Illum previous editions

ILLUM 23 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 19

opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Ħanxra waħda għall-ġustizzja 14 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum G ħejjejna u xbajna! Dik kienet l-għajta tal-eluf li attendew id-dimostrazz- joni 'Xebbajtuna' fis-27 ta' Mejju 2023 mill-Funtana tat-Trito- ni sal-Qorti. Dakinhar inġabru eluf ta' nies, kollha differenti u kollha magħquda taħt bandiera waħda: LE għall-isfreġju. LE għall-qerda. Għajjejtuna. Xebbajtuna. Imma kemm ilna nisimgħuhom dawn il-frażijiet iduru monotoni qishom karużell li ma jridx jagħlaqlu għax ma jistax jagħlaqlu? Id-damdim ta' xi ħaġa tħaffer tħossu qisu kantaliena li tismagħha kullimkien; viċin, bogħod, ġewwa darek, inti u ssuq, x'ħin toħroġ tixtri u anke f 'xi mixja fil- kampanja. Qisha tfakkira kontinwa ta' Malta mħaffra, li l-isfreġju tagħha qisu m'għandux qies. Kif se jinbidlu għall-aħjar l-affarijiet? Jekk inħarsu lejn il-partiti l-kbar naraw kif kollha kemm huma mtebba' bil-marda tal-kostruzzjoni. Din l-industrija tmexxi lill-politiċi tagħna qishom pupazzi tal-ħabel. Dan jammettuh sfaċċatament ukoll l-iżviluppaturi. F'Settembru 2021, Joseph Portelli pereżempju, iddikjara bla mistħija ta' xejn f 'intervista qal li "d-donazzjonijiet" mingħand l-iżviluppaturi "jingħataw liż-żewġ partiti." Tal-iskantament infatti kif anke fost l-isfreġji l-aktar attroċi li konna qegħdin niġġieldu kontrihom riċentament, il-partit il-kbir tal- Oppożizzjoni it li xejn fetaħ ħalqu biex jingħaqad man-nies u jiġġieled id f 'id maċ-ċittadini. Kienu minflok u ħafna drabi membri individwali tal-Kunsill Lokali u tal-organizzazzjonijiet li għenu lir- residenti biex jingħaqdu u jissieltu. Mela allura, nerġgħu nistaqsu, kif ser jinbidlu l-affarijiet? Bejn l-2010 and l-2022 mietu iktar minn 50 ħaddiem fis-siti tal-kostruzzjoni. Mijiet oħra weġġgħu serjament u ma nafux bihom sempliċement għax skansaw il-mewt. Fl-2019 iġġarrfet binja appartamenti fi Gwardamanġa, waħda fost serje ta' traġedji perpetwi, li komplew jaħsdu lin-nazzjon qishom barmil ilma kiesaħ fuq sitwazzjoni li kienet ilha tissemma', imma qisu qatt ma iċċaqilqet rix biżżejjed biex jinbidlu l-affarijiet. Kemm se jkollhom imutu nies? Kemm se jkomplu jindarbu nies? Kemm qraba, ħbieb u familji se jibqgħu jgħixu snin sħaħ ta' trawma u telfa ħabba industrija li taħsibha li hi alla? Rajna kif dil-ġimgħa stess, il-każ ta' Jean Paul Sofia qajjem rabja kbira fost il-poplu. Għax kif tista' ma tirrelatax ma' omm li tilfet lil binha li lanqas biss kien għadu għalaq l-20 sena meta hu wkoll safa vittma ta' din l-industrija? Ix-xena tal-omm u l-familjari mbikkmin, jipprotestaw waqt seduta Parlamentari u jiġu injorati ħasdet nazzjon. Tul din is-seduta, l-istess Membri Parlamentari li wegħdu t-trasparenza, huma wkoll ħasdu nazzjon meta ħarġu fil-maġġoranza tagħhom kontra l-inkjesta pubblika. Ftit jiem wara u inqas minn sagħtejn qabel il- bidu tal-vejla għal Jean Paul Sofia, il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet biex jiddikjara li biddel fehmtu, li "l-Gvern sema'lill-poplu", li wara kollox ħa d-deċiżjoni li "tinfetaħ inkjesta pubblika" u għalaq bill tefa' l-ġebla tat-tort fuq il-Maġistrat Marseanne Farrugia għax "id- dewmien tal-inkjesta" tagħha "mhuwiex aċċettabbli." Bħalkieku bl-attakki kontra l-ġudikatura se nsolvu l-problemi li jeżistu fil-qasam tal-kostruzzjoni. U bħalkieku d-dewmien fil-Qrati huma problema esklussiva għal dan il-każ. Ilkoll nafu li l-każ ta' Sofia mhuwiex każ iżolat. B'hekk, il-ġlieda importanti li ma tieqafx hawn. Il-pressjoni biex il-qasam tal-kostruzzjoni jiġi regolat u biex jiġu infurzati l-liġijiet hija iktar valida minn qatt qabel. Dil-ġimgħa stess, f 'isem l-istess pressjoni, il-Gvern ippubblika r-regoli li jobbligaw il-liċenzjar tal-kuntratturi. Skont dawn ir- regoli, il-kuntratturi issa jridu jiġu mħarrġa u jridu jsegwu miżuri stretti ta' kif joperaw. Jekk jiksru dawn ir-regoli, suppost joħdulhom il-liċenzja. Dawn ir-regoli kienu ilhom pendenti mill-2019 u kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ minħabba reżistenza qawwija mill- iżviluppaturi. Iżda anke r-regoli li daħlu fis-seħħ huma nofs leħja u ma jiżguraw ebda indipendenza, trasparenza u effiċjenza fil-mod kif għandhom jinħarġu u jiġu rtirati dawn il-liċenzji. Matul il-perjodu ta' konsultazzjoni pubblika konna tajna bosta suġġerimenti dwar kif għandhom jissaħħu. L-ebda waħda minnhom ma ntlaqgħet. F'Ottubru tal-2020, il-Moviment Graffitti ħareġ dokument uffiċjali ta' proposti għal Riforma tal-Ippjanar u l-Kostruzzjoni f 'Malta. Fl-istess sena, il-Gvern waqqaf l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Dan kien pass importanti fuq il-karta, iżda l-istruttura ta' din l-istituzzjoni tant kienet dgħajfa li din l-Awtorità illum il-ġurnata nħatfet mill- interessi tal-iżviluppaturi. Il-Moviment Graffitti, fix- xhur li ġejjin, ser jibqa' jippressa favur l-implimentazzjoni tal- proposti tiegħu għall-qasam tal-kostruzzjoni, fejn fost l-aktar urġenti nsibu l-implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Bini u l-Kostruzzjoni li jirregola kif għandu jsir il-proċess tal-bini, bħal x'tip ta' makkinarji, metodi u materjali jistgħu jintużaw. Proposta urġenti oħra tindirizza direttament il-każ ta' Sofia u titlob l-eliminazzjoni sħiħa tas-sistema ta' Development Notification Orders (DNOs). Din is-sistema bħalissa tippermetti li, f 'ċertu ċirkostanzi, applikant jibda jibni permezz ta' notifika biss, jiġifieri mingħajr ma jgħaddi mill-evalwazzjoni sħiħa li ssir għal applikazzjoni għall- iżvilupp. Kien propju f 'żona DNO fejn tilef ħajtu Jean Paul Sofia. Jidher li ħiereġ inemnem dawl minn xquq dawn it-traġedji kollha. L-għajta tal-protesta qiegħda dejjem qed tkompli tikber, tissaħħaħ u tgħaqqad lin-nies. L-istess għajta, it it, qed iġġib il-bidla. Għax l-ebda bidla qatt ma ġrat mingħajr protesta. Lara Calleja hija membru tal-Moviment Graffiti Lara Calleja Proposta urġenti oħra ta' Graffitti tindirizza direttament il-każ ta' Sofia u titlob l-eliminazzjoni sħiħa tas-sistema ta' Development Notification Orders (DNOs). Din is-sistema bħalissa tippermetti li, f'ċertu ċirkostanzi, applikant jibda jibni permezz ta' notifika biss, jiġifieri mingħajr ma jgħaddi mill-evalwazzjoni sħiħa li ssir għal applikazzjoni għall-iżvilupp. Kien propju f'żona DNO fejn tilef ħajtu Jean Paul Sofia.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 July 2023