Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 19

Paula Mifsud Bonnici 13 opinjoni IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum L-Umiltà hi Verità, il-Verità hi Umiltà N istqarr ngħid li nhar l-Erbgħa li għadda mort lura d-dar mill-Parla- ment imdejqa, imnikkta u rrabjata bix-xeni li kelli nassisti għalihom ta' omm u missier jitkarrbu u jittallbu biex isiru jafu l-verità kollha dwar iċ-ċirkostan- zi kollha li kkawżaw il-mewt ta' binhom Jean Paul. Ix-xena ta' omm imbikkma b'qalb maqsuma f 'elf biċċa u missier jgħajjat li ilu ma jorqod seba' xhur minn dik il-ġurnata sewda ta' Diċembru li għadda ser jibqgħu miegħi għal dejjem. Bqajt nittama sal-aħħar li l-membri tal-Gvern kienu ser juru bil-fatti li qalbhom ukoll tħabbat favur il-ġustizzja u l-ver- ità, favur ir-rispett u d-dinjità ta' kull persuna f 'pajjiżna, irrispet- tivament min hi - għalhekk bqajt nittama li kienu ser jivvutaw favur inkjesta pubblika. Ġejt imqarrqa, il-familja ta' Jean Paul Sofia ġew imqarrqa, il-poplu Malti ġie mqarraq. Illum, pajjiżna huwa mnikket mhux biss bil-mewt ta' dan iż-żagħżugħ li ġie mċaħħad li jwettaq il-ħolm tiegħu imma għaliex il-Gvern ta' Robert Ablea qatel il-ġustizzja wkoll. L-umiltà fil-politika titolbok li tgħid il-verità kollha akkost ta' kollox anke jekk tiswik postok, iżda l-Prim Ministru u sħabu qed jibqgħu jagħżlu li jostru l-verità kollha ħalli jsalvaw posthom u jipproteġu minflok lil min għamel il-ħażin. Prim Ministru serju għandu d-dover mhux biss li jara li ebda binja ma tiġġarraf f 'pajjiżna u ebda persuna ma tmut taħt it-terrapien iżda wkoll għandu dover li jara li l-valuri umani tant importanti tal-umiltà u l-verità, tal-ġustizzja u d-dinjità ma jiġġarrfux lanqas. Sfortunament, nhar l-Erbgħa li għadda, l-Gvern ta' Robert Abela ġarraf dawn il-valuri umani li tant huma importanti u bżonnjużi sabiex il-politika verament tkun qed tissarraf f 'ġid u f 'solidarjetà, f 'kenn u f 'sostenn għal kull min għandu bżonn l-għajnuna tagħna. Sa it ilu kulħadd kien qiegħed jistaqsi - għaliex Robert Abela ma sejjaħx inkjesta pubblika minn jeddu u mill-ewwel? Jekk kollox sar kif suppost, minn xiex qiegħed jibża' Robert Abela? Għaliex qiegħed iċaħħad żewġ ġenituri mid-dritt tagħhom li jkunu jafu għaliex miet it- tifel tagħhom? Għaliex ma jridx iserraħ ras il-poplu li ser jagħmel minn kollox biex ma jibqax ikollna Miriam Pace oħra, Jean Paul Sofia ieħor, u li ebda persuna oħra ma jsofri l-istess destin kiefer ta' kull min miet f 'post ta' kostruzzjoni? Dawn ir-risposti weġibhom b'għemilu Robert Abela nhar l-Erbgħa li għadda - ir-rebgħa tal-flus, il-ħbieb tal-ħbieb, in-nuqqas ta' dixxiplina u infurzar ma' min iħossu 'l fuq mill-liġi huma ħafna aktar importanti għalih minn kull dover u obbligu li għandu li jipproteġi l-ħajja ta' kull persuna li tistinka u taħdem biex taqla' x'tiekol u tirnexxi fil-ħajja. Nibqa' nammira l-perservanza u d-determinazzjoni ta' Isabelle Bonnici. Qaltilna kemm il-darba - l-mewt biss tista' twaqqaa milli tiġġieled għal ġustizzja. U bħalha, għandha tkun il-mewt biss li twaqqaf lili u lil kull persuna f 'pajjiżna milli nkunu hemm għal xulxin. Lil binha ħaduhulha u ħadd ma jista' jġibu lura imma Isabelle ddeterminata li ssir taf il- verità u fuq kollox ma tridx li jkun hawn imqar omm oħra li ġġarrab dak li ġarrbet hi u l-familja tagħha. Huwa għalhekk li għada, t-Tnejn ser inkun qed ningħaqad magħha u mal-familja tagħha fil-velja li ser tkun qed isir fit-8 ta' filgħaxija quddiem Kastilja. Huwa dover tiegħi bħala ċittadina u wisq aktar bħala membru parlamentari li nkun qed nagħti sehmi biex din il-velja tkun raġġ ta' tama għal Jean Paul, għall-familtu u għall- poplu Malti kollu. It-tama tibqa' l-aħħar li tmut u jiena nibqa' nittama li f 'pajjiżna mhux kulħadd bla qalb, mhux kulħadd imneżża mill-valuri umani tiegħu. U għalhekk nibqa' konvinta li ser ikunu ħafna li ser jilqgħu l-istedina ta' Isabelle biex jattendu għall-velja għal Jean Paul. Ejjew, flimkien, inkunu t-tama ta' Isabelle li f 'pajjiżna tista'ssir ġustizzja ma' Jean Paul. Ejjew, flimkien, inkunu t-tama għall- familja ta' Jean Paul sabiex ikunu kapaċi jaffrontaw il-ħajja kiefra u jgħixu ħajjithom mingħajr Jean Paul. Ejjew flimkien inkunu t-tama li f 'pajjizna għad għandna persuni li jemmnu li kull ħajja għandha valur u għax għandha valur kulħadd għandu dritt li jgħix ħajja trankwilla 'l bogħod minn kull periklu. Fuq kollox, ejjew flimkien inkunu kapaċi niġġieldu sabiex f 'pajjiżna jkollna politika ibbażata biss fuq il-valuri umani. Il-mument li l-politika li nħaddan jien ma tkunx aktar msejsa fuq dawn il-valuri tal- verità u tal-umiltà, tal-ġustizzja, tal-kompassjoni u d-dinjita' jiena ma nkunx denja aktar li nibqa' nirrapreżenta l-poplu Malti. Dak in-nhar id-deċiżjoni tiegħi li nirriżenja tkun l-aktar deċiżjoni faċli li nista' nkun qatt għamilt f 'ħajti għaliex ma hemm xejn u ħadd li jista' jżommni marbuta mas-siġġu li nokkupa bħalissa. Nhar it-Tnejn ser ikun qed insellimlek Jean Paul. It-tama tibqa' l-aħħar li tmut u jiena nibqa' nittama li f'pajjiżna mhux kulħadd bla qalb, mhux kulħadd imneżża mill-valuri umani tiegħu Paula Mifsud Bonnici hija l-Kelliema għall-Oppożizzjoni għall-Anzjanità Attiva

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023