Illum previous editions

ILLUM 23 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

ANTHEA CACHIA Ħafna jirrimarkaw illi s-Sajf huwa l-istaġun favorit tagħhom għaliex wieħed huwa liberu li jżur postijiet differenti u ma jkollux għalfejn jinkwieta jekk hux se ssir xi maltempata u tħassar kollox. Għal ħafna Maltin dan is-sajf żgur li mhux se jkun diżappuntanti opinjoni 16 analiżi kultura IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum Mużika, tradizzjoni, ikel u Sajf ippakkjat għall-Gżejjer Tista' tgħid li f'kull kantuniera ta' pajjiżna hemm avveniment għaddej, lest biex jitgawda kemm mill-Maltin u Għawdxin kif ukoll mill-eluf ta' turisti li jżuruna. Nagħtu ħarsa lejn l-aktar avvenimenti kulturali u ta gost fil-gżejjer Maltin bħalissa... Isle of MTV, Għaxaq Music Festival u Lejl iddedikat għas-snin 80 u 90 Sa din il-ġimgħa stess rajna avveniment mill- aqwa li ilu jittella fuq il-Fosos għal ħafna snin, l-Isle of MTV, wieħed mill-akbar festivals Mużikali fl-Ewropa. Pajjiżna kellu l-opportunità li jara l-prestazzjonijiet ta' Mimi Webb, Tom Grennan, Delta Goodrem u l-grupp tant maħbub, One Republic. Is-sħana u x-xemx tikwi ma tantx qatgħet il-qlub tat-30,000 persuna li attendiet. U b'hekk attivitajiet bħal dawn jixhdu l-interess ta' diversi persuni li jittellgħu festivals mużikali u artistiċi. Fil-fatt din il-ġimgħa li ġejja, għal sena oħra, se jerġa' jsir l-Għaxaq Music Festival, li għalkemm għandu l-entratura b'xejn, qiegħed isir bil-għan li jinġabru donazzjonijiet b'risq l-Organizzazzjoni Embrace Diversity, għaqda volontarja għat-tfal u żgħażagħ b'diżabilità. Din iċ-ċelebrazzjoni ta' mużika se tkun mifruxa fuq jumejn, il-Ħamis 27 ta' Lulju u s-Sibt 29 ta' Lulju u qed tittella' permezz ta' fondi tal-Kunsill Malti għall-Arti, Rock n Malta u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Ma tridx tkun xi bozza tal-għerf biex tinduna li f 'pajjiżna għandna problema ta' parkeġġ u sfortuntatament Ħal Għaxaq mhux eċċezzjoni. Minkejja dan, l-organizzaturi ħasbulu għal kollox u fil-fatt se jkun offrut servizz ta' shuttle bus kemm qabel kif ukoll wara l-avveniment. Apparti minn hekk se jkun hemm parkeġġi assenjati għall- udjenza. Il-festival jibda b'e Wailers, pijunieri tar-Raggae Nominati għall-Grammy. Il-mużika tagħhom li tiddefinixxi l-kultura u li tinkorpora l-ispirtu tal-moviment reggae tas-snin 70, ħalliet marka li ma titħassarx fuq l-industrija. Preżentament e Wailers se jimbarkaw fuq vjaġġ internazzjonali u se jmorru l-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Greċja, Malta, l-Olanda, id-Danimarka u l-Kanada. Fuq il-palk se jkun hemm ukoll id-Dj mir- Repubblika Domenikana Jonathan Gonzalez kif ukoll MC Badboy Stefan mir-Renju Unit. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll lill-kantant tant maħbub Taljan, Marco Masini, magħruf għall- kanzunetti tiegħu T'Innamorerai, Ti Vorrei, Disperato, Principessa fost oħrajn. Ma jonqosx illi dan il-festival jara l-parteċipazzjoni tat-talent Malti. Preżenti għal dawn il-jumejn mużikali se jkun hemm Mark Micallef Costa & Band, Kurt Calleja u d-DJs popolari Jjoy, Pierre Cordina kif ukoll Dj Sue. Intant, jekk tixtieq tibqa' tgawdi u ma tafx x'se tagħmel nhar il-Ġimgħa bejn l-ewwel u t-tieni lejl tal-Għaxaq Music Festival, tinkwieta xejn għax f 'Ħal Kirkop se jsir Festival iddedikat għas-snin 80 u 90. Dan ukoll se jsir għal kawża ġusta u minflok ħlas għall-entratura għandha tingħata donazzjoni għall-Inspire. Għall-attività se jkanta l-kantant Renato Vella, id-Djs Alex Reflex Grech u Sue Mifsud u t-tribute ta' Modern Talking Reloaded. Kif għidna fejn tidħol il-mużika, il-Maltin u Għawdxin żgur juru l-interess u huwa għalhekk illi l-Miniseru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali nieda skema ta' għajnuna Rock'N Malta 2024. Din l-iskema ser tgħin finanzjarjament lill- artisti u lill-organizzaturi ta' avvenimenti ta' mużika rock u s-sottoġeneri kollha tagħha. B'kollox qed jiġu allokati total ta' €300,000 f 'fondi. "Din l-inizjattiva kisbet popolarità ma' diversi organizzaturi lokali, li permezz ta' dawn il-fondi rnexxielhom itellgħu kunċerti ta' kalibru għoli li jesponi x-xogħol ta' diversi artisti u gruppi lokali, kif ukoll artisti internazzjonali tal-ġeneru rock bħal Lordi, Barclay James Harvest, Dream eatre, Krokus, Steve Hackett u ħafna aktar," tenna l-Ministru Bonnici. Iċ-Chairman ta' Festivals Malta, Aaron Zahra, saħaq li permezz ta' Rock'N Malta, Festivals Malta qed tilħaq ġeneru ta' mużika differenti minn dak li jkollha fil-festivals prinċipali tagħha. Min-naħa tiegħu ukoll, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, Frans Agius, qal li l-mużika rock hija popolari lokalment u dan huwa evidenti mill-avvenimenti ta' Rock'N Malta li ġeneralment ikollhom attendenza numeruża. Nistennew bil-ħerqa attività oħra fiż-żmien li ġej! Marco Masini Ira Losco The Wilers Malta International Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 July 2023