Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 19

Carmel Cacopardo 15 editorjal IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt J ekk xejn dawn il-ġranet urew aktar dwar il-karattru veru tal- Gvern tal-Labour u t-tmexxija tiegħu. Id-deċiżjoni li ma ssirx inkjesta pubblika kixfet tliet affarijiet ewlenin: 1) Li l-Gvern ma kkalkulax ir- reazzjoni negattiva mill-pubbliku għad-deċiżjoni li l-Gvern ma jagħmilx inkjesta pubblika 2) Li l-Prim Ministru Robert Abela kellu fuq medda ta' ġimgħat jiddefendi d-deċiżjoni tiegħu u jxejjen allegazzjonijiet li kien qed jaħbi d-dnubiet ta' xi persuni. 3) Li l-miżuri li kellhom jidħlu fis- seħħ wara disgrazzji simili (eż: Miriam Pace) fil-qasam tal-kostruzzjoni ma daħlux u bdew deħlin biss wara l-mewt ta' Jean Paul Sofia. Nuqqas ta' esperjenza politika kellu jwassal biex Robert Abela bħala Prim Ministru ma jindunax li l-perjodu pjuttost twil tal-mixja politika mingħajr trikki trakki wassal biex hu jimmaġina li l-każ ta' Sofia kien bħal każijiet oħra. Illum ir-rabja li hemm fil-kamp politiku, inkluż dik Laburista kontra Robert Abela huwa ċar daqs il-kristall. Ħadd m'hu jifhem għalfejn il-Prim Ministru wera daqstant insensittività. Biex tgħaxxaq, ftit wara l-vot fil- parlament, il-preżenza tiegħu f 'kunċert fil-Girgenti u imbgħad id-dehra tiegħu fuq id-dgħajsa tiegħu l-Ġimgħa waranofsinhar biex iqatta' weekend Sqallija ħalliet togħma ħażina ma' ħafna nies, inkluż dawk Laburisti. Bħal ma qalu osservaturi politiċi viċin l-Partit Laburista, il-Gvern Laburista wera li kien dgħajjef ma min hu kbir u b'saħħtu, stinat u indeċiż ma min hu żgħir u bla poter. U wisq aktar uriet il-karattru tal- Gvern li ma jieħux deċiżjonijiet iebsa. Fuq livell politiku Abela ħa falza stikka, is-sħana tas-sajf tista tikkontribwixxi biex jintesew ftit l-affarijiet. Imma l-ħsara politika saret u l-ferita mhux ser titlaq f 'daqqa. L-ikbar sfida li għandu Robert Abela

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023