizija bl- addoċċ fid-djar ta' dawk li qegħdin Malta jfittxu l-ażil; u rridu gvern li jwaqqaf ħesrem id-dikjarazzjonijiet ksenofobiċi tal-politikanti tiegħu. Din l-imġieba tal-mexxejja tagħna qegħda tkebbes ir- razziżmu u l-vjolenza. Trid tieqaf ħesrem sabiex magħha tieqaf il-kriminalizzazzjoni tan-nies minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom. U trid tieqaf biex verament inkunu pajjiż li jonora l-benesseri u l-ħajja tal-bnedmin kollha. L-ebda persuna denja li tissejjaħ umana ma tista' qatt tiġġustifika l-mod kif qegħdin nitrattaw il-migranti fiċ-ċentri ta' detenzjoni f'Malta. M'aħna qegħdin niksbu xejn billi nkissru lin-nies b'dal-mod Miguel Azzopardi huwa attivist fi ħdan il-Moviment Graffitti