Illum previous editions

ILLUM 9 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 19

aħbarijiet 05 IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum MATTHEW FARRUGIA Il-maġġoranza assoluta tan- nies li fittxew l-għajnuna mingħand il-Fondazzjoni OASI, minħabba l-użu tad- droga, kienu nies li trabbew minn ġenituri bi problemi marbuta mal-vizzju wkoll. Dan ħareġ minn studju tal-istess fondazzjoni, li jixhed kif 64% tal-persuni mgħejjuna kellhom ġenituri b'dawn it-tip ta' problemi, hekk kif ġie spjegat f 'konferenza tal-aħbarjiet f 'Għawdex. Hawn, il-Kap Eżekuttiv tal- fondazzjoni, Noel Xerri stqarr li l-OASI qatt ma riedet li persuni jintbagħtu l-ħabs minħabba problemi li jkollhom marbuta mal-abbuż tad-droga. Dan filwaqt li appella sabiex issir aktar riċerka dwar dan is-suġġett, sabiex ikun magħruf dejjem aktar dwar il-konsegwenzi tad- droga fis-soċjetà tagħna, b'mod speċjali fejn huma involuti t-tfal. Waqt il-konferenza tal- aħbarjiet dwar is-suġġett li jmiss il-qalb ta' bosta familji, tkellmu diversi esperti fil- qasam tal-familja u anke dak tad-droga. Fosthom kien hemm Dr Chantal Avellino, li hija psikologa u lettura, li tkellmet dwar kif hemm bżonn li l-effetti psiko-soċjali tad-droga jiġu studjati minn lenti li tindirizza lit-tfal fis-soċjetà. Hija nnutat li l-effetti tal-abbuż ta' kwalunkwe sustanza jaffettwaw lill-familja kollha, u ħafna drabi jwasslu għal problemi f 'relazzjonijiet u anke problemi mill-aspett finanzjarju tal-familji u r-relazzjonijiet. Dan, skont Dr Avellino, iwassal għal ambjent ikkaratterizzat mill-kaos emozzjonali, it-telf tal- maħbubin u f 'każijiet oħra, anke l-vjolenza. Intant, waqt il-konferenza tal-aħbarjiet tkellmet ukoll Deborah Francalanza, li ppreżentat ir-riċerka tagħha dwar kif it-tfal jistgħu jikbru f 'ambjent ta' kriminalità jekk ikunu mrobbija f 'ċertu ambjenti. Hawn, hija spjegat li fir-riċerka tagħha, tkellmet ma persuni li għandhom 18-il sena jew aktar u li spiċċaw xellfu difrejhom mal-liġi minħabba li anke kienu bdew iwettqu r-reati minn ta' età żgħira. Francalanza ikkonkludiet li hemm diversi fatturi li jistgħu iwasslu biex persuna tispiċċa tgħix din it-tip ta' ħajja, fosthom problemi ta' saħħa mentali, nuqqas ta' edukazzjoni u problemi marbuta ma' relazzjonijiet fost oħrajn. Ir- riċerka tagħha juri wkoll li jekk persuna tiġi mrobbija minn ġenituri li għandhom problemi bis-sustanzi, jiżdied iċ-ċans li persuna tikber u jkollha effetti sekondarji aktar fit-tul. Apparti dan, Francalanza indirizzat ukoll il-fatt li xorta waħda għadha teżisti stigma lejn nies li jfittxu l-għajnuna, kemm mill-ġenituri, kif ukoll mit-tfal u dan iwassal għal ostakli li ma jħallux persuni jfittxu l-għajnuna meta jkollhom bżonn. Intant, il-psikologu u lettur, Dr Matthew Berry tkellem aktar l-affarjiet li jpoġġu lit-tfal f 'riskju f 'dan il-qasam, fejn fattur minnhom hija l-użu regolari u normalizzazzjoni tad-droga, flimkien ma' negliġenza fiżika u emozzjonali. Mir-riċerka tiegħu, Dr Berry nnota li tfal ta' nies li jabbużaw mix-xorb, huma aktar probabbli li jistmaw lilhom infushom b'mod ħażin. L-agħar effett fuq it-tfal, skont Berry m'humiex l-affarjiet negattivi li jsofru minnhom, iżda l-affarjiet pożittivi li suppost jesperjenzaw meta jkunu żgħar, iżda minħabba din in-negliġenza, qatt ma jesperjenzaw, u apparti d-droga, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ ġenituri hija fattur importanti li taffettwa t-tfal tul ħajjithom. Waqt il-konferenza, tkellmu wkoll membri mill-Gvern u l-Oppożizzjoni. Fosthom kien hemm il-Ministru għall-Politika Soċjali, Michael Falzon, li qabbel il-vizzju mal-iskjavitu, hekk kif persuna b'dan il-vizzju jispiċċa' skjav f 'idejn is-sustanza. Huwa appella wkoll sabiex wieħed qatt ma jiġġudika persuna b'dawn il- problemi. Min-naħa tiegħu, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Alex Borg stqarr li l-problemi ta' vizzju huma suġġetti kumplessi u ma hemmx soluzzjoni unika għal dawn it-tip ta' problemi, filwaqt li appella wkoll sabiex wieħed iżomm moħħu miuħ. 64% ta' persuni li fittxew l-għajnuna ta' OASI, trabbew minn ġenituri li abbużaw mid-droga Il-vizzji tad-droga u l-abbuż mis-sustanzi huma magħrufin li jikkawżaw problemi serji ta' saħħa fuq min qed jabbuża minnhom u anke min-nies ta' madwarhom, iżda skont studju mill-Fondazzjoni OASI, it-tfal ta' dawn il-vittmi huma fost l-aktar affettwati minn din il-problema. Fil-fatt, hawn irriżulta li ħafna min-nies li irrikorrew għall-għajnuna mill-OASI trabbew minn ġenituri li kellhom problemi bis-sustanzi Studju tal-OASI jinnota li tfal b'ġenituri li jabbużaw mis- sustanzi għandhom aktar ċans li jkollhom l-istess problema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 July 2023