Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 19

opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Innaqqsu t-tniġġis mingħajr ma ngħakksu s-settur agrikolu tagħna 14 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum I l-proċessi ta' produzzjoni in- dustrijali jiffurmaw porzjon konsiderevoli mit-tniġġis globali fl-Ewropa, minħab- ba l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja, l-iskariki tal-ilma mormi u l-ġenerazzjoni tal- iskart. Madwar tlettax -il sena ilu, l-Unjoni Ewropea kienet adottat id-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali biex tindirizza din il-problema. Din id-Direttiva hija l-istrument ewlieni tal-Unjoni Ewropea li jirregola l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu minn instal- lazzjonijiet industrijali u għandha l-għan li tikseb livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent b'mod ġenerali billi tnaqqas l-emissjonijiet industrijali dannużi madwar l-Unjoni. Bħala parti mill-isforz globali li qed isir fuq livell Ewropew biex inkomplu niġġieldu t-tibdil fil- klima u nassiguraw ambjent aktar nadif, matul is-sena li għaddiet, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta bil-għan li tirrevedi u ssaħħaħ id-Direttiva billi żżid l-enfasi fuq l-effiċjenza u l-użu mill-ġdid tal-enerġija, tal-ilma u tal-materjali, flimkien mal- promozzjoni tal-użu ta' sustanzi kimiċi aktar sikuri, inqas tossiċi jew mhux tossiċi fil-proċessi industrijali. Id-Direttiva kienet u għadha kruċjali biex jintlaħaq dan l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet mill- produzzjoni industrijali permezz ta' approċċ integrat. It-tnaqqis tal-emissjonijiet huwa bbażat fuq l-aqwa tekniki disponibbli, fejn l-esperti u l-partijiet ikkonċernati dawn it-tekniki u l-livelli tal- emissjonijiet li jistgħu jinkisbu bl- implimentazzjoni tagħhom. Dawn il-livelli ta' emissjonijiet imbagħad jiġu inkorporati fil-permessi ta' installazzjonijiet industrijali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li allura jiżgura t-tnaqqis kontinwu tas-sustanzi tossiċi li jiġu rilaxxati fl-ilma, fil-ħamrija u fl-arja. Fost affarijiet oħra, ir-regoli l-ġodda proposti jestendu l-iskop tad-Direttiva biex tinkludi l-estrazzjoni minerarja u l-produzzjoni tal-batteriji fuq skala kbira. Ir-rekwiżiti marbuta mal-kundizzjonijiet tal-permess ser jissaħħu, u r-regoli li japplikaw meta jkun hemm ksur tal- kundizzjonijiet imposti se jkunu aktar stretti, u ser ikun hemm aċċess għal kumpens għal dawk affettwati. In-negozjati li seħħew matul l-aħħar xhur wasslu biex din il- ġimgħa ġie preżentat u approvat ir-rapport bil-pożizzjoni finali tal-Parlament Ewropew fuq din ir-reviżjoni. Bħala kelliem ewlieni tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fuq din il-proposta fil-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, ilqajt ir-rapport li kellna quddiemna, b'mod partikolari anke għaliex hemm kapitolu ġdid dwar il- promozzjoni tal-innovazzjoni li jipprevedi b'mod partikolari l-ħolqien ta' ċentru ta' innovazzjoni għat-trasformazzjoni industrijali u l-emissjonijiet, operat mill- Kummissjoni, li jiġbor u janalizza informazzjoni dwar tekniki innovattivi. Aktar minn hekk, permezz tad-Direttiva riveduta, sal-aħħar ta' Ġunju 2030, il-kumpaniji se jkunu meħtieġa jiżviluppaw, bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom, pjanijiet ta' trasformazzjoni li jridu jispjegaw kif se jikkontribwixxu għall- ħolqien ta' ekonomija sostenibbli, nadifa, ċirkolari u newtrali għall- klima sal-2050. Ilqajt dan ir-rapport ukoll għaliex fil-fehma tiegħi, l-agrikoltura ma għandhiex tkun fil-kamp ta' applikazzjoni ta' direttiva għal attivitajiet industrijali bħar-raffineriji, it-trattament tal-iskart u l-inċinerazzjoni. Għaldaqstant kont sodisfatt li fil-pożizzjoni tal-Parlament emendajna l-proposta tal- Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva ma jkollhiex impatt negattiv fuq irziezet żgħar, kif tipikament jinstab f 'pajjiż żgħir bħal Malta. Infatti fil-maġġoranza l-kbira, il-Parlament ivvota biex jeskludi t-trobbija tal-baqar u tal-irziezet żgħar tal-ħnieżer u tat-tjur mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, deċiżjoni importanti ħafna li se tissalvagwardja l-operazzjonijiet u l-għajxien tal-bdiewa lokali tagħna filwaqt li d-Direttiva xorta waħda se tilħaq l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet. Fl-aħħar mill-aħħar, nemmen li din ir-reviżjoni hija waħda li tilħaq bilanċ tajjeb bejn il-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u, fl-istess ħin, mhux qiegħed jitpoġġa piż sproporzjonat fuq l-industrija Ewropea li ma jistax ikun issodisfat jew immitigat. Inħares 'il quddiem li din id- Direttiva tidħol fis-seħħ u nkomplu naħdmu lejn anqas tniġġis u arja aktar nadifa fl-Unjoni Ewropea. Nemmen li din ir-reviżjoni hija waħda li tilħaq bilanċ tajjeb bejn il-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u, fl-istess ħin, mhux qiegħed jitpoġġa piż sproporzjonat fuq l-industrija Ewropea li ma jistax ikun issodisfat jew immitigat Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023