Illum previous editions

ILLUM 16 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 19

aħbarijiet 05 IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum MATTHEW FARRUGIA Malta tinsab fid-19-il post fl- Ewropa f 'dak li għandu x'jaqsam mal-pagi tal-għalliema, filwaqt li l-paga tal-għalliema f 'Malta hija madwar €7,500 inqas minn dik tal-medja Ewropea, liema medja hija ta' €25,055. Dan skont informazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea f 'kollaborazzjoni mal- Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u l-Kultura, u Eurydice, li hija inkarigata bl-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi fl-Unjoni Ewropea. Skont din l-informazzjoni, fl- 2020 u l-2021, il-paga tal-bidu għall-għalliema f 'pajjiżna kienet €17,509. L-informazzjoni turi wkoll li ħafna mill-pajjiżi ġirien ta' Malta għandhom pagi ogħla minn dawk ta' pajjiżna. Fosthom, il-pagi fl-Italja u Ċipru jleħħqu l-€24,000, filwaqt li fi Franza u Spanja, dawn ilaħħqu €26,800 u €30,900 fis- sena rispettivament, L-istess ezerċizzju tal-aġenziji Ewropej ikkunsidra wkoll id- differenzi fl-għoli tal-ħajja f 'dawn il-pajjjiżi. Hawnhekk ukoll, il-pagi tal-għalliema Maltin huma ferm baxxi meta wieħed jikkumparahom ma' dawk f 'pajjiż Ewropej oħra. Fil- fatt, fil-klassifika li tikkunsidra l-għoli tal-ħajja differenti fl-istati Ewropej, Malta saħansitra tinsab fit-23 post, li tfisser li l-għalliema f 'pajjiżna għandhom paga simili ħafna ta' dawk fl-Estonja. Il-pagi għall-għalliema Maltin, u anke dawk Ewropej, ġew analizzati aktar fid-dettall mill- Euridice, hekk kif ingħatat anke ħarsa lejn il-pagi tal-għalliema bejn l-2009 u l-2010. Hawn wieħed jista' jinnota li minkejja li l-pagi tal-għalliema f 'Malta huma relattivament baxxi ħdejn numru ta' stati membri oħra, dawn għolew b'54% f 'dan il-perjodu. Din iż-żieda kienet waħda notevoli meta wieħed jikkumparaha mal-bqija tal- pajjiżi Ewropej tal-Punent, hekk kif fosthom, il-Ġermanja rat żieda ta' 42%, filwaqt li Franza, l-Italja u Spanja raw żiediet ta' 20%, 6% u 6% rispettivament. L-għola żieda kienet dik tal-Lithuania b'269%. Ta' min jinnota li minkejja li l-pagi tal-għalliema f 'pajjiżi ġirien ta' Malta huma ogħla minn dawk f 'pajjiżna, in-nuqqas ta' sodisfazzjon tal-għalliema għall- pagi tagħhom huwa fenomenu magħruf f 'diversi pajjiżi. Dan qed iwassal għal nuqqasijiet sostanzjali ta' għalliema ġodda kull sena madwar l-Unjoni Ewropea, iżda anke barra l-Unjoni. F'Malta, is-sitwazzjoni mhix differenti wisq, hekk kif fil-bidu tal-aħħar sena skolastika fl-2022, kien ġie nnutat li minkejja li l-għalliema u l-istudenti f 'pajjiżna m'għadhomx iħabbtu wiċċhom mal-istess tip ta' problemi li kellhom waqt il-pandemija, il- problemi li kienu jeżistu qabel l-2020 ma ssolvux. Dak iż-żmien, il-Kap tal-Unjin għall-Għalliema f 'Malta, (l-MUT) Marco Bonnici, kien stqarr li fl-aħħar snin ma kienx hemm influss għoli ta' għalliema ġodda li jidħlu jaħdmu f 'dan is-settur. Fost ir-raġunijiet għal dawn, hemm il-fatt li ż-żgħażagħ qed jaħsbuha darbtejn qabel jibdew il-karriera tagħhom fis-settur edukattiv, hekk kif apparti li s-suq tax-xogħol huwa wieħed fejn għal kull kelb hawn mitt għadma, wieħed jista' jsib anke xogħolijiet b'kundizzjonijiet u pagi aħjar. Apparti dan, informazzjoni maħruġa min-numru ta' mistoqsijiet Parlamentari jagħtu stampa tal-ammont ta' għalliema li qed jidħlu f 'dan is-settur u dawk li qed joħorġu. Hawn ġie spjegat kif fost l-oħrajn, fl-aħħar 12-il xahar kienu 33 għalliema li rreżenjaw minn skejjel sekondarji, u 25 oħra li rreżenjaw minn skejjel primarji fl-istess żmien. Min-naħa l-oħra, informazzjoni minn mistoqsija Parlamentari oħra sservi bħala raġġ ta' tama għal din is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' għalliema. Dan hekk kif irriżulta li bejn l-2017 u l-2022 daħlu 1079 għalliem ġdid, filwaqt kienu 636 għalliem fl-istess perjodu li ma baqgħux fil-kariga ta' għalliema. Għalliema f'Malta jitħallsu €7,500 inqas mill-medja Ewropea L-għalliema f'Malta qed jitħallsu ferm inqas minn 18-il pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea skont ċifri ppubblikati minn numru ta' aġenziji tal-istess Unjoni, hekk kif dawn il-ħaddiema jitħallsu ferm inqas mill-medja Ewropea. Fil-fatt, il-pagi huma fost ir-raġunijiet wara n-nuqqas ta' għalliema fis-settur edukattiv, mhux biss f'pajjiżna iżda anke f'numru ta' pajjiżi ġirien ta' Malta Il-paga tal-għalliema hija fid-19- il post fi klassifika ta' numru ta' pajjiżi Ewropej, u meta wieħed jikkunsidra l-għoli tal-ħajja differenti fil-pajjiżi, Malta tinżel aktar fil-klassifika, u saħansitra hija maqbuża minn pajjiżi bħall- Estonja u t-Turkija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 July 2023