Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 09 09 ANTHEA CACHIA "Kien hemm mara għand l-ispiżjara li tant ġiha kont kbir li ma kinitx tiflaħ għalih. Sforz l-ispiża li kienet qed taffaċċja talbet lill-ispiżjara biex taqsam ir-riċetta u tieħu nofs ta' dak li kellha bżonn biex in-nofs l-ieħor tħallsu - u għaldaqstant ikollha tistenna sabiex tieħdu - meta tidħlilha l-paga. Fortunatament l-ispiżjara kienet ħanina magħha imma lanqas stajna nemmnu dak li smajna." Hekk qal André Bonello riċerkatur u awtur tal-istudju tal-Caritas bl-isem ta' Minimum Essential Budget for a Decent Living 2023. Huwa spjega li din il-mara kienet waħda mill- esperjenzi li ltaqgħu magħhom matul ir-riċerka li għamlu għal dan l-istudju u li jikkonferma r-realtajiet tal-għoli tal-ħajja. Minkejja li l-maġġoranza tal- operat tal-Caritas huwa iffukat fuq il-qasam tad-droga taħdem ukoll fuq modi ta' kif in-nies jgħixu ħajja komda u diċenti. Għaldaqstant il-Caritas ilha tagħmel dan l-istudju mill- 2012 bil-għan li jkollha viżjoni u toffri perspettiva dwar dak li għandhom bżonn in-nies biex jgħixu ħajja sana. Bonello spjega lil din il- gazzetta dwar kif inħadem dan l-istudju. Qal illi l-istudju jiffoka fuq tliet tipi differenti ta' familji; żewġ adulti u żewġt itfal, adult u żewġt itfal u koppja anzjana. Dawn intagħżlu speċifikament għaliex huma l-aktar familji prevalenti fi statistika nazzjonali uffiċjali. Kull basket huwa maħdum fuqu dan l-istudju jinkludi l-affarjiet essenzjali bħall-ikel, il-mediċina, il-ħwejjeġ, il- kontijiet tad-dawl u l-ilma kif ukoll l-akkomodazzjoni. Dan il-basket fittizju huwa maħdum ukoll fuq kalkoli ta' prezzijiet issussidjati għal persuni bi dħul baxx u ma jinkludix prodotti li għandhom iz-zokkor bħal ċereali, priservattivi luminata u alkoħol. Filwaqt li ż-żieda ġiet innotata b'mod ġeneral f 'kull familja ideali, l-aktar innotata kienet fl-ispiża li għandhom l-anzjani għall-mediċini li mhumiex għall-mard kroniku. Fil-fatt koppja li għandha aktar minn 65 sena, qed tonfoq madwar €50 fix-xahar, li jammontaw għal €598 fis-sena. B'kollox din hija żieda ta' 6.3% aktar mis-sena preċedenti u 45% ogħla minn dik li kienet issir tliet snin ilu. Ċifri mill-aktar inkwetanti. "L-anzjan huwa l-aktar li qiegħed ibati. Ġew imwiegħda pinnoli għall-osteoporożi u sa llum għadhom ma ngħatawx b'xejn u jkollhom jixtruhom huma. Hawn nistaqsi wkoll, l-iskema tal-Pharmacy of your choice (POYC) qed tqassam pinnoli li ma jkissrux l-istonku ta' dak li jikkunsmahom?" staqsa Bonello. Semma wkoll ċertu mediċina li tingħata b'xejn li għandhom effetti sekondarji qawwija, li jikkuraw is- saħħa fiżika iżda jimpattaw dik mentali. Qal li dak li jkun, se jipprova jagħmel minn kollox biex ma jesperjenzax affarjiet ma dak li diġà għandu anke jekk dan ifisser li jkollu jixtri pilloli minn butu li jiswew €30 jew €40 fix-xahar. Dwar dan l-istess studju, din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' kelliem tal-Alleanza Kontra l-Faqar li sostna li dan l-istudju, għalkemm tajjeb li jispeċifika fuq prodotti li huma tajbin għal bniedem, mhux qiegħed ikopri r-realta ta' ħafna Maltin li ma jiklux bl-istess mod. "Fil-fatt, meta wieħed imur jagħmel ix-xirja u jħares lejn il-karru tan-nies ħafna drabi jara ħelu u affarjiet li mhumiex neċessarjament l-aħjar biex ikollok dieta bilanċjata, iżda li fil-verita