Illum previous editions

ILLUM 23 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 19

Carmel Cacopardo 13 editorjal IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Ħadd ma jista' jiċħad li qed ngħaddu minn perjodu ta' sħana inkreddibli. Sħana li għandha turina kemm huwa meħtieġ li nibdew naġġixxu minnufih fuq il-klima. Imma min-naħa l-oħra Malta mhux pajjiż li ma għandux esperjenza u storja intrinsika marbuta mal-estremitajiet tal-klima. U matul is-snin, Malta għax kienet taf li l-popolazzjoni qed tikber u l-kwalita ta' l-għixien qed jiżdied investiet fl- enerġija. Smajna fuq li smajna bl-infiq ta' mijiet ta' miljuni biex ikollna biżżejjed enerġija għal aktar mumenti diffiċli. U sirna nafu li għandha biżżejjed enerġija għal sitwazzjoni fejn ikollna splużjoni fil-konsum. Qisu kullħadd nesa, li biex twassal l-elettriku jrid ikollok sistema li jkollu apoġġ tekniku kontinwu. Imma biex niżviluppaw, nibnu, nagħmlu toroq ġodda u nbiddlu pajjiżna f 'ġungla ta' konkrit insejna li s-sistema ta' kif l-elettriku jasal fi djarna irid jiġi aġġornat min dak l-antik. U bil-kalmezza kollha smajna li "... qed nagħmlu li nistgħu biex nirrangaw is-sistemi taħt l-art." U waqt li jagħmlu dak li jistgħu, kommunitajiet sħaħ jibqgħu bla dawl. Meta xi snin ilu taħt l-amministrazzjoni Abela, f 'Wied il-Għajn inqata d-dawl fi żmien tal-Milied, il-ministru Joe Mizzi li kien responsabbli mill-Enemalta spiċċa fil-kotba hżiena ta' Robert Abela u l-karriera politika tiegħu spiċċat ftit wara. Ma nistgħux ngħidu l-istess għal Ministru Miriam Dalli, li ftit li xejn ġiet ikkritikata. U ftit li xejn smajna xi dikjarazzjoni jew apoloġija dwar il- falliment tad-distribuzzjoni tad-dawl. Hija tal-mistħija li wara tant dikjarazzjonijiet solenni mill-Enemalta jkollok sitwazzjoni bħal din li huwa frott in-nuqqas ta' ippjanar u preparazzjoni u viżjoni ta' kif inżommu l-provvista tal-enerġija għaddej anke f 'perjodi estremi. Huma f 'mumenti bħal dawn li nindunaw kemm verament s-sistema ta' pajjiżna hija mmexxija minn nies li ma jifhmux jew inkella huma verament limitati fl-għarfien ta' x'inhu importanti jew le. Mid-dawl għad-dlam

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 July 2023