Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504228
10 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet Il-Parlamentari l-ġodda. DAVINA SAMMUT HILI X'ħajjrek tidħol għall-politika u xi tfisser il-politika għalik? I n - n a m r a g ħ a l l - p o l i t i k a kienet dejjem imsawwra fija. Fl-età żgħira ta' 16-il sena kont diġà n o k k u p a l-kariga ta' Segretarju tal-Kumitat tan-Nisa Laburisti fil-Floriana. Ta' 18-il sena dħalt membru attiva fil- Kumitat lokali tal-istess lokalità. Ix-xewqa li nikkontesta għal xi elezzjoni dejjem kienet hemm, iżda minħabba l-età kelli nistenna l-elezzjoni tal- 2012 biex nikkontesta elezzjoni. Żewwaqt l-imħabba lejn il- lokalità u l-politika sabiex inkun nistà nwettaq il-ġid. Huwa unur u privileġġ għalija li dejjem kont eletta f 'kull elezzjoni lokali, fejn għal żewġ legislaturi konsekuttivi ġejt eletta bħala Sindku u kont anke l-ewwel mara li okkupajt din il-kariga fil-Floriana. Kull min jafni mill-qrib jaf li jiena dejjem lesta biex ngħin lil ħaddieħor. Proprju għalhekk togħġobni l-politika, għaliex i l - p o l i t i k u j a g ħ m e l d i f f e r e n z a f i l - ħ a j j a t a n - n i e s . L-aktar li tagħtini kuraġ ġ h i j a l-missjoni li jekk nagħmel differenza f 'ħajja ta' persuna waħda, tkun diġà qed tagħmel xi ħaġa tajba. Kif issib il-bilanċ bejn il- karriera politika u l-ħajja personali? Time Management huwa kruċjali ħafna, trid tqassam ħinek u l-ġurnata tiegħek sew. Jekk tagħmel hekk żgur li se tlaħħaq tagħmel dak li għandek ppjanat. Nemmen li kollox għandu l-ħin tiegħu, huwa essenzjali li wara ġurnata xogħol tħalli ftit ħin sabiex tirrilassa mal-familja. F'xogħolok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar f 'xogħolok? Hemm tlett oqsma li huma għal qalbi: L-isports li ħdimt għal ħafna snin fih u allura b'mod naturali nħossni komda ħafna f 'dan is-settur bħal ma hu għal qalbi s-settur tal-kunsilli lokali. Nemmen li dan is-settur huwa kruċjali għal lokalitijiet tagħna. Settur ieħor li huwa marbut ma' qalbi huwa s-settur soċjali fejn grazzi wkoll għall-Prim Ministru Robert Abela ingħatajt l-opportunità ukoll sabiex naħdem mill-qrib fil-kumitat Parlamentari. Is-settur soċjali jmiss ma' ħafna diskussjonijiet fil-Parlament u jmiss ukoll id- dinjità taċ-ċittadin u għalhekk huwa settur importantissimu fil-qasam politiku. Bħala eks Sindku, x'taħseb li huma l-isfidi li jaffaċċjaw il-Kunsilli Lokali ta' madwar Malta u Għawdex ? Kull kunsill huwa differenti u għandu realtajiet differenti, għaldaqstant l-isfidi huma differenti wkoll. Mill- esperjenza tiegħi bħala Sindku tal-Floriana l-ikbar sfida kienet l-indafa fil-lokalità, nammetti li bħala sindku kont nagħmel kull sforz possibbli f 'dan il-qasam. Nemmen li l-indafa hija sfida għall-maġġoranza tal- kunsilli lokali. Imma l-gvern jibqà kommess li jgħin lill- kunsilli lokali sabiex ikollna lokalitajiet aktar nodfa u sbieħ. X'tirrispondi għall-kritika li fl-aħħar snin, il-Kunsilli Lokali tnaqqsilhom ħafna poter u responsabilitajiet? Ma naqbel xejn ma din il-kritika nġusta fuq dan il- gvern, anzi dan il-gvern kien dejjem ta' spalla mal-kunsilli lokali. Fiż-żminijiet tal- amministrazzjoni preċedenti l-kunsilli lokali tħallew bil-baġit allokat għalihom skont l-iskeda li tinħareġ mill-att tal-kunsilli lokali. Dan il-gvern wettaq tibdil sabiex entitijiet governattivi jkunu jistgħu jgħinu lill-kunsilli lokali. Insemmi fost oħrajn lil Infrastructure Malta, li grazzi għal IM l-kunsilli lokali igawdu minn toroq mibnija ġodda biex jagħtu wiċċ ġdid lill-lokalitijiet tagħna. Insemmi wkoll Project Green fejn b'din l-aġenzija ser jitwettqu diversi proġetti ambjentali fil-lokalitijiet tagħna. Il-Gvern qiegħed joħroġ ukoll diversi skemi sabiex jgħinu wkoll lis-Sindki u l-kunsilliera ta' Malta u Għawdex. Inutli toħloq il-kunsilli lokali u l-kunsilli reġjonali u tgħidilhom għandkom il-poter mingħajr ma tagħtihom l-għodda neċessarja. U dak li se jkun qed jagħmel il-gvern... ikompli jforni lill- kunsilli lokali u reġjonali bl- għodda neċessarja. Tappella sabiex aktar rappreżentanti tal-lokalitajiet jidħlu fil-politika? Jiena nemmen li kull politku għandu jibda l-karriera tiegħu fuq bażi lokali, hemmhekk ikollok esperjenza kif jaħdem gvern fuq skala iżgħar. Titgħallem il-proċeduri u l-istanding orders li minkejja huma kemm xejn differenti xorta huma bbażati fuq l-istess kunċett. Fost l-aktar skills li titgħallem huwa li tieħu d-deċiżjoni fil-ħin iżda tibqà konxju li din id-deċizjoni se tħalli mpatt fuq ir-residenti. Sammut Hili temmen illi kull politiku għandu jibda l-karriera tiegħu fi ħdan il-Kunsilli Lokali. Għaliex? Tgħid ukoll li waħda mill-ikbar sfidi li affaċċjat bħala Sindku tal-Floriana kien l-indafa, problema li fil-fehma tagħha qed jiltaqa' magħha kull Kunsill. Min hi Sammut Hili?