Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503863
Meta l-films stabillixew ruħhom sewwa fi żmien iċ-ċinema mutu, kien ilha tinħass il-ħtieġa mill- kapijiet tal-kumpaniji li għandu jintwera rikonoxximent lil dawk kollha li jikkontribwixxu għas-suċċess tal-films. Taħt il- patronċinju ta' Louis B. Mayer, il-kap tal-Metro-Goldwyn- Mayer (M.G.M.) studjo, fl-1927 twaqqfet l-Akkademja tal- Arti tal-Istampi Jiċċaqilqu u Xjenzi (the Academy of Motion Picture Arts and Sciences) bl- intenzjoni prinċipali li din tkun organizzazzjoni mhux ta' profitt, bil-għan li tavvanza 'l quddiem l-industrija tal-films. Kellhom jgħaddu sentejn sakemm saret l-ewwel ċerimonja ta' dawn l-unuri fil-Hollywood Roosevelt Hotel, fis-16 ta' Marzu 1929. Sagretarja/librara jisimha Margaret Herrick, li kienet ukoll direttriċi fl-Akkademja, meta rat għall-ewwel darba l-istatwetti tad-deheb li kellhom jingħataw u ħarset lejn il-wiċċ ta' wieħed mill-figuri, esklamat hekk: "Qed ifakkarni fiz-ziju tiegħi, Oscar!" L-isem mill-ewwel intogħġob u dan it-titlu nżamm. Qabel, il-gazzetti kienu tawh l-isem ta' l-Istatwetta tal-Akkademja, jew it-Trofew tas-Deheb u anki l-Istatwetta tal-Mertu. Tassew tal-iskantament li din l-ewwel edizzjoni tal-Oscars damet it inqas minn 5 minuti u l-preżentaturi kienu Douglas Fairbanks u Cecil B. De Mille. L-udjenza kienet ta' 250 li kienu nvitati u ħalsu 5 dollari kull wieħed. Għall-kuntrarju, l-itwal ċerimnja tal-Oscars saret fl-2002 u damet 4 sigħat u 23 minuta. Ippreżentat Whoopi Goldberg. Mis-sena 1930, l-istawetta kienet għolja 33 ċentimetru tiżen 3 kilogrammi u nofs. Però, matul it- Tieni Gwerra Dinjija, ghal 3 snin sħaħ l-istatwetti kienu magħmula mill-ġibs bħala sinjal patrijottiku għall-isforz tal-gwerra. Għal 70 sena sħaħ, dawk kollha li jirbħu l-Oscar kellhom jiffirmaw kuntratt li ma jistgħux ibiegħu l-istatwetti li jirbħu qabel ma joffruh lill-Akkademja għall- dollaru biss. Minkejja dan kollu, ħafna statwetti sabu ruħhom band'oħra. Id-direttur Steven Spielberg fl-1996 evalwa l-Oscar li kien rebaħ Clark Gable għal 550,000 dollari biex wara rregalah lill-Akkademja. Kas ieħor ġara fl-1992 meta Harold Russell mar kontra dawn ir-regoli, biegħ l-Oscar li kien rebaħ għal e Best Years Of Our Lives għal 60,500 dollari biex iħallas l-ispejjeż ta' martu li kienet marida. Alice Brady rebħet l-Oscar bħala l-Aqwa Attriċi f 'parti sekondarja fil-film In Old Chicago. Fl-1938 kienet id-dar bil-għaksa miksura u ma setgħetx tattendi għaċ-cerimonja tal- Oscars. Wieħed impostur rċieva dan l-Oscar u ħarab bih u qatt ma nstab. Imma minn xi gazzetti tal- librarja Margaret Herrick, jindika li d-direttur Henry King irċieva l-Oscar f 'isimha u ħadulha d-dar dak inhar stess. Fiċ-ċerimonja tal-1991, l-attur Billy Crystal daħal riekeb fuq żiemel. 7 snin wara, dan l-istess bniedem daħal fuq il-palk bil- wieqfa fil-pruwa ta' vapur biex jimita sekwenza popolari mill- film Titanic. Tgħidx kemm daħku l-udjenzi! Meta Cher rebħet l-Oscar għall-film Moonstruck (1987), fl-indirizz tagħha għamlet dedika mill-qalb lill-parrukkiera tagħha. Il-familja Minnelli hi l-unika waħda li membri tagħha rebħu l-Oscars. L-istatwetta marret għand Vincente Minnelli, martu Judy Garland u t-tifla Liza Minnelli. Renee Zellweger rebħet ukoll dan l-unur meta nterpretat lil Judy Garland fil-film Judy (2019). Wara 80 sena, l-ewwel mara li rebħet l-Oscar għad-direzzjoni kienet Kathryn Bigelow fl-2009 għal Hurt Locker. Fl-Oscars tal- 2022, Jane Campion, direttriċi minn New Zealand, ukoll akkwistat l-istatwetta għal e Power Of the Dog. L-Aqwa fl-Oscars – Rakkonti Pożittivi u anke Negattivi L-aktar bniedem li rebaħ Oscars hu Walt Disney il-kreatur ta' Mickey Mouse. B'kollox rebaħ 26, 4 minnhom b'rikonoxximent għall-karriera tiegħu. Dan il- ġenju għandu rekord personali wkoll li l-films tiegħu ġew nominati għal 59 darba. L-aktar films li rebħu Oscars huma Ben Hur, Titanic u e Lord Of e Rings: e Return Of e King – 11 kull wieħed, pero' fi żmien Ben Hur il-kategoriji kienu inqas. e Lord Of e Rings: e Return Of e King rebaħ in- nominazzjonijiet kollha li kellu. Ir-rekord tal-aktar nominazzjonijiet jinsab f 'żewġ films – Titanic u All About Eve (1950). Dawn kellhom 14- il mominazzjoni kull wieħed. Titanic falla fi 3 u All About Eve ma rebaħx 6 minnhom. Katharine Hepburn spikkat fuq kulħadd b'rebħ ta' 4 Oscars għall- films On Golden Pond (1981), Guess Who's Coming To Dinner (1967), e Lion In Winter (1968) u Morning Glory (1933). Din qatt ma telgħet fuq il-palk biex tiġbor hi l-premju. Fi New York hemm triq imsemmija għaliha. L-aktar żewġ produzzjonijiet sfortunati fl-istorja tal-Oscars huma e Turning Point (1977), dirett minn Herbert Ross u e Color Purple (1985), dirett minn Steven Spielberg. Dawn kellhom 11-il nominazzjoni kull wieħed u m'akkwistaw xejn. Meryl Streep hi l-aktar waħda li kellha nominazzjonijiet – 21 b'kollox u rnexxielha tirbaħ l-Oscar 3 darbiet, f 'Sophie's Choice (1982), e Iron Lady (2011) u f 'irwol sekondarju fi Kramer Vs Kramer (1979). Tatum O'Neal ta' 10 snin rebħet l-Oscar f 'Paper Moon (1973) u mill-banda l-oħra Glenn Close hi l-iżjed sfortunata għax minn 7 nominazzjonijiet baqgħet b'idha vojta. L-aktar film twil li rebaħ Oscars kien Gone With e Wind li kellu ħin oriġinali ta' erba' sigħat neqsin 6 minuti. L-attriċi Hattie McDaniel fil-parti ta' Mammy, is-seura, f 'dan il-film kolossali kienet l-ewwel Afro-Amerikana li rebħet l-istatwetta f 'parti sekondarja. Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 16 TA' LULJU 2023 • illum L-Oscars: Kużitajiet, inċidenti u żbalji ħoxnin (1) Whoopi Goldberg tippreżenta l-Oscars tal-2002 Meryl Streep Steven Spielberg