Illum previous editions

ILLUM 6 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 19

aħbarijiet 07 IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum Sustanza ġdida fit-toroq ta' Paceville; għandha tkun ipprojbita? SHABAN BEN TAHER F'Ġunju li għadda, ġie rrapportat mill-MaltaToday li fit-toroq ta' Paceville qiegħed jinbigħ fl-apert gass tat-tip N20, sabiex jiġi kkonsmat. Għalkemm dan jintuża bħala loppju mid-dentisti, kif ukoll f 'operazzjonijiet minuri, qiegħed jiġi kkonsmat ukoll rekreazzjonalment. Dan jinbigħ fi bżieżaq li jkunu jiswew madwar €5 il-waħda u jittieħed man-nifs. Ta' min jinnota li jekk wieħed jieħu ammonti kbar minn dan il-gass, saħħet l-individwu kapaċi tkun fil-periklu, għax jista' jikkaġuna nuqqas t'ossiġnu u li wieħed jintilef minn sensih. Użu ripetut kapaċi jikkaġuna defiċjenza ta' vitamini, li twassal għal ħsara fin-nervituri tal-korda spinali. L-effett tiegħu huwa li jikkawża sensazzjoni ta' ewforija kif ukoll dissoċċjazzjoni. Jikkawża li wieħed jidhak aktar kif ukoll jinqata' mir-realtà. Dawn l-effetti jinħassu għal it minuti, li huwa perjodu qasir ta' ħin meta mqabbel ma' sustanzi oħra. Kien għalhekk li l-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Ministeru għall-Ġustizzja dwar dan u speċifikament x'emendi fil-liġi qed jiġu ppjanati bil-għan li tiġi indirizzata din il-kwistjoni. Il-Ministeru insista li, "qiegħdin kontinwament niddiskutu ma' Ministeri oħra u stakeholders ikkonċernati, sabiex nassiguraw li l-qafas leġislattiv jirrifletti ir- realtajiet tal-lum u t'għada." Madanakollu, naqas milli jispeċifika aktar. Mhux ċar jekk hux qed issir analiżi ta' kif qed jimxu pajjiżi oħra, jew kemm dan is-suġġett qed jingħata priorità fil-gżejjer Maltin. B'hekk ma nafux jekk hux qed isiru studji li juru l-effett tal-projbizzjoni tal-użu ta' dan il-gass fuq in-numru ta' persuni li jabbużaw minnu u jekk il- pożizzjoni tal-leġislatur Malti hix li għandu jkun projbit jew le. 'Hemm bżonn ta' affrontazzjoni mingħajr tolleranza kif ukoll 'ġustizza immedjata' Din hija sustanza li qiegħda żżid fil-popolarità, partikolarment fost il-Brittaniċi. Waħda mir- raġunijiet li jista' jkun wasslet għal din il-popolarità hija l-fatt li din is-sustanza hija legali f 'ħafna postijiet. F'sondaġġ li sar fl- Ingilterra, kważi 1 minn kull 10 persuni bejn l-etajiet ta' 16 u 24 sena kienu kkonsmaw dan il-gass. Il-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak diġà ħabbar f 'Marzu li għadda miżuri li bihom il- Gvern Ingliż se jkun qed jipprova jimmitiga dan il-konsum. L-emendi proposti huma li l-produzzjoni, l-importazzjoni u l-bejgħ ta' dan il-gass għall- konsum uman isir illegali, filwaqt li pussess le. Is-Segretarja tal-Intern Brittaniku Suella Braverman stqarret li, "din se twassal sabiex jieqaf ikun hemm ġemgħat ta' żgħażagħ li jħammġu ġonna pubbliċi b'ċilindri vojta." Fuq il-projbizzjoni kien hemm qbil anke mill-partit Laburista Ingliż, li jifforma l-oppożizzjoni. Però, qal li dawn l-emendi "m'humiex biżżejjed u ġew wisq tard." Madanakollu l-Advisory Council on the Misuse of Drugs (ACMD), l-entità governattiva stabbilita sabiex tagħti pariri lill-Gvern fuq l-użu tad-droga, ma kinitx favur dawn l-emendi. Hi argumentat li dawn il-miżuri huma sproporzjonati meta tqis il-livell ta' ħsara li tagħmel is-sustanza. Żiedet ukoll li m'hemmx evidenza biżżejjed li turi korralità bejn l-użu ta' din is- sustanza u imġieba antisoċjali. Il-Kap Eżekuttiv ta' Drug Science (kunsill konsultattiv Brittaniku) David Baddock ukoll wera d-diżapprovazzjoni tiegħu kif il-Gvern Brittaniku injora l-oppinjoni tal-kunsill konsultattiv tiegħu stess. 'X'inhu l-punt tal-kunsill konsultattiv meta l-pariri tal- esperti u xjentisti qed jiġu njorati?' Adam Winstock, professur speċjalizzat fuq vizzji ta' sustanzi, ukoll jemmen li dawn l-emendi se jagħmlu aktar ħsara milli ġid. Huwa jaħseb li il-fatt li persuna tista' titħammġilha l-kondotta minħabba dan il-gass se tikkawża aktar ħsara lil ħajjet l-individwu milli r-riskji assoċjati mal- konsum tiegħu. It-Transform Drug Policy Foundation żiedet illi, kