Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228
08 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet Poplu irrabjat: Il-velja ta' Jean Paul tista' verament twassal għal bidliet MATTHEW FARRUGIA Il-poplu Malti u Għawdxi huwa mxebba' minn bosta oqsma fil-pajjiż, mill-mod ta' kif l-ekonomija tiddependi fuq sfreġju ambjentali, għal rabja kbira u nuqqas ta' fiduċja fiż- żewġ partiti l-kbar li ilhom jiddominaw ix-xena politika Maltija għal deċenji sħaħ. Dan kien is-sentiment ta' wħud li tkellmu ma' din il-gazzetta dwar is-sitwazzjoni preżenti fil- pajjiż, fejn fl-aħħar jiem seħħet velja b'rabta mal-każ ta' Jean Paul Sofia li attendew għaliha nies minn kull sfera fis-soċjetà Maltija. Huma kienu qed jirreaġixxu għax-xena li seħħet fi Pjazza Kastilja t-Tnejn filgħaxija, fejn wara saga sħiħa li ilha għaddejja xhur twal, il-Prim Ministru aċċetta li ssir inkjesta pubblika dwar il-każ ta' Jean Paul Sofia wara żmien twil jopponi din l-idea. Huwa għamel dan biss it sigħat qabel il-velja pjanata mill- ġenituri taż-żgħażugħ li tilef ħajtu f 'sit ta' kostruzzjoni f 'Diċembru li għadda, fejn bosta ngħaqdu b'xemgħa f 'idejhom f 'turija ta' appoġġ lejn il-ġenituri. Dan il-lejl kien ikkaratterizzat min-numru ta' avvenimenti, fosthom meta l-qraba ta' Miriam Pace, vittma oħra tal-kostruzzjoni li mietet mirduma f 'darha stess, esprimew l-appoġġ tagħhom għall-familja ta' Jean Paul Sofia, f 'tiira oħra ta' settur li jibqa' jżid mal-vittmi tiegħu. Fil-fatt, sa dakinhar stess, tilef ħajtu raġel li it jiem qabel kien waqa' minn għoli f 'sit ta' kostruzzjoni fir- Rabat. Xena oħra minn dak il-lejla kienet tinvolvi lill-Prim Ministru Robert Abela, li meta ħareġ mill- Uffiċċju tiegħu f 'Kastilja ntlaqa' minn folla rrabjata li bdiet tgħajjat "istħi jekk taf " u "purċinell." Kien proprju dan is-sens ta' rabja li l-ILLUM staqsiet dwaru, hekk kif ġie spjegat li din ir- rabja ma ġietx minn skopijiet partiġġjani, iżda ilha tissawwar fis-soċjetà Maltija għal żmien twil. Din il-gazzetta tkellmet ma' Dr Mario omas Vassallo, lettur fi ħdan l-Università ta' Malta fejn jgħallem il-politika fost suġġetti oħra. Kif wasalna s'hawn - Dr Mario Thomas Vassallo Huwa stqarr li f 'demokrazija jeżistu diversi "narrattivi" li jiddominaw il-konverżazzjonijiet dwar diversi oqsma. Innota kif jidher li l-poplu Malti u Għawdxi qata' nifsu wara n-narrattiva tal- Gvern fuq numru ta' suġġetti, fosthom il-każ ta' Jean Paul Sofia. Dan hekk kif fakkar li l-Gvern, kif isir tipikament f 'Malta, għandu l-istazzjon nazzjonali li jgħinu jmexxi n-narrattiva tiegħu, apparti l-istazzjon politiku tiegħu. Vassallo saħaq li l-partiti l-kbar, imma b'mod speċjali l-Gvern preżenti għandu saħħa kbira li tgħinu jwassal il-messaġġ tiegħu. Min-naħa l-oħra, hemm l-Oppożizzjoni li minħabba li hija wkoll partit kbir, għandha wkoll ċertu saħħa biex twassal il-messaġġ tagħha minħabba li għandha l-istazzjon tat-televiżjoni u tar-radju. Dr Vassallo nnota li filwaqt li l-poplu huwa mxebba' min-narrattiva tal-Gvern, in- narrattiva tal-Oppożizzjoni spiċċat "sfiduċjata" hekk kif numru ta' episodji li ħonqu l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin servew biex inaqqsu l-fiduċja f 'dan il-partit. Għalhekk, f 'din is-sitwazzjoni, Vassallo spjega li waqt li ż-żewġ partiti qed jitilfu aktar fiduċja, qed jinħoloq vojt, hekk kif bl-oppost ta' dak li kien isir fi żminijiet oħra, l-elettorat m'huwiex inaqqas il-fiduċja f 'partit biex jafda lill- partit l-ieħor. Dan wassal għal dak li seħħ fl-aħħar elezzjoni ġenerali, fejn numru rekord ta' votanti astjenew milli jivvutaw, filwaqt li anke skont sondaġġi wara l-elezzjoni jkomplu juru li l-ammont ta' persuni li ma jridux jafu b'ebda partit politiku kbir huwa wieħed sinifikanti. F'dan il-vojt, jispjega Vassallo, "tiddomina s-soċjetà ċivili," hekk kif innota li anke f 'dak li rajna fil- L-ILLUM tkellmet ma' żewġ persuni li jsegwu b'mod kostanti żviluppi f'pajjiżna dwar is-sens ta' rabja u għaqda li mliet Pjazza Kastilja waqt il-velja ta' Jean Paul Sofia, fejn stqarru li dawn l-azzjonijiet ifakkru li l-poplu għandu aktar poter milli jaħseb biss jekk isemma' leħnnu b'mod persistenti Andre Callus (xellug) u Dr Mario Thomas Vassallo