huwa dak li qiegħed jiġi ikkunsmat." Il-kelliem isostni u jirrimarka fil-pożittiv illi għalkemm inizjattiva bħal din hija tajba u għandha sservi bħala pedament għal studji oħra aktar fid- dettall, "mhux qed ikopri dak li qed jonfqu l-familji Maltin. Għalhekk dak li jkun meta jara dawn iċ-ċifri, jinduna li mhux qed jaqblu ma' dak li qiegħed jintefaq minnhom. Fl-istess waqt nifhmu li dan l-istudju ma' jistax jikkunsidra l-inbid u s-sigaretti bħala parti mill-basket tax-xirja tal-Caritas." Il-kelliem għamel enfasi fuq l-impatt u l-piż enormi li qed ikollhom iġorru l-anzjani, li għalihom il-ħajja għoliet bil- kbir. Fil-fatt dan l-istudju juri li familja ta' żewġ adulti u żewġt itfal tonfoq medja ta' €719.50 fix-xahar jiġifieri €8,634 fis- sena. B'hekk ġiet innotata żieda ta' 21.2% meta mqabbel mal- prezzijiet ta' qabel il-pandemija u żieda ta' 3% fi żmien 12- il xahar. Din iż-żieda kienet innotata aktar għall-anzjani, li għalkemm jonfqu €362.28 fix- xahar, raw żieda ta' kważi 30% fi żmien tliet snin u ta' 3.12% fl- aħħar sena. Il-kelliem qal illi apparti li l-anzjani għandhom l-isfidi personali tagħhom biex ilaħħqu mal-affarjiet li jkollhom bżonn fosthom il-mediċina, kompla jgħid li l-fatt li huma nanniet tkompli iżżidilhom mal-piż finanzjarju. "Aħna nafu li bħala poplu, il-Maltin huma ġenerużi ħafna ma' nies li huma fil- bżonn. Aħseb u ara kemm hija ikbar il-ġenerożità tan-nanniet man-neputijiet, li mingħajr ma jridu jagħmlu u jagħtu minn kollox biex jaraw lil uliedhom u lin-neputijiet kuntenti," kompla l-kelliem. Huwa kompla jgħid li hemm studji sħaħ li jindirizzaw dan il-fenomenu u li jgħidu li ħafna nanniet lesti li jissagrifikaw kull sold li għandhom basta jżommu lill-familjari fuq wiċċ l-idejn, "anke jekk dan ifisser li jkollhom bżonn jittalbu għall-kutri biex iżommuhom sħan fil-bard ta' Jannar." 'Għandna problema kbira minħabba l-kirjiet tal-proprjetà. Dan huwa piż enormi ieħor li qed naffaċċjaw' Il-Kelliem tal-NGO jagħmel referenza wkoll għall-COLA u jgħid illi din żgur li mhix biżżejjed biex taffaċċja għall- problemi li elenka Bonello kif ukoll fid-dawl taż-żieda rampanti fil-prezzijiet tax- xiri u l-kiri tal-proprjeta. Qal li hemm bżonn li din tiġi indirizzata minnufih għaliex in-nies t'hemm barra diġà qed ibatu, "iżda bir-rata ta' kif sejrin l-affarjiet issa, se jibqgħu ibatu." "Jekk nibqgħu hekk x'se jsir minn dawk bi dħul minimu u minn single parents? Dawk id- €9 biżżejjed? Il-Malti se jiġi bżonn paga minima ta' €4,000 fix-xahar biex jikri u jgħix ħajja diċenti," qal il-kelliem. Kien għalhekk li tenna mill- ġdid l-importanza li l-Gvern u tim ta' riċerkaturi jpoġġu bilqgħeda u jikkalkolaw l-affarjiet kollha li l-Maltin u l-Għawdxin qed jonfqu l-flus fuqhom. "Hemm bżonn ta' tim multidixxiplinarju li jistudja l-faqar kull sena u s-sistema ekonomika tal-pajjiż. Hemm lok ukoll li jaqbdu l-istudju tal- Caritas u jipperfezzjonawh." 'Tant ma kinitx qed tlaħħaq mal-ħajja li setgħet tixtri biss nofs il-mediċina li kellha bżonn' F'pajjiżna familja ta' żewġt itfal u żewġ adulti tonfoq minimu ta' 720 f'xirijiet, żieda ta' 21% meta mqabbel ma tliet snin ilu. Hekk jisħaq l-istudju tal- Caritas. B'reazzjoni għal dawn iċ-ċifri l-ILLUM titkellem ma' André Bonello, wieħed mir-riċerkaturi tal-istudju kif ukoll mal-għaqda Alleanza Kontra l-Faqar dwar il-pass li jmiss André Bonello