Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum 16 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum M atul din il-plena- rja fi Strasburgu, ivvutajna favur ir-rapport li ħejjejna bħala Kumitat għall-Istrateġija ta' wara l-pandemija COVID-19 – rapport li kelli ċ-ċans naħdem fuqu b'mod dirett bħala membru tal-istess kumitat speċjali, fejn enfasizzajt aspetti reali li għadde- jna lkoll minnhom. Għalkemm il-pandemija llum ħafna jqisuha bħala xi ħaġa tal-passat, l-effetti li ħalliet fuq id-dinja għadhom qed jinħassu sal-lum il-ġurnata, u ser ikomplu jinħassu għad-deċenji li ġejjin. Waħda mill-effetti tal- pandemija hija l-effett fuq is-saħħa mentali tal-bniedem. Intant, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, waqt il- pandemija n-numru ta' nies li rrappurtaw li bdew isofru minn ansjeta' jew dipressjoni żdied b'25%. Apparti hekk, fejn kellek persuni li diġa' qegħdin isofru minn problemi oħra, fil-pandemija saret aktar diffiċli għalihom li jsibu l-għajnuna, realta' li wkoll faċilment setgħet tħalli impatt fuq is-saħħa mentali tagħhom. Fost l-oħrajn, per eżempju, insemmi vittmi ta' vjolenza domestika, li minħabba 'lockdowns' u miżuri restrittivi oħra, ma setgħux jaċċessaw l-għajnuna meħtieġa bħas-soltu, anke għal fatt li ħafna minnhom kienu qed jgħixu taħt l-istess saqaf mal-agressur. F'dan il-kuntest, stajna napprezzaw aktar l-importanza tat-teknoloġija biex ittaffi dawn is-sitwazzjonijiet. Intant, matul il-pandemija żdiedu s-servizzi online u apps li għamluha aktar faċli li wieħed jitlob l-għajnuna meta jkun qed isofri. Dan anke fejn jidħol sapport għal vittmi ta' vjolenza domestika u persuni li kienu qed jaffaċjaw sfidi ta' saħħa mentali. Intant, iż-żieda fid- diġitalizzazzjoni waqt il- pandemija fakkritna kemm il-futur, imma anke l-preżent, huwa wieħed diġitali. Li ma kienx għall-użu tat-teknoloġija, diversi servizzi soċjali, edukattivi u anke, f 'ċerta każijiet, ċerta servizzi mediċi kienu jieqfu kompletament. Apparti dan, l-ekonomija dinjija wkoll kienet tiġi impattata ħafna agħar. Infatti, il-qasam diġitali offra biżżejjed nifs lill-ekonomiji tagħna biex inkunu nistgħu inkampaw sakemm nirritornaw għall-ħajja tas-soltu, b'ħafna aktar negozji jirrikorru għal servizzi diġitali, bħal ordnijiet online. Il-qasam diġitali ġab miegħu wkoll żieda sostanzjali fejn jidħol it-telework u x-xogħol b'mod remot. Din ix-xejra baqgħet ħajja anke kif taffew ir-restrizzjonijiet; xi ħaġa li issa qed tippermetti wkoll li dak li jkun ikun jsiefer waqt li jibqa' jaħdem, jew li jibbilanċja aħjar obbligi oħra bħax-xogħol tad-dar jew kura tat-tfal jew anzjani, waqt li jibqa' jaħdem mill-kumdita' ta' daru. Ejja ma ninsewx ukoll pero' li din ir-realta' ġabet ukoll ċerta tensjoni. Dan speċjalment fost ommijiet li riedu jlaħħqu wkoll ma' obbligi ta' kura, ħafna drabi b'mod sproporzjonat. Waqt li jaħdmu mid-dar, riedu jieħdu ħsieb lil uliedhom li ma setgħux imorru l-iskola jew childcare, jew jaraw li dawn verament qed isegwu l-lezzjonijiet online. Minkejja li m'għandix ulied, anke għalija kienet sfida li naħdem totalment mid-dar għal xi ġimgħat. Dan għaliex id-dar f 'daqqa waħda saret ukoll il-post tax-xogħol. Intant, filwaqt li l-flessibilita' li wieħed jaħdem mid-dar hi komda, dan ma jfissirx li għandna ninsew ċertu aspetti oħra li din iġġib magħha, bħall-importanza li wieħed jieħu pawżiet spissi minn quddiem l-iskrin tal-kompjuter. Ma ninsewx ukoll li mhux kulħadd kellu aċċess għat- teknoloġija u l-internet, sakemm dawn ma kienux provduti minn min jimpjega. Intant, minkejja li t-teknoloġija u l-internet saru neċessita', hi realta' li hemm uħud fostna li għadhom ma jaffordjawhomx. Propju, għalhekk, aċċennajt kemm-il darba għall- importanza li l-aċċess għall- internet jiġi kkaratterizzat bħala dritt fundamentali – xi ħaġa li kkomunikajt b'mod uffiċċjali mal-Kummissjoni Ewropea, u mbuttajt ukoll mas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew b'riżultat li nkludew dan il-punt importanti fil-Politika Diġitali tal-Grupp. Għaldaqstant, ejja ma ninsewx il-pjagi soċjali - apparti dawk mediċi u ekonomiċi - li l-pandemija ħalliet fuqna lkoll. Filwaqt li kellna ħafna negattivi, il-pandemija ġabet magħha opportunitajiet ukoll, inkluż fejn jidħlu soluzzjonijiet diġitali. Dmirna issa huwa li nitgħallmu xi stajna għamilna aħjar u nibnu ir-reżiljenza tagħna biex nippreparaw ruħna aħjar għal kull eventwalita' fil-futur. It-tagħlimiet tal-pandemija Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari Laburista Josianne Cutajar Waħda mill-effetti tal-pandemija hija l-effett fuq is-saħħa mentali tal-bniedem. Intant, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, waqt il-pandemija n-numru ta' nies li rrappurtaw li bdew isofru minn ansjeta' jew dipressjoni żdied b'25%.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023