Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 lilek biss se jibagħtu għassa mal- priġunieri jekk ikollhom bżonn imorru l-isptar. Jagħmlu minn kollox biex idejquk. Il-problema mhuwiex Dalli stess imma anke ta' madwaru! Il-problema t-tmexxija." Is-sospensjoni ta' Dalli Dalli issospenda lilu nnifsu bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi korrettivi (u għaldaqstant Direttur) f 'Novembru tal- 2021, wara pressjoni minn diversi organizzazzjonijiet li talbu għat-tkeċċijja immedjata tiegħu. Is-sospensjoni tiegħu ġiet mhux biss wara l-imġieba irrapurtata minn din il-gazzetta iżda minħabba l-fatt li fil-lejl ta' qabel raġel indjan instab mejjet fiċ-ċella tiegħu, l-14-il vittma fi żmien it-tmexxija ta' Dalli. Eventwalment is-sospensjoni ta' Dalli saret uffiċjali xahar wara l-ewwel aħbar hekk kif intemmet inkjesta ministerjali li kien ordna l-Ministeru għall- Intern Bryon Camilleri dwar it- tmexxija tal-ħabs. Il-libell ta' Dalli kontra l-MaltaToday Intant il-gazzetta oħt MaltaToday rebħet ukoll il- libell miftuħ mill-istess Dalli dwar dak li stqarr priġunier mal-gazzetta, jiġifieri li Alfred Bugeja, magħruf aħjar bħala l-Porporina għamel 45 minuta sfurzat fuq is-siġġu tal-kastig, liema allegazzjonijiet ġew miċħuda mill-eks direttur minkejja numru ta' sorsi li kkonfermaw mal-MaltaToday li rawh quddiem għajnejhom. Dalli, li għamel libell lill- ġurnalist tal-MaltaToday qal illi ħassu aggravat bl-allegazzjoni li Alfred Bugeja il-Porporina kien intrabat fuq ordnijiet tiegħu fiċ-ċentru tas-sala prinċipali fil-ħabs, kif ukoll bl-asserzjoni li dan kien qed isir b'mod sistematiku bħala forma ta' kastig u umiljazzjoni tal-priġunieri u jisħaq illi l-imputazzjoni li tinsilet minn dawn l-istqarrijiet hi li huwa responsabbli ta' aġir abbużiv. Huwa qal illi safa fil-mira ta' attakki ripetuti fil-midja fejn ġie allegat li mexa b'aġir abbużiv fil-kariga tiegħu ta' Direttur. Afferma madankollu li jeżisti 'restraint chair' li jintuża biex jikkalma xi priġunier li jkun f 'pożizzjoni li jweġġa' lilu nnifsu jew lil xi ħaddieħor u stqarr li fil- ħabs inevitabbilment jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn iridu jittieħdu miżuri ta' kontroll. X'sar minn Alex Dalli? Minkejja d-diversi kontroversji marbuta ma' Alex Dalli u l-karriera tiegħu fil- Faċilità Korrettiva ta' Kordin, Dalli xorta waħda ngħata kariga b'paga sostanzjali. Fl-aħħar tal-2021, huwa ngħata l-kariga ta' rappreżentant speċjali fil- Libja, fejn kellu x'jaqsam mal- oqsma tas-sigurtà nazzjonali u l-migrazzjoni. Apparti dan huwa parti wkoll miċ-Ċentru tal-Kordinazzjoni bejn Malta u l-Libja, li għandu l-għan li jiġġieled kontra l-migrazzjoni illegali. Dan l-irwol, skont informazzjoni li ħarġet minn mistoqsija Parlamentari mid- Deputat Nazzjonalista, Mark Anthony Sammut lill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, ifisser li Dalli għandu paga ta' €103,000 fis-sena. Minkejja r-reputazzjoni kontroversjali ta' Alex Dalli, illum il-ġurnata huwa għandu paga ta' €100,000 fis-sena, hekk kif wara s-sospensjoni tiegħu mill-ħabs, huwa nħatar rappreżentant ta' Malta fil-Libja