Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863
08 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet Il-Parlamentari l-ġodda. JANICE CHETCUTI X'ħajjrek tidħol g ħ a l l - p o l i t i k a u xi tfisser i l - p o l i t i k a għalik? M i n n d e j j e m k o n t n e m m e n li min j i x t i e q xi tip t a ' b i d l a mhux jistenniha iżda jaħdem u jirsisti għaliha. Il-politika hija l-mod kif wieħed jasal għal dan bl-aktar mod effiċjenti u cioe li wieħed jitkellem, jiddibatti l-argumenti u jwassal il-ħsieb tiegħu u oħrajn fuq kwalunkwe bidla li tista' tkun mixtieqa u meħtieġa. Permezz ta' kommunikazzjoni kontinwa mal-bqija tal-komunità, l-politika hija għodda prezzjuża biex dan jitwettaq. Kif issib il-bilanċ bejn il- karriera politika u l-ħajja personali? L-immaniġġjar tal-ħin żgur li hu l-aqwa sigriet magħruf għal dan! Kull nhar ta' Ħadd dejjem insib ftit ħin biex norganizza sewwa l-ġimgħa li jkolli quddiemi. Bħala omm ta' żewġt itfal żgur li ma nkunx nista' niffunzjona bl-ahjar mod effettiv jekk dan ma jsirx. Insib ħafna sapport mill- familja u nipprova nara kif nagħmel biex niprepara minn qabel speċjalment l-ikel fejn ġ e w w a f a m i l j a bit-tfal d a n h u prijorita assoluta. Nipprova wkoll li nassenja ħin kuljum iddedikat għall-eżerċizzju fiżiku li żgur jgħin lil kulħadd fil- ġranet imħabbta li kollha kemm aħna għandna. Nutrizzjoni tajba u ftit eżerċizzju kuljum jagħmlu l-mirakli. F'xogħolok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar f 'xogħolok? Jiena nkarigata mill-Ambjent, Kreazzjoni ta' spazji miftuħa u Ħarsien tal-Annimali, għandi x' nagħmel mhux ħażin. It- tliet dekasteri għandhom bżonn attenzjoni partikulari f ' pajjiżna. Ilni sena biss fil- Parlament u allura nemmen li rrid inkompli naħdem qatigħ biex nara l-bidliet li nixtieq. X'bidliet taħseb li hemm bżonn isiru fis-settur tal- ħarsien tal-annimali? Xi problemi taħseb li għandhom jiġu indirizzati mill-aktar fis possibbli f 'dan il-qasam? Il-bidliet li nixtieq m'humiex impossibli, hemm bżonn però ta' ħafna rieda tajba mill-uħud li qed jieħdu d-deċiżjonijiet f 'dan ir-rigward. Hemm bżonn imminenti ta' ligijiet ġodda li jirriflettu s-soċjetà li ngħixu fiha llum, però mhux biss. Dawn ikunu inutli jekk ma jkunx hemm l-infurzar kontinwu li jagħtihom appoġġ. Anke l-ligijiet li hemm illum mhux qed jiġu nfurzati għaldaqstant irridu nibdew minn dawn. Hemm bżonn ukoll ta' aktar professjonalità fejn jidħlu l-karrieri kollha li għandhom x'jaqsmu mal- annimali, l-ħarsien tagħhom u kwalunkwe tip ta' servizz li jiġi offrut lilhom. Kull individwu jew entità li joffru xi tip ta' servizz f ' dan ir-rigward irid ikun iċċertifikat fil-pożizzjoni tiegħu, hafna drabi f 'pajjizna dan mhux qed jigri u għaldaqstant issib individwi li joffru servizzi li m'humiex professjonisti fihom. Rigward l-ambjent, x'bidliet u xi proposti għandek għal dan is-settur? X'bidliet konkreti ddaħħal fis-seħħ jekk tkun fil- Gvern? Inħobb inkun pożittiva u nfaħħar l-inizjattivi tajbin jekk ikunu qed iseħħu. F'pajjiżna qed inħoss li bdiet mewġa ta' bidla fir-rigward tal-ambjent però fadal ħafna u ħafna xi jsir. Fl-aħħar snin kontinwament jinstemgħu l-weġgħat tan-nies li jħossu li ma ngħixux f 'ambjent kif jixirqilna. Hawn wisq arja mniġġża li qed twassal għal żieda sostanzjali ta' mard respiratorju f ' pajjiżna, wisq traffiku li qed jikkaġuna inċidenti u anke anzjetà żejda f 'ħafna minna, wisq kostruzzjoni għaddejja fl-istess ħin fl-istess post bir- riżultat li hemm drabi fejn anke twaqqafna milli ngħixu ħajja rilassata ġewwa darna stess. Resqin b'pass mgħaġġel lejn deżertifikazzjoni f 'pajjizna bit- tort prinċipali jkun li l-ħażna tal-ilma anke mix-xita, mhux qed issir b'mod efficjenti kif mitlub u mistenni. Dawn huma biss ftit mill-ħafna problemi li jirrigwardjaw l-ambjent f 'pajjizna li sfortunatament nemmen li jista' jkollhom ukoll rabta ma' mard mhux biss fiżiku iżda anke mentali fis-soċjetà tagħna. Taħseb li hawn bżonn aktar ambjentalisti fil-politika? Hawn bżonn ta' aktar nies razzjonali li għandhom għal qalbhom dak kollu li għandu valur addizzjonali fil-kwalità ta' ħajjitna u iva l-ambjent li jdawwarna żgur għandu jitqies bħala investiment uniku għall- benessere olistiku tagħna lkoll biex ngħixu f 'livell aħjar ta' għixien. L-assi materjali huma mportanti u għandna naħdmu għalihom, imma kemm hi aktar importanti li nkunu kuntenti, sereni u b'saħħitna, għaldaqstant l-ambjent u l-ħarsien għandu jkun prijorità fil-politika ta' kull Gvern li jmexxi lil pajjizna. Id-deputata Nazzjonalista, Janice Chetcuti ħadmet bħala għalliema, Maniġer fi ħdan id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali, u avukat, qabel telgħet fil-Parlament permezz tal-mekkaniżmu tal-ġeneru fl-2022. Fost l-oħrajn, hija għandha għall-qalbha l-ambjent u l-annimali, u fil-fatt, hija tkellmet fit- tul mal-ILLUM dwar il-bidliet li tixtieq tara f'dawn l-oqsma f'pajjiżna