Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367
MATTHEW FARRUGIA "In-nies qed iħossuhom issikkati bil-bidliet il-ġodda." Din kienet ir-reazzjoni ta' membri ta' Touring Club Malta (TCM) u Association of Maltese Campers and Outdoor Activists (AMCOA) għar- riżultat ta' regolamenti ġodda dwar stazzjonar temporanju ta' karavans u kampers. Dawn ir-regolamenti, li tħabbru f 'Ġunju li għadda, fissru li fost oħrajn, jekk wieħed irid jagħmel użu minn karavan jew kamper, irid japplika online u, jekk il-Kunsill jaċċetta, irid iħallas €5 għal kull ġurnata. Intant, intqal ukoll li l-kunsilli lokali se jkunu jistgħu japplikaw għal 'designated sites', fejn il- kampers u l-karavans ikunu jistgħu jipparkjaw fihom u jagħmlu użu minn servizzi, fejn il-prezz tagħhom huwa ta' €10 kuljum, b'massimu ta' sebat ijiem. Dwar ir-regolamenti, l-ILLUM tkellmet ma' Saviour Brincat u Patrick Micallef, żewġ dilettanti li jagħmlu użu minn kampers, u membri tal- għaqdiet mhux governattivi li jirrappreżentaw l-istess dilettanti. Ma' din il-gazzetta, huma stqarru li r-regolamenti għandhom jiġu riveduti, hekk kif skonthom, ir-regolamenti huma riżultat ta' diskussjonijiet li ma involvux dawn l-għaqdiet mhux governattivi. Brincat stqarr li qabel inħarġu dawn ir-regolamenti, il-Gvern kien ikkonsulta mal-Kunsilli Lokali, iżda filwaqt li kien hemm individwi li jagħmlu użu minn karavans, l-AMCOA ma kinitx prezenti għal din il-laqgħa. Huwa ddeskriva d-deċiżjoni, li l-aħħar kelma dwar il-permess tal-kampers tkun f 'idejn il- Kunsilli Lokali, se twassal għall- mewt ta' dan id-delizzju. Dan hekk kif Brincat spjega li huma ftit Kunsill Lokali li qed jaċċettaw l-applikazzjonijiet tal-kampers. Fil-fatt, ġie nnutat li dawn il-Kunsilli Lokali qed jaċċettaw l-applikazzjonijiet għal żewġ żoni biss, li bejniethom jistgħu jakkomodaw 50 kamper u karavan, filwaqt li f 'Malta huwa stmat li hawn aktar minn 4,000 kamper u n-numru ta' karavans mhux magħruf. Apparti dan, ġie spjegat ukoll li d-dilettanti qed jitilfu l-flus kull darba li japplikaw għall- permessi. Brincat u Micallef stqarru li meta wieħed japplika għall-permess biex jagħmel użu mill-kampers u l-karavans irid iħallas għalih minn qabel, iżda qalu li rriżulta li meta l-permessi qed jiġu miċħuda, il-flus ma jmorrux lura lejn l-applikanti. Kwistjoni oħra li qajjmu d-dilettanti hija dik marbuta mas-sigurtà tal-postijiet fejn il- Kunsilli Lokali qed jippermettu l-attività tal-karavans. Dwar dan, saret referenza għal żona fin-Naxxar bejn it-Triq tal- Kosta u l-baħar, liema żona hija magħrufa li kienet okkupata minn kampers. Ġie spjegat li filwaqt li qabel ir-regolamenti, il-kampers u l-karavans kienu aktar viċin il-blat, il- Kunsill Lokali tan-Naxxar qed jippermetti li jipparkjaw il- kampers u l-karavans f 'biċċa art viċin mat-triq. Brincat stqarr li ilment komuni dwar din iż-żona kienet li dawn kienu qed joħonqu l-veduta tal- baħar għal kull min jixtieq iżur iż-żona. Minkejja dan, intqal li ż-żona li tippermetti l-kampers u l-karavans tinsab biss pass 'il bogħod minn fejn kienu jinżammu l-karavans qabel ir-regolamenti, b'differenza li issa, il-karavans qiegħdin fuq il-livell tat-triq, u b'hekk xorta waħda, issa dawn ikunu aktar viżibbli. Apparti dan, ġie nnutat il-periklu ta' din iż-żona, hekk kif m'hemm xejn li jisseparaha minn mat-triq li hija magħrufa li tara numru ta' karozzi jleħħqu veloċitajiet għoljin. Għalhekk, iż-żewġ għaqdiet mhux governattivi għadhom għaddejjin b'laqgħat mal- Gvern sabiex jiġu indirizzati dawn l-ilmenti. Fosthom, huma jixtiequ li l-karavans u l-kampers ma jkunux limitati għall-kosta biss, hekk kif jifhmu li l-kosta hija limitata u kulħadd irid igawdiha. Apparti dan, staqrru wkoll li m'għandhom ebda problema li jħallsu somma ta' flus biex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill- karavans u l-kampers, iżda għal dik is-somma, jeħtieġu ċertu servizzi u anke assigurazzjoni li ż-żoni li jkunu fihom huma siguri u bla periklu. Ta' min jinnota wkoll li minkejja s-suġġerimenti biex jinbnew siti apposta għal din l-attività, l-assoċjazzjonijiet stqarru li jifhmu li l-ispazju f 'Malta huwa limitat, u għalhekk, stqarru li dan il-passatemp xorta jista' jitgawda mingħajr il-bżonn ta' siti kbar iddedikati biss għal din l-attività. aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum Id-dilettanti tal-karavans u l-kampers 'issikkati bir-regolamenti l-ġodda' Il-kampers u l-karavans fejn il-kosta kienu suġġett ta' kontroversja għal numru ta' snin, iżda issa b'regolamenti ġodda, id-dilettanti ta' dawn l-attivitajiet stqarru mal-ILLUM li qed iħossuhom issikkati. Dan hekk kif fost l-oħrajn, il-Kunsilli Lokali, li jiddeċiedu jekk jaċċettawx jew jiċħdux il-permessi għall- kampers, mhux jaċċettaw il-permessi għal dawn l-attivitajiet Din iż-żona hija waħda minn tnejn fejn qed jiġu aċċettati l-permessi tal-kampers u l-karavans. Hawn, id-dilettanti qed jgħidu li din iż-żona mhix addattata għal dawn l-attivitajiet, speċjalment meta jkun hemm it-tfal jilgħabu viċin it-triq tal-kosta