Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 19

10 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum 'Il-popolazzjoni ta' Malta żdiedet inlaħqu mad-domanda tad-demm' aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum intervista ANTHEA CACHIA Qatt kellek bżonn tirċievi d-demm jew taf lil xi ħadd li kellu bżonn? Ħafna drabi nassumu li meta dak li jkun jagħti donazzjoni tad- demm, kemm jimla borża, din tingħata lill-pazjent u daqshekk. Iżda l-proċess huwa ferm aktar differenti u kumplikat minn hekk. Borza waħda tad-demm tgħaddi minn fażijiet differenti u ittestjar rigoruż biex jiġi żgurat li dak li se jingħata lill-pazjenti fil-bżonn, jingħata b'mod sew u mhux jikkawża aktar ħsara. Għaldaqstant il-gazzetta ILLUM tqatta' it ħin mat-tim fi ħdan iċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm mal-infermiera u ħaddiema tal- laboratorju fejn spjegaw il-proċess kollu li jgħaddi minnhu d-demm biex jingħata lill-pazjenti u fuq kif – litterlament – kull qatra tgħodd, hekk kif xejn ma jinħela. Ħajt mimli ringrazzjamenti Qabel xejn meta meta wieħed jidħol fil-binja, jiġi milqugħ minn kuritur mimli kartolini ta' ringrazzjamenti minn pazjenti li kważi tilfu ħajjithom iżda permezz ta' għoti tad-demm, irnexxielhom jgħixu. Fl-ewwel parti ta' din l-intervista l-ILLUM iżżur iż-żona li fiha jittieħed id-demm u tiltaqa' mal- infermiera Caroline Cassar. Cassar spjegat li kemm il-darba jirċievu kartolini ta' ringrazzjament inkluż mill-President George Vella u mill-Arċisqof Scicluna. Għall- ħaddiema, li ħafna jagħżlu li jirringrazzawhom ta' xogħolhom permezz ta' kartolina sempliċi, temozzjonahom u jfisser ħafna sodisfazzjon. Apparti minn hekk qalet li lil dak li jkun tagħmillu l-kuraġġ meta jara li dak li se jagħmlu se tmur għal kawża ġusta. Cassar bdiet billi spjegat illi s-sistema tagħhom tagħti numru uniku lil kull persuna li tirreġistra li tagħti donazzjoni. Fl-istess waqt, apparti li d-donatur ikollu numru għalih, id-donazzjoni tad-demm ikollha numru ieħor addizzjonali. Fl-istess waqt, għalkemm la l-infermiera u lanqas il-persuni li jaħdmu fil-laboratorju ma jkunu jafu l-persuna min hi, xorta jkun hemm proċess ieħor fis-sistema li jitraċċa kull pass li ttieħed biex ingħata d-demm. Biex b'hekk għalkemm ikun hemm l-anonimità xorta waħda jkollhom l-informazzjoni fis-sistema, fil-każ li jkollhom bżonn jikkuntattjaw lill-persuna. 'Kull persuna li tagħti d-demm trid tqatta' xi ħin fil-kafetterija, imqar jieħdu tazza ilma' Id-donazzjonijiet għalkemm hemm bżonn kbir tagħhom ma jaqbdux u jingħataw qisu xejn mhu xejn. Għalhekk meta persuna tirreġistra biex tkun donatur tgħaddi minn eżaminazzjonijiet u għadd ta' mistoqsijiet biex ikun żgurat li l-persuna tkun f 'qagħda ta' saħħa tajba. "Importanti wkoll li dak li jkun, meta jkun se jagħti d-demm jippjana u jħalli l-ġurnata libera. Ġieli jkun hemm min jiġi fuqna u jgħidilna li wara li jagħtu d-demm se jmorru jaqilgħu d-dar. Aħna dejjem ngħidulhom biex ma jagħmlu xejn wara għax jistgħu iħossuhom ħażin," qalet Cassar filwaqt li qalet li dan japplika speċjalment issa waqt ix-xhur sajfin. Apparti minn hekk qalet illi meta