Illum previous editions

ILLUM 23 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 19

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 09 09 Paul Sofia wriet li r-rabja tan-nies bidliet li hemm bżonn protesta nazzjonali 'Xebbajtuna' għaqdiet bħall-Moviment Graffitti immobilizza lil bosta nies differenti, filwaqt li għaqdiet mhux governattivi tal-ambjent kollha ngħaqdu b'vuċi waħda, f 'dak il-każ kontra l-isfreġju ambjentali. "Issa qed naraw l-istess isir imma minn din il-familja ta' Jean Paul Sofia," stqarr Vassallo, li nnota kif il-każ ta' dan iż-żagħżugħ huwa kemmxejn simili għall-każ tal- qtil ta' Daphne Caruana Galizia, li b'mod simili immobilizza numru kbir ta' nies fi protesti u velji tul is- snin. Id-differenza bejn dawn iż- żewġ każijiet, hija l-fatt li Caruana Galizia kienet persuna li mhux kulħadd kien jaraha fl-istess dawl. "Dan iż-żagħżugħ kien differenti għal kollox," jgħid Vassallo, li ddiskrivih bħala żagħżugħ b'ħafna potenzjal u nnota li minħabba li kien għadu żgħir, ħafna aktar nies wrew empatija lejh. Dan wassal biex nies minn kull naħa fl-isfera politika jingħaqdu taħt sentiment wieħed, iżda meta mistoqsi dwar x'ifisser dan għall-istat ta' Malta u l-futur tagħha, Dr Vassallo qal li, "huwa biss meta poplu jemmen li hemm alternattiva ta' Gvern ieħor li ssir bidla." Huwa fakkar li meta fil-passat Gvern Nazzjonalista baqa' jiġi elett minkejja rabja fost l-elettorat, is-sitwazzjoni f 'pajjiżna baqgħet l-istess għal numru ta' snin, sakemm il-Partit Laburista sab is- saħħa u tela' hu fil-Gvern. "In-nies għandhom is-saħħa jġibu l-bidla" - Andre Callus B'sentiment simili, l-attivist fil-Moviment Graffitti Andre Callus stqarr li "in-nies xebgħu," quddiem narrattiva dominanti li kienet ċentrali għal pajjiżna fl- aħħar snin. Stqarr li għal numru ta' snin il-Gvern dejjem saħaq fuq l-importanza tal-ekonomija, u wera kif kien lest jissagrifika ħafna affarjiet. Dan hekk kif Callus innota li "għandna ekonomija inġusta mibnija fuq traġedji bħal ta' Jean Paul Sofia," iżda nnota li apparti l-ħajjiet ta' numru ta' vittmi tas-settur tal-kostruzzjoni, ġie sagrifikat ukoll l-ambjent naturali u l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti. Minkejja s-sagrifiċju, spjega li din l-ekonomija hija waħda fejn mhux kulħadd huwa ugwali, hekk kif "filwaqt li hawn ġabra ta' nies li ilhom jakkumulaw il- flus, il-poter u s-saħħa, il-bqija tan-nies iridu jgħixu fil-ħerba li qed iħallu dawn l-istess nies." Callus tkellem dwar kif għal numru ta' snin, il-Moviment Graffitti dejjem emmen li minkejja s-sitwazzjoni esterna li jinsabu fiha n-nies, dawn xorta waħda għandhom il-poter. Fil- fatt, innota kif dan kien il-każ f 'dak li seħħ fl-istess ġurnata tal- velja, hekk kif il-Prim Ministru ċeda għall-pressjoni li saret min- nies, iżda fuq kollox mill-ġenituri ta' Sofia. Huwa spjega li minn dak li raw fl-aħħar snin, apparti dan il-każ, il-Gvern idawwar ħarstu "biex ma jarax id-diżastru" li qed isir fis-settur tal-kostruzzjoni, hekk kif skont hu, minkejja r-rabja tan-nies ikunu jridu jaqdu lil xi wħud. "Ibidluha biss id-direzzjoni meta n-nies jirrabbjaw tant li jkollhom iħarsu lejhom bilfors u jħarsu lejn is-sitwazzjoni, u hekk ġara fil-każ ta' Jean Paul." Callus għamel enfasi fuq ir-relazzjoni bejn il-Gvern u s-settur tal-kostruzzjoni, hekk kif spjega li "jekk il-Gvern vera se jagħmel kont tar-rabja li hawn fost in-nies, irid jagħmel politika li tmiss l-interessi ta' dawk li tħanżru ħafna sa issa." Huwa nnota kif minkejja s-sitwazzjoni tal-pajjiż, huwa jinsab ottimist bil- parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, hekk kif ikkuntrasta l-organizzazzjoni tal-poplu li rajna f 'dan l-aħħar żmien mal- ftit organizzazzjoni li kien hemm snin ilu, meta d-diskussjonijiet fil-pajjiż kienu aktar iddominati mill-partiti politiċi. Minkejja dan, huwa appella, "li ma jistax ikun nibqgħu niddependu li biex forsi jiċċaqlaq xi ħaġa jmutu n-nies," hekk kif stqarr li hemm bżonn li s-soċjetà ċivili, l-għaqdiet u l-individwi li jridu l-bidla, ikomplu jimbuttaw u jaħdmu għall-bidla il-ħin kollu, mhux biss meta jkun hemm każ fil-midja li jqanqal rabja. Fakkar li ta' kuljum, in-nies jaffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli minħabba l-egoiżmu ta' wħud li mhux bilfors jidhru fil-gazzetti, u għalhekk qal li l-ħidma favur soċjetà aħjar hija waħda kostanti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 July 2023