Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863
Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin iridu aktar investiment fl-industrija tal-films, jaħsbu li hija importanti għall-ekonomija www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • NRU 874 GasanZammit Motors Ltd., Triq il-Merghat, Zone 1, Central Business District, Birkirkara CBD 1020 Tel: 27788225 email: volvo@gasanzammit.com | www.volvocars.com.mt The Volvo XC60 PAĠNA 20 PAĠNA 4 L-Awtorità tal-Ippjanar titwaqqaf mili tinforza Għat-tielet darba f 'din is-sena, l-Awtorità tal- Ippjanar twaqqfet milli tneħħi illegalitajiet li nbnew viċin il-Klabb tal-Boċċi tal-Pietà wara mandat ta' inibizzjoni mis-sidien, fi storja ta' bini illegali li ilha għaddejja mill-2017... "Morna lura għaż-żmien ta' Lawerence Gonzi fejn kollox kien jiġri mhux minħabba deċiżjoni, imma għax hekk ġara." Dak li stqarr mal-gazzetta ILLUM Ministru prominenti Laburista. Dan qalu wara li għażilna li nitkellmu ma' bosta Ministri u deputati Laburisti li qalulna li hemm rabja kbira mill-Laburisti għad- deċiżjoni ta' Robert Abela li ma jieħux deċiżjoni fuq il-bżonn ta' inkjesta pubblika dwar il-mewt traġika ta' Jean Paul Sofia. "Issa ħareġ il-karattru ta' Robert, ma jieħux deċiżjoni u jħalli d-destin jiddeċiedi għalih, eżatt bħal ma kien jagħmel Lawrence Gonzi. U ġabna eżatt bħal fi żmien Gonzi, nibżgħu nuru x'naħsbu u ma nafux x'ser jiġri għada." L-ILLUM irnexxielha titkellem ma tliet Ministri u sitt deputati Laburisti u kollha stqarrew li qatt ma ħassewhom daqstant distakkati mill-elettorat Laburista. "Ħafna minnha ma ngħidu xejn għax ma nafux jekk jeħodna tajjeb jew ħażin, imma hemm nuqqas kbir fil-partit ta' xi ħadd li jgħidlu l-affarijiet kif inhuma." Wara l-vot fil-parlament dwar mozzjoni mressaq mill-Partit Nazzjonalista biex ikun hemm inkjesta pubblika dwar it-traġedja li waslet għall-mewt ta' Jean Paul Sofia, bosta deputati stqarrew li baqgħu ma jimux minn fejn kienet ġejja l-intransiġenza ta' Robert Abela. "Kont naf, li meta l-familjari bdew jgħajjruna fil-gallerija tal-parlament, li konna għamilna żball madornali. Ilna ma naraw xena bħal din." "Lanqas ma nista nemmen li ħadd minnha ma kellu l-ispina biex jitkellem kontra l-pożizzjoni ta' Abela, imma wara dan il-vot ma ngħidx li l-affarijiet ħa jibqgħu l-istess." Deputat ieħor qal li l-Gvern ma jieħu deċiżjoni fuq xejn, u wara l-U-turn fuq il- kwistjoni tal-abort "... dan kien jonqos." Ministru ewlieni kompla: "Imbgħad biex inkomplu nitfgħu melħ fuq il-ferita jiddeċiedi l-ewwel imur kunċert Girgenti u imbgħad jitlaq għall-Sqallija fuq id-dgħajsa. Ommi ma!" "Il-Laburist mhux qed jiem x'qed jiġri u ser ikollna knockout fl-elezzjonijiet tal- Ewropa." ARA EDITORJAL PAĠNA 15 "Morna lura għaż- żmien ta' Gonzi" – Ministru Laburista IL-FJASK TA' ABELA FIL-KONFRONT TAL-MEWT TA' JEAN PAUL SOFIA Robert Abela