persuna tlesti mid-donazzjoni, li bejn wieħed u ieħor tieħu it inqas minn 10 minuti, iridu jqattgħu xi ħin fil-kafetterija biex l-infermiera jiżguraw li jinsabu tajbin. "Għalhekk għandna l-ħġieġ bejn kamra u oħra biex aħna żgur ma naqilgħux għajnejna minn fuqhom. Ikun hemm min jgħidlek li ma jkollux aptit jiekol, mhux problema. Però imqar żewġ tazzi ilma jridu joħduhom u jagħtu ċans it ħin jgħaddi," spjegat Cassar. Mil-labra għal-laboratorju Wara li jinġabar kwantità ta' boroż, dawn imorru mal-ewwel fil-laboratorju, it passi 'l bogħod. Cassar ħaditna faċċata, mal-binja tal-Isptar San Luqa, li filwaqt li barra ma tantx jilqak, ġewwa huwa mgħammar b'teknoloġija avvanzata li tippreserva d-demm u l-prodotti li joħorġu minnhom. Hawn din il-gazzetta tiltaqa' ma' Kurt Dimech li wriena l-proċess kollu kif minn borża waħda tad- demm joħorġu żewġ boroż oħra. Dimech spjega illi d-demm li jingħata minn persuni, li huwa jirreferi għalih bħala 'whole blood', ma jingħatax kollu kif inhu lill-pazjenti. Waqt li qiegħed idawwarna fil-laboratrorju, jew aħjar "il-fabbrika tal-prodotti tad- demm", spjega lill-ILLUM f 'dettal kull rwol li għandhom il-magni speċjalizzati. Fl-ewwel istanza d-demm jgħaddi minn proċess li jiġi mħawwad. X'jiġifieri? Din il- magna partikolari tant tibda ċċaqlaq il-borża b'ritmu mgħaġġel illi tissperara d-demm fi tliet affarjiet separati li fid-dinja medika huma magħrufa bħala: il-plasma (l-ilma tad-demm), iċ- ċelloli l-ħomor u l-buffy coat (li fih ikun hemm iċ-ċelloli l-bojod u l-platelets). Minħabba l-fatt illi dawn it-tliet prodotti, f 'dan l-istadju, jkunu għadhom f 'borża waħda u ma jistgħux jiġu ikkontamati hemm magna oħra illi tisseparahom f 'żewġ boroż separati hi permezz ta' pressjoni. Dawn il-boroż ikunu diġà mqabbda ma' dik li fiha l-persuna tkun iddepożitat demmha fiha u għaldaqstant anke hawn id-demm ma jintmessx mill- bniedem, għaliex il-magna tkun qed tmexxi l-prodotti fil-boroż, lesti għall-istadju li jmiss. Fil-każ tal-prodott 'buffy coat' dan jibqa' fil-borża originali li jgħaddi minn proċess ta' iffiltrar ieħor biex jitneħħew iċ-ċelloli bojod. "Il-kit tad-demm ikollu wkoll għodda ta' filtrazzjoni li jneħħi ċ-ċelloli l-bojod għaliex dan ma jistax jingħata lill- pazjenti, għax jistgħu jikkawżaw reazzjoni ħażina," spjega Dimech. Enfasizza fuq dan il-proċess proprju għaliex kull prodott jibqa' tajjeb għal ammont ta' żmien speċifiku. "Permezz tas- separazzjoni qed tieħu l-aħjar li tista' minn kull prodott. Il- platelets kull m'għandhom 'ħajja' huwa ħamest ijiem allura jekk tħalli d-demm sħiħ mingħajr ma jiġi separat, wara ħamest ijiem tista' tarmih. B'din is-sistema, iċ- ċelloli l-ħomor nista' nżommhom Qatt tajt id-demm u staqsejt lilek innifsek x'sar minnu u fejn mar? L-ILLUM titlaqa' mal-ħaddiema fi ħdan iċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm u jispjegawlha l-proċess mill-bidu sal-aħħar minn meta d-donatur ipoġġi bilqegħda fuq is-siġġu sakemm il-prodotti tad-demm jingħataw lill-pazjent Kurt Dimech Il-magna li tintuża biex jiġu separati l-prodotti L-infermiera Caroline Cassar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023