Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 19

12 IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum opinjoni F id-dawl tar-riut kategori- ku tal-Gvern li jagħmel użu minn dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti biex permezz ta' inkjesta pubblika jkunu eżaminati ċ-ċirkustanzi li wasslu għall-mewt ta' Jean-Paul Sofia nhar it-3 ta' Diċembru 2022 hemm mistoqsijiet li jeħtieġu tweġiba ċara. Mistoqsijiet li jistgħu jinġabru fi tnejn: lil min qed tipproteġu? u x'qed jinżamm mistur? Meta tkun konkluża, l-inkjesta maġisterjali ser tidentifika r-responsabbiltajiet kriminali li kkontribwew u wasslu għal dan l-inċident fatali. Possibilment l-inkjesta teżamina l-ħidma tal- Awtorità tal-Ippjanar, tal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni u tal-Awtorità tal-Artijiet fejn din il-ħidma għandha relevanza għall- inċident taħt konsiderazzjoni. Li hu meħtieġ, iżda, hu eżami fil-fond ta' ħidmet dawn it-tlett awtoritajiet biex ikun stabilit jekk, tul is-snin, bl-iskuża ta' attakk fuq il-burokrazija żejda ġie imdgħajjef jew imwarrab il-qafas regolatorja essenzjali. Dan wassal għal falliment tas-sistema regolatorja. Qed nirreferi għall-prattika li applikazzjonijiet tal-ippjanar tal-iżvilupp ġewwa iż-żona industrijali jiġu indirizzati bi proċedura simplifikata li nirreferu għaliha bħala DNO (Development Notification Order). Riżultat ta' hekk, dan it-tip ta' żvilupp it jagħti fil-għajn. Anke ir-regolatur stess jagħti importanza inqas lil dan it-tip ta' żvilupp. Dan iwassal għal nuqqas ta' attenzjoni fil- pront lill-irregolaritajiet li jista' jkun hemm! Fil-fehma tiegħi dan jista' jkun wieħed mill-fatturi li ikkontribwew għal dan l-inċident fatali. Għandi dubju kemm il- maġistrat inkwirenti ser tagħti piz lil konsiderazzjoni ta' din ix- xorta. Imma f 'inkjesta pubblika, inevitabilment dan il-fattur ikun eżaminat. L-iżvilupp taħt konsiderazzjoni kien soġġett għal żewġ applikazzjonijiet DNO, it-tnejn li huma approvati: DN360/20 u DN275/22. Għad mhux ċar kif l-art pubblika fiz-zona industrijali, fejn seħħet id-disgrazzja, spiċċat għaddiet għand l-iżviluppatur. Hemm bosta allegazzjonijiet jiċċirkulaw dwar il-possibli irregolaritajiet li wasslu għal dan. Jista' jkun li l-maġistrat inkwerenti teżamina dan kollu, imma s'issa, wara 7 xhur ħadd għad ma jaf xejn fiċ-ċert dwar dan. Ġie rappurtat mill-medja li l-perit inkarigat mix-xogħol hi perit impjegata ma' Infrastructure Malta. Fl-istess ħin li terfa' r-responsabbiltajiet ta' impieg professjonali fis-settur pubbliku, il-perit għandha prattika privata tagħha. Hi l-politika kurrenti tal-Gvern li professjonisti fis- settur pubbliku huma permessi li jkollhom l-prattika privata tagħhom. Hu mistenni li din il-prattika privat ma tkunx żviluppata b'mod li din tkun f 'kunflitt mad- doveri fis-settur pubbliku. Ikun raġjonevoli li nassumu li l-uffiċjal pubbliku (il-perit) matul il-ħin normali tax-xogħol ikun mistenni li jissorvelja l-proġetti pubbliċi ta' Infrastructure Malta. Dan dejjem sakemm il-ġurnata tax- xogħol tal-perit mhiex xi wahda sostanzjalment differenti minn tagħna lkoll! L-istampa irrappurtat li l-perit li qed nitkellmu dwarha għandha prattika privata estensiva li żviluppata tul is-snin, anke waqt li hi impjegata full- time ma' Infrastructure Malta. L-inkompatibilità bejn dawn iż-żewġ rwoli hi tant ovvja li ma teħtieġ l-ebda kumment da parti tiegħi. Dan mhux biss materja ta' kundizzjoni tal-impieg. Hu fuq kollox materja ta' etika professjonali. Bla dubju, inkjesta pubblika teżamina din il-materja u tikkunsidra jekk professjonisti fis-settur pubbliku għandhomx ikollhom il-prattika privata tagħhom ristretta f 'dawn iċ- ċirkustanzi. Għandi dubju kemm il- maġistrat inkwirenti tidħol fil- materja, għax primarjament din hi waħda ta' etika professjonali u probabbilment tmur lil hinn minn dak li hu mistenni mill-maġistrat. Minkejja kollox imma hi materja li għandha impatt sostanzjali mhux biss fuq dan il-kaz, imma fuq bosta oħra ukoll. Tkellimt dwar tlett punti bażiċi li naħseb li kellhom effett konsiderevoli fuq l-inċident li wassal għall-mewt ta' Jean-Paul Sofia f 'Diċembru li għadda. Bla dubju għad jista' jkollhom effett fuq iktar każijiet. Inkjesta pubblika urġenti tista' tindirizza dan kollu, bit-tama li ddaħħal it sens f 'moħħ ir-regolaturi. Mistoqsijiet li jeħtieġu tweġiba Carmel Cacopardo L-awtur li hu Perit kien iċ-Chairperson ta' AD + PD. carmel.cacopardo@adpd.mt; http://carmelcacopardo.wordpress.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023