Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228
17 kultura IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum artisti internazzjonali... għall-Gżejjer Maltin Tjubija kbira: Festival tal-Birra u ikel internazzjonali Għandna nammettu li aħna l-Maltin inħobbu nieklu xi bukkun jew tnejn u meta jkollna l-għażla, iktar tinżel għasel. Fil-fatt bħalissa għaddej il-Malta International Food Festival u kif jixhed l-isem, dawk li jagħżlu li jattendu għandhom għażla vasta ta' ikel internazzjonali li mhux soltu li narawhom ma' xulxin. Meqjus bħala l-ikbar avveniment tal-ikel f 'pajjiża, dan l-avveniment beda fid-19 ta' Lulju u se jibqa' għaddej sa nhar it-Tlieta 25 ta' Lulju u qiegħed isir fil-pjazza tat-Tritoni fil-Belt Valletta. Bi ħlas ta' €2 wieħed ikollu l-għażla li jidħol f 'dinja kulinarja mimlija diversità u li mingħajr ma trid iġġiegħlek taprezza l-kulturi differenti li għandha x'toffri d-dinja. Pizza Naplitana, insalata, burgers, ikel lokali u anke ażjatiku. Xi trid aktar? Dan biex ma nsemmux il-karrijiet li għalkemm imdorrijin li narawhom fil-Karnival komplew żewqu l-atmosfera vibranti fid- daħla tal-Belt Kapitali. Iżda kif nafu għalkemm tajjeb li nikkunsmaw l-ikel hemm bżonn tal-bilanċ u dan l-avveniment jirrikonoxxi dan l-aspett ukoll u għalhekk saru u se jsiru numru ta' sessjonijiet ta' għarfien u eżerċizzju fosthom il-pilates u kif l-ikel jaffettwa s-saħħa mentali. Kollox ħdejn it-Tritoni! Induru issa għal festival ieħor, li żgur smajtu bih, proprju għaliex fl-aħħar snin kiseb popolarità kbir, il-Farsons Beer Festival. Dan ukoll għandu numru kbir ta' stalls tal-ikel. Minn ikel tork, għal pizza u ikel vegan... Lest biex jolqot il-gosti tal-bosta. Ma jonqosx ukoll il-mużika li se jara l-prestazzjonijiet ta' ħadd ħlief Shaun Farrugia, Ira Losco, e Travellers, Red Electric, e busker u ħafna aktar artisti lokali mimlija talent. Bħal ħafna avveniment li jiġu organizzati illum il-ġurnata, hemm żoni iddedikati għat-tfal b'ħafna logħob biex iċ-ċkejknin ukoll igawdu l-lejliet sajfin u mhux l-adulti biss! Niċċelebraw l-arti u l-istorja ! Ma nistgħux ngħidu li m'għandniex storja rikka u l-arti tagħmel parti kbira minnha. Fid-dawl ta' dan, nhar it-Tlieta 25 ta' Lulju wkoll, huwa skedat li jsir kunċert fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt biex tiġi iċċelebrata d-donazzjoni tal-pittura ta' San Gianna Beretta Molla lill-Knisja tal-Ġiżwiti. Waqt dan il-kunċert se tindaqq il-mużika ta' Handel, Vivaldi, Lloyd Weber u Smetana fost ħafna oħrajn. Apparti minn hekk, għall-ewwel darba se tindaqq 'A Prayer of Saint Gianna' mill-kompożitur Matthew ward, li nkitbet f 'unur il-mara Rachael Ward, li mietet wara t-twelid tat-tielet wild tagħhom fl-2021. Preżenti għal din l-attività se jkun hemm ukoll is-Soprano Hanna Tong, Michaela Agius kif ukoll Jacob Portelli u Laetetia Troisi de Melville bl-arpa. Għalkemm l-entratura għal dan il-kunċert se jkun b'xejn id-donazzjonijiet li jinġabru se jmorru għal 'Dar Tgħanniqa ta' Omm' Mhux wisq 'il bogħod, fil-Valletta Waterfront, kull nhar ta' Ħamis qed tiġi organizzata lejla Maltija. Din l-attività hi msawwra b'tradizzjonijiet uniċi li jagħmluna Maltin fosthom iż-żvin tradizzjonali folkloristiku, il-passju, iċ-ċirku, it-terramaxka u ħafna attivitajiet oħra. għaliex tista' tgħid illi se jkollna sajf mimli attivitajiet kulturali, li jolqtu l-gosti ta' ħafna nies mimlja mużika, tradizzjoni, ikel u artisti internazzjonali. International Food Festival Gianna Beretta Molla Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti