Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367
opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Flimkien għal saħħitna, u saħħet l-annimali tagħna 14 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum M atul dawn l-aħħar snin, Gvern Laburista ħadem qatigħ biex ikompli jassigu- ra kommunitajiet iktar sana, u b'saħħithom. Bid-diversi proġetti u investimenti li nedejna, u anke dawk li għadna rridu inwettqu, se nkomplu ntawlu u ntejbu l-kwalità ta' ħajja tagħna, tal-familjari tagħ- na u ta' uliedna. Ma nistgħux niddiskutu s-saħħa in ġenerali tal-poplu tagħna, mingħajr ma nindirizzaw is-saħħa tal-annimali tagħna u ta' madwarna. L-annimali huma parti integrali mid-djar u l-kommunitajiet tagħna. Ta' kuljum, b'mod dirett jew indirett, huma jinteraġixxu magħna u mal-ambjent ta' madwarna. Ikun inutli li naħdmu fuq kampanji li jindirizzaw l-benessere tagħna l-bnedmin, jekk ma nindirizzawx bir-reqqa l-kwalità ta' ħajja li pajjiżna joffri għal dawn il-ħbieb tagħna, l-annimali. Dan huwa wieħed mill-għanijiet prinċipali wara l-Istrateġija ta' Riforma li introduċejna ġewwa d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali. Din ir-riforma ħolistika sejra titrasforma bis- saħħa n-nuqqasijiet li kien hemm preżenti f 'dan il-qasam: B'mod trasparenti, effikaċi u immedjat, irridu nagħtu spinta lill-investimenti li qegħdin isiru, biex flimkien niksbu l-progress li l-poplu qiegħed jitlob minnha. Huwa abbażi tal-bidliet li qegħdin nintroduċu f 'dan is-settur, li flimkien, ħadna pass kruċjali ieħor meta it tal-jiem ilu, nedejna l-ewwel Kampanja Nazzjonali għat-Tiswija tal-Qtates. Din l-inizjattiva, l-ewwel waħda ta' din ix-xorta fuq bażi nazzjonali, sejra tassigura l-ikbar impatt pożittiv ta' din il-ħidma. Huwa fatt magħruf li l-qtates huma fost l-annimali domestiċi l-iktar popolari madwar id-dinja. Ngħożżuhom għall-karattri differenti tagħhom u l-kumpanija tagħhom, filwaqt li jipprovdu element ikkulurit lid-djar tagħna, it-toroq tagħna u madwarna. Huwa obbligu tagħna, kemm bħala sidien kif ukoll bħala membri fi ħdan il-kommunitajiet differenti, li nipproteġu saħħithom u l-kwalità ta' ħajja tagħhom. It-tiswija tal-qtates tat-triq hija prassi importanti biex jirnexxielna nassiguraw dan. L-intervent ta' tiswija fuq il-qtates, meta jsir b'mod li jirrispetta d-dinjità tal-annimali, għandhom diversi benefiċċji differenti. Għall-qtates, it-tiswija tagħhom iwaqqaf it-tixrid ta' mard infettiv, ċertu tipi ta' kankri, kif ukoll sintomi mediċi perikolużi oħra. Fl-istess ħin, apparti l-kontroll dirett fuq il-popolazzjoni ta' dawn il-qtates, hemm riċerka li turi kif l-qtates li jkunu suġġetti għat- tiswija jkollhom tendenzi inqas aggressivi minn qtates normali. Barra minn hekk, il-qtates suġġetti għal dan l-intervent jkunu jistgħu jgħixu b'mod iktar armonjuż mal- ambjent ta' madwarhom. Sal-ġurnata tal-lum però, il-proċess ta' kif isir it-tiswija tal-qtates kien qiegħed isir b'mod diframmentat. Għal diversi snin, it-tiswija tal-qtates kien xprunata l-iktar mill-involviment ta' għaqdiet non-governattivi, kif ukoll l-involviment individwali ta' diversi animal feeders u voluntiera. Kienu, u ser jibqgħu, element importanti minn din il-ħidma f 'dan il-qasam partikolari. Matul dawn l-aħħar snin, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali kien qiegħed jappoġġja din il-ħidma permezz ta' skema ta' vouchers, li kienu ġew imqassma mal-ħames reġjuni lokali kollha. L-irwol tad- Direttorat, minkejja li ser jevolvi ruħu, jibqa' essenzjali biex niksbu r-riżultati pożittivi. Minkejja l-ħidma li saret, bħala Gvern ħassejna li kellna nieħdu l-pass li jmiss. In-natura dinamika tal-popolazzjoni tal-qtates tat-triq, kienet tirrikjedi azzjoni b' mod iktar koordinat u unit biex isir dan il-kontroll tal-popolazzjoni tat-triq. Il-benefiċċji ta' strateġija bħal din huma numerevoli. Din il- kampanja nazzjonali sejra tieħu konjizzjoni tal-bżonnijiet speċifiċi fi ħdan il-kommunitajiet u rħula differenti, kif ukoll l-annimali li jgħixu fiż-żoni differenti. Il-kampanja tagħmel referenza speċifika għall-bżonn li dawn l-annimali jiġu rrilaxxati fl-istess postijiet li jkunu inġabru: b'hekk, ma jkunx hemm effetti negattivi ulterjuri fuq l-ekosistema ta' madwarna. Il-mod konġunt kif sejrin noperaw din il-kampanja, jassigura li t-trattament dinjituż ta' dawn il-qtates, fosthom l-attenzjoni medika wara l-intervent, jibqa konsistenti fir-reġjuni kollha. Iċ-ċentralizazzjoni ta' dan il- proċess iwassal għal monitoraġġ u evalwazzjoni iktar konsistenti. L-irwol tad-Dipartiment tal- Ħarsien tal-Annimali huwa li jibqa jżomm rendikont tal-volum, is- saħħa u t-theddid eżistenti għall- kommunitajiet ta' qtates eżistenti. L-iktar element kruċjali ta' din il-kampanja, però, tibqa l-kommunikazzjoni diretta bejn id-Direttorat, il-voluntiera kollha involuti, u l-poplu in ġenerali. Kampanja bħal din ma tistax tibqa statika: Triq tibqa' tevolvi ruħha u tisma' l-ħsibijiet tagħkom il-pubbliku in ġenerali. Il-ħidma ta' din l-istrateġija, tisfa' fix-xejn jekk ma tinvolvix lill-poplu Malti u Għawdxi f 'dak li jsir ta' kuljum. Ottimista li, permezz ta' dan il-pjan, il-Gvern qiegħed ikompli inaqqas l-piż eżistenti fuq l-NGO's, il-voluntiera, il-feeders u s-santwarji tal-annimali differenti. Billi naħdmu flimkien, b'viżjoni waħda, u bi strateġija komuni, qegħdin nassiguraw li l-ħidma f 'dan il-qasam tilħaq ammont ikbar ta' annimali. Il-ħidma tagħna ma tistax tieqaf hawnhekk però. F'dak kollu li nagħmlu, huwa l-obbligu tagħna li nibqgħu nisimgħu minnkom iċ- ċittadini. Dan japplika kemm fil- kritika li nisimgħu mingħandkom, u kemm fir-riżultati pożittivi li niksbu flimkien. L-appoġġ u l-involviment tagħkom jibqa' l-ingredjent prinċipali biex niksbu r-riżultati pożittivi flimkien. Mingħajr l-għajnuna tagħkom, il- ħidma tagħna ma tistax tilħaq l-aspettattivi tal-poplu tagħna. B'ħidma konġunta, u b'viżjoni ċara, nistgħu verament inwettqu l-bidla, u jkollna pajjiż aħjar għalina, għall-annimali tagħna, u għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Alicia Bugeja Said hija s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said L-intervent ta' tiswija fuq il-qtates, meta jsir b'mod li jirrispetta d-dinjità tal- annimali, għandhom diversi benefiċċji differenti. Għall-qtates, it-tiswija tagħhom iwaqqaf it-tixrid ta' mard infettiv, ċertu tipi ta' kankri, kif ukoll sintomi mediċi perikolużi oħra