Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863
06 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum Il-Qorti tivvindika l-gazzetta ILLUM f'libell kontra l-eks Direttur tal-Ħabs Alex Dalli Il-Kurunell Alex Dalli huwa persuna sinonima ma' diversi skandli li saru fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin waqt li huwa kien Direttur tal-Ħabs, fejn fost oħrajn, numru ta' persuni ħadu ruħhom b'idejhom waqt li kienu priġunieri. Apparti dan, hekk kif jixhdu l-artikli vindikati tal-ILLUM, huwa magħruf ukoll għat-trattament tal-biżà lejn il-priġunieri, u anke lejn gwardjani li ma kinux tal-qalba ANTHEA CACHIA U MATTHEW FARRUGIA L-ILLUM rebħet libell li kien infetaħ mill-Kurunell Alex Dalli, l-eks Direttur tal-ħabs, dwar artiklu li għamel aktar pressjoni u wassal għat-tmiem tal-karriera tiegħu bħala direttur tal-ħabs. Fl-artiklu kien ġie rrappurtat li l-eks gwardjan Emmanuel Cassar stqarr illi ra lil Dalli jdaħħal arma tan-nar f 'ħalq priġunier u jwissih bil-kliem: "Jekk mhux se toqgħod ta' nies, din fuqek naħliha." Il-Qorti sabet li r-rappurtaġġ tal-gazzetta u s-sit tal-ILLUM sar in buona fede u fl-interess tal-pubbliku u mhux malafamanti. X'kien jgħid l-artiklu tal-ILLUM? Skont Cassar – li anke fil- konfront tiegħu Dalli fetaħ libell – qal li l-istess kien seħħ darb'oħra meta Dalli poġġa l-arma tan-nar ma' ras priġuniera. Jidher li din il- priġuniera, li tbati mill-ansjetà, ippanikjat meta rat il-gwardjani armati bit-tarek u bil-lembubi waqt waħda mill-ispezzjonijiet ordnati mid-Direttur tal-ħabs stess. Tkellem ukoll fuq l-ispezzjonijiet li jsiru fiċ-ċelel. Fi kliemu, qabel żmien Dalli, il-gwardjani ma kinux ikunu armati qishom ġejja xi gwerra. "Meta ġie Dalli, ried rewwixta biex joħdilhom kollox. Dan kliemu u mhux kliemi," insista. Skont Cassar, fuq ordni tad- Direttur, kienu jmorru jagħmlu l-ispezzjonijiet armati bil- lembuba f 'idhom u bit-tarka, l-istess kif ikunu l-Pulizija ta' kontra r-rewwixti. "Aħna konna nibqgħu armati barra ċ-ċella u tnejn jidħlu jfittxu. Għaliex ried hekk? Mhux biex jipprovoka. Priġunier li għandu 20 sena hemm ġew, se jaħsibha darbtejn?," kompla jisħaq Cassar f 'dak iż-żmien. Semma wkoll każ li fih kienet involuta priġuniera li kienet tbati bi problemi ta' saħħa mentali u li meta rritornat il-ħabs, wara żmien tingħata kura fl-Isptar Monte Karmeli, spiċċaw jgħaddu ż-żmien biha, partikolarment l-Assistent Direttur Randolph Spiteri, li saħansitra tilef ukoll libell kontra din il-gazzetta. Dak iż-żmien il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' sorsi oħra tagħha inkluż gwardjani tal-ħabs, li kkonfermaw dawn l-inċidenti u anke inċidenti oħra simili. Ikkonfermaw ukoll li qatt qabel Dalli ma kien hemm Direttur tal-ħabs li jżomm arma tan-nar fuqu, li s-siġġu tal-kastig (li wkoll kienet żvelat l-ILLUM) vera jeżisti u li fost affarijiet oħra, ħitan fil-ħabs qed jinżebgħu suwed. Persuni li jaħdmu mill-qrib mal-priġunieri wkoll ikkonfermaw uħud mid- dettalji. L-ILLUM kienet bagħtet sett ta' mistoqsijiet kemm lid- Direttur tal-Ħabs stess u anke lill-Ministeru għall-Intern. L-ILLUM saħansitra stiednet ukoll lil Dalli għal intervista biex jingħata ċans iwieġeb dawn il-mistoqsijiet. Minkejja dan, Dalli u lanqas il-Ministeru qatt ma wieġbu dawn il-mistoqsijiet. Dalli kien fetaħ libell lill- eks ġurnalist tal-ILLUM Yendrick Cioffi, lill-eks editur Albert Gauci Cunningham u lid-Direttur tal-MediaToday Saviour Balzan. Il-Ħabs ta' Alex Dalli Wara dan l-artiklu, tkellmu aktar priġunieri ma' din il- gazzetta, fejn l-istat tal-ħabs b'Dalli fit-tmun kompla joħroġ fil-beraħ. Komplew jgħidulna kif mhux biss mal-priġunieri hemm il-preferenzi, imma anke mal-gwardjani stess. "Hemm gwardjani li huma tal-qalba u oħrajn le. Lil dawk tal-qalba mhux se tismagħhom jgħidu kelma ħażina kontra Dalli għax ma jaqbillhomx," komplew jgħidulna. Tant u hekk li kien hemm gwardjani li ma jitħallewx jidħlu f 'ċertu partijiet tal-ħabs, inkluż il-famuża Diviżjoni 6, li donnu kienet il- mimmi ta' għajnejn Alex Dalli. "Ovvjament biex ma jkunux jafu x'hemm," komplew is-sorsi. Din id-Diviżjoni kienet l-aktar waħda li tinżamm taħt sigurtà stretta. Bażikament kienet meqjusa ħabs f 'ħabs ieħor u l-post fejn il-priġunieri jinżammu f 'iżolament. Kull priġunier li kien jasal il- ħabs kien jiddaħħal minnufih f 'iżolament f 'din id-Diviżjoni. Skont Dalli stess, dan kien isir biex il-priġunieri l-ġodda jagħmlu żmien ta' kwarantina minħabba li dak iż-żmien kienet għadha għaddejja l-pandemija. Iżda dak iż-żmien, kien intqal li mhux Dalli biss "huwa l-problema," bis-sorsi jsemmu wkoll lill-assistent tiegħu Randolph Spiteri li wkoll kellu gwardjani tal-qalba u oħrajn li mhumiex. "Tmur quddiemu b'CV biex tapplika għal xi promotion u jispiċċa jidħaq bik, iqattagħha quddiemek u jgħidlek li lanqas biss imissek applikajt. L-umiljazzjoni saret il-ħajja ta' hawn ġew," komplew jisħqu. "Jekk mhux tal-qalba, għid li