Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 19

għal 42 jum filwaqt li l-plasma nista' nżommha għal tliet snin," kompla jispjega Dimech. Biex żgur ma tintremiex qatra ta' demm, li jingħata b'tant ġenerożità tad-donatur, dan il- laboratorju jissepara l-prodotti wkoll f 'boroż żgħar għat-trabi hekk kif dawn jiġu bżonn kwantità ferm inqas minn tal-kbar. Naturalment dawn iridu jinżammu fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u hawn fejn jidħol proċess ieħor, dak tal-iffriżar. Il-plasma tiġi friżata f 'kesħa ta' -75C. Meta dan il-prodott jgħaqqad jinżamm f 'temperatura ta' -25C. "F'din it-temperatura nista' nippreserva l-borża għal tliet snin. Jekk it-temperatura tinżel għal -20C, sempliċement ħames gradi inqas, ikolli nużahom fi żmien tliet xhur, differenza enormi," qal Dimech. Dimech qal li kull parti tal-prodott li jingħata huwa importanti għaliex ir-realtà hija li minħabba ż-żieda fil- popolazzjoni, mhux qed ilaħħqu mad-domanda. Fl-aħħar parti ta' din l-intervista Dimech ħa lil din il-gazzetta fil- post fejn jinżammu l-prodotti temporanjament sakemm jinġabru mill-uffiċjali tal-Isptar. Dimech spjega dwar il-mod ta' kif dawn jingħataw tabelli li jkunu ta' standard Ewropej. Dimech u Cassar spjegaw illi għalkemm Malta ma titrasportax demm barra minn pajjiżna, tagħmel tabelli bħal ċentri tal- għoti tad-demm Ewropej f 'każ ta' emerġenza kbira li fiha jew pajjiżna jew pajjiżi Ewropej ikollhom bżonn demm urġenti. "Hawn qed nitkellmu fuq każijiet kbar, bħal pereżempju gwerra," qal Dimech. 'Fil-kampanja inkludejna wkoll nies li għandhom it- tpinġija, għax aħna lil kulħadd nilqgħu' Cassar stqarret li filwaqt li waħda mir-rekwiżiti biex persuna tagħti d-demm huwa li tkun ilek erba' xhur minn meta għamilt it- tpinġija jew li għamilt xi misluta, wara dan il-perjodu jistgħu jagħtu d-demm bħal kull persuna oħra. "Fil-fatt għalhekk fil-kampanja li nedejna inkludejna persuni bit- tpinġija biex nuru li naċċettaw lil kulħadd," qalet Cassar. Hawn fakkret lill-ILLUM li apparti xogħolhom bħala infermiera, minn wara l-kwinti jkunu qed jitkellmu mal- Isptar biex jiżguraw li jkun hemm provvista fl-Isptarijiet, jibagħtu fuq il-midja soċjali kif ukoll jikkuntattjaw persuni li regolarment jagħtu d-demm. Ħidma, li kif rajna matul dan l-artiklu ma tiqafx. Mela jekk kellek xi dubju jekk għandekx tmur tagħti donazzjoni tad-demm, kun af li dak li int għandek l-għażla li tagħti, ħaddieħor qed jitkarrab għalih biex jgħix. U fuq kollox, jekk forsi qed tibża' tagħmel dan il-pass tinkwieta xejn għax kull persuna li tidħol minn dawk il-bibien se tiġi trattata bi ħlewwa, kunfidenzjalità u b'ħafna għożża mill-infermiera. Kun eroj int ukoll, għax illum jien u għada int! illum • IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 intervista 11 żdiedet u bilkemm qed tad-demm' Id-demm jgħaddi minn proċessi rigorużi bil-għan li dak li jingħata l-pazjent ikun tajjeb għalihom iffriżar Fuq ix-xellug; il-plasma qabel l-iffriżar, fuq il-lemin; il-plasma friżata li tista' tibqa' tintuża tliet snin wara li tkun inġabret

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023