Illum previous editions

ILLUM 9 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 19

tal-banju maqsuma bejn sebgħa: Fejn barranin? 07 analiżi illum • IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 TAS-SLIEMA Għal €300 fix-xahar, wieħed jista' jikri wkoll sodda f 'residenza f 'Ta' Sliema, f 'residenza li skont ir-ritratti tagħha li ttellgħu fuq Facebook, tidher li qiegħda fi stat xejn pjaċevoli. Hawn, skont min tella' r-ritratti, jistgħu jorqdu seba' persuni f 'sodod żgħar, u l-kontijiet huma inkludi fil- prezz tal-kirja. Madankollu, mir-ritratti wieħed jista' jinnota l-istat diżastruż tal-kċina tal-istess residenza, hekk kif fiha 'fridge' antika u żebgħa qed jinqala' minn mal-ħajt. Ritratt ieħor juri 'shower' żgħir u maħmuġ u ta' min isemmi wkoll il- bitħa żgħira bi it siġġijiet fiha f 'dik l-imsejjħa 'smoking area' skont kitba fuq ħajt li wkoll jidher li għandu bżonn il- manutenzjoni. Għal darb'oħra il-bunk beds qed jintużaw ukoll f 'din id-dar f 'Wied il-Għajn, fejn skont numru ta' ritratti fuq Facebook juru li d-dar kellha l-kmamar konvertiti sabiex ikunu jistgħu jakkomodaw aktar nies f 'kull kamra. Din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-persuna li kien qed jirriklama s-sodod għall-kirja, fejn stqarret li bħalissa hemm sitt persuni jgħixu fiha diġà, iżda xorta hemm spazju biżżejjed għal aktar. Hekk kif l-ILLUM ċemplet bħala ħaddiem minn grupp ta' tlieta li qed ifittxu l-akkomodazzjoni, il- persuna wara r-riklam aċċertat lil din il-gazzetta li fadal aktar spazju u tliet persuni oħra jistgħu jgħixu fid-dar mingħajr problema. Fuq Facebook, persuni interessati li jgħixu f 'din id-dar ta' tliet sulari qed jintalbu jħallsu €250 fix-xahar u jekk il-persuni li diġà jgħixu hemm iħallsu l-istess kirja, is-sid tad-dar qed idaħħal mal-€1,500 fix-xahar u xorta kapaċi jdaħħal mill-inqas €3,000 jekk jidħlu jgħixu aktar nies. WIED IL-GĦAJN Din ir-residenza, skont ir- ritratti jidher li tista' tospita mill-inqas 10 persuni fiha għal €220 kull xahar. Il- persuna li rriklamat din ir- residenza stqarret li tinsab fiċ-ċentru tal-Ħamrun, viċin stage ta' Tal-linja. L-ewwel karatteristika ta' din ir-residenza li tolqot l-għajn hija n-numru kbar ta' sodod viċin xulxin. Iżda apparti dan, wieħed irid jikkunsidra wkoll li b'miżerjament għaxar persuni jgħixu f 'din id- dar, sid ir-residenza tagħti x'tifhem li teżisti biss kamra tal-banju waħda u kċina waħda. ĦAMRUN

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 July 2023