Illum previous editions

ILLUM 6 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 'Imħassbin imma b'idejhom marbuta'; il-Kunsill Lokali tal-Marsa dwar pont mifni droga 03 ... Tkompli minn paġna 1 "Ninsabu mħassba dwar iż-żona, għalkemm hemm it li nistgħu nagħmlu dwarha." Din kienet ir- risposta tas-Sindku tal-Marsa, Josef Azzopardi dwar attivitajiet illegali u inkwetanti li qed iseħħu fiż-żona madwar pont fil-Marsa. Fil-fatt, minn filmati li ġew ippubbikati fuq TikTok, jidher li r-resident li jgħix viċin il-pont, liema resident beda jippubblika dak li jsib viċin daru fuq il-midja soċjali, iddejjaq jgħix f 'dawn il- kundizzjonijiet, u allura qasam is- sitwazzjoni tiegħu mal-pubbliku. Fost l-oħrajn, tidher mara tipprepara biex tinjetta d-droga f 'idejha, u raġel rieqed fuq ċint u li mimli żibel. Resident ieħor li tkellem mal-ILLUM esprima t-tħassib tiegħu. Qal illi minkejja li s-sitwazzjoni hija waħda inkwetanti, mhix xi ħaġa li bdiet mil-lum għal għada u din hija realtà fil-Marsa. Dan ir-raġel, li jgħix fil- qrib qal illi hu, bħala anzjan, ma jħossux komdu b'dak li qiegħed jiġri it metri 'l bogħod minnu u li "kważi sirt tibża' toħroġ." Kien għalhekk li l-ILLUM tkellmet mas-Sindku Josef Azzopardi fejn huwa wkoll esprima t-tħassib tiegħu għas- sitwazzjoni ta' dan il-pont li sewa mat-€3.5 miljun. Huwa stqarr li minkejja li dan il-pont ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-kunsill lokali, il-kunsill qed jagħmel dak kollu li jista' sabiex iżomm lill- awtoritajiet aġġornati bl-iżviluppi li jkun hemm fuq dan il-pont. Fil-fatt, Azzopardi spjega li minkejja li l-pont jinsab fil-Marsa, il-cameras tas-sigurtà jaqgħu taħt ir-responsabilità ta' Infrastructure Malta. Dan filwaqt li ż-żamma tal- indafa fil-post taqa' taħt it-Taqsima tat-Tindif u l-Manutenzjoni. Huwa tkellem ukoll fuq il-fatt li kemm hu nnifsu u anke l-kunsill lokali jżommu kuntatt mal-Pulizija, fejn tkellem mal-Pulizija dwar l-istat tal-pont b'mod regolari. Min-naħa tagħhom, f 'kummenti lil din il-gazzetta, il- Pulizija stqarru li f 'din iż-żona jsiru "rondi intensivi" 24 siegħa kuljum, kemm mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, tad-Distrett, kif ukoll mill-Pulizija għall-Komunità tal-Marsa. Din is-sitwazzjoni tant eskalat illi saħansitra ġibdet l-attenzjoni ta' politiċi. Fil-fatt, it jiem ilu fuq Facebook, id-deputat Nazzjonalista u Kelliem għall- Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali, Darren Carabott, kiteb dwar l-istat ta' dan il-pont, fejn appella għall- ħidma sabiex din iż-żona tinżamm waħda sigura. Min-naħa l-oħra, fi tweġiba għal mistoqsijiet ta' din il-gazzetta, Carabott stqarr li dan il-każ huwa sintomu ta' problema aktar wiesgħa f 'pajjiżna. Fil-fatt, Carabott innota li l-Partit Nazzjonalista kien ippropona żieda fl-allokazzjoni finanzjarja għall-Gvernijiet Lokali sabiex dawn ikunu jistgħu jinvestu aktar fis-sigurtà u l-infurzar. Dan anke sabiex, "b'ħidma mal- Pulizija jkun jista' jsir infurzar fuq postijiet abbandunati jew perikolużi, jitwettqu kampanji edukattivi u rapporti ambjentali dwar postijiet magħrufa bħala hot spots għal reati kriminali," jispjega Carabott. Apparti dan, huwa nnota li minkejja n-numru kbir ta' awtoritajiet u entitajiet risponsabbli għal numur ta' oqsma, "mhux qed ikun hemm koordinazzjoni u tqassim ta' ħidma effettiva." Hawn, Darren Carabott reġa' għamel appell sabiex il-kunsilli lokali jkunu aktar awtonomi, u b'hekk ikollhom is-saħħa sabiex jimplimentaw dak li hemm bżonn fil-lokalitajiet tagħhom, u jiżdiedu r-riżorsi tal-infurzar tal- liġi. Intant ilbieraħ Carabott aġġorna illi l-uffiċjali tal- Community Police u diversi ħaddiema ħadu azzjoni. Minkejja dan sostna illi issa jrid jieqaf dan l-abbuż b'mod permanenti, "billi min qed imexxi d-droga f 'dawn l-akwati isib l-id tal-ġustizzja. Nittama li l-persuni vittmi tad- droga jinstabu u jingħataw l-għajnuna." aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum Ko-finanzjat mill- Unjoni Ewropea SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett 101083556 Strengthening Knowledge on Integration and Non-Discrimination (SKIN), il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: SPD4/2023/041 TITLU TAL-OFFERTA: Sejħa għall-offerti li jipprovdu servizz ta' disinn, stampar u produzzjoni ta' materjal promozzjonali għall-proġett SKIN Laqgħa ta' kjarifikazzjoni ser issir nhar it-Tlieta 8 ta' Awwissu 2023, fil-11:00am, fl-NCPE, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, sabiex jitwieġbu mistoqsijiet dwar din is-sejħa għall-offerti. Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mill-Ħamis 24 ta' Awwissu 2023 sad-9:30a.m. Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 13 ta' Settembru 2023 fil-9:30a.m. NCPE, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, ĦMR 9010 Tel: 2276 8200 E-mail: equality@gov.mt Web: www.ncpe.gov.mt Programm Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri 2021-2027 Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' ko-finanzjament: 90% fondi Ewropej; 10% fondi Nazzjonali Filmati fuq il-midja soċjali juru l-pont tal-bypass tal-Marsa bħala post mifni b'xiri u użu tad-droga fil-pubbliku, apparti l-vandaliżmu regolari li jsir viċin iż-żona. L-ILLUM tkellmet, fost l-oħrajn, mas-Sindku tal-Marsa, li spjega kif minkejja li dan il-pont jinsab fil-lokalità, is-sorveljanza, l-infurzar u t-tindif huma lkoll f'idejn entitajiet governattivi Nies jixtru u jieħdu d-droga taħt il-pont huma fost il- veduti ta' resident li jgħix fiż-żona

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 August 2023