Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228
04 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum Skema finanzjarja li tinċentiva favur produzzjoni organika mill-bdiewa Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal- Annimali Anton Refalo nieda skema finanzjarja immirata lejn sidien ta' raba' li jikru l-art tagħhom lill-bdiewa li jagħżlu li jwettqu biss produzzjoni organika. Permezz ta' dan qed titwettaq miżura oħra mħabbra fil-Budget għal din is-sena. Ġie spjegat kif is-sid li jrid jikri r-raba' b'kuntratt ta' ħames snin se jirċievi pagament ta' €1,174 għal kull ettaru, fl-ewwel sentejn. Il- pagament huwa ta' €587 fl-ewwel u t-tieni sena, u għat-tliet snin ta' wara s-sid jingħata pagament ta' €300 kull ettaru kull sena. Id- Direttur għall-Agrikoltura Marco Dimech spjega kif permezz ta' din il-miżura qed ninċentivaw lil sidien ta' art biex jidħlu fi ehim ma' bdiewa sabiex l-art tintuża għall-produzzjoni ta' prodotti b'ċertifikazzjoni organika. L-Ambaxxatriċi għall-Ikel Organiku u Sostenibbli Sonya Sammut saħqet kif din il-miżura qiegħda twassal ukoll sabiex titwettaq waħda mill-azzjonijiet tal-Pjan Nazzjonali għall- Ikel Organiku li għadu kemm tħejja iktar kmieni din is-sena. "L-inċentivi li qegħdin noffru huma għodda importanti ferm għax minbarra li jwasslu biex il-bidwi jkollu aċċess ikbar għar- raba', inkunu qegħdin inżidu l-ammont ta' art fejn nistgħu nkabbru ikel iċċertifikat bħala organiku," qalet is-Sa Sammut. Il-Ministru Anton Refalo nnota kif, permezz ta' dan, il- Gvern qed ikompli jżomm kelmtu sabiex isaħħaħ il-produzzjoni organika f 'pajjiżna, wieħed mill-aktar modi sostenibbli fil- qasam agrikolu. "F'Malta fl-2016, it-total ta' żoni ta' agrikoltura ttrasformati għall-biedja organika kienu jammontaw għal 24 ettaru, sal-2020 dan tela' għal 66 ettaru. Għalhekk għaddejjin b'ħidma sabiex anke sal-2030, taħt il- miri tal-Kummissjoni Ewropea, biex pajjiżna jkollu 5% tal- agrikoltura tiegħu bi produzzjoni organika," saħaq il-Ministru Refalo. L-iskema finanzjarja għandha l-għan ukoll li tgħin fit- tranżizzjoni għall-biedja organika u jitnaqqas l-użu ta' kimiċi. Imnedija l-inizjattivi 'Adopt a Pet Allowance' u 'Free Vet Services to NGO' Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said ħabbret żewġ inizjattivi li se jkomplu jsaħħu s-settur tal-ħarsien tal- annimali. L-ewwel inizjattiva hija kontinwazzjoni tas- servizzi veterinarji b'xejn offruti lill-għaqdiet mhux governattivi. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tgħin fil- ħidma tal-ħafna voluntiera f 'dan is-settur. Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said spjegat li matul dawn l-aħħar sentejn il- Gvern appoġġja lis-santwarji u l-għaqdiet mhux governattivi billi pprovda servizzi veterinarji b'xejn, b'investiment ta' madwar €80,000. "Ilkoll napprezzaw ix-xogħol li jagħmlu bosta voluntiera fis-santwarji fejn ikunu minn ta' quddiem biex jipproteġu lill-annimali. Għaldaqstant qed inħabbru estensjoni ta' dan is-servizz importanti fejn għamilna reviżjoni u żidna l-ammonti. Ser inkunu qed nagħtu €45 għal kull kelb u qattus li l-għaqdiet ikunu qed jieħdu ħsieb u €180 għal kull żiemel," spjegat Bugeja Said. Rigward l-iskema tal- adozzjoni, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet li hekk kif imwiegħed fil- manifest elettorali, il-Gvern kommess li jkompli jinċentiva aktar nies biex jadottaw annimali. Għaldaqstant, il-Gvern qed jinvesti madwar €30,000 f 'forma ta' vawċers u kull min jaddotta se jkun jista' jagħmel użu minnhom meta jirrikorri għal servizzi veterinarji minn wieħed mill- istabbilimenti jew kliniċi li huma rreġistrati mad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali. "Qed inkomplu naħdmu lejn Dipartiment għall-Ħarsien tal- Annimali aktar effettiv fil-ħidma tiegħu filwaqt li nkomplu nagħtu l-għajnuna lill-voluntiera u s-santwarji tagħna," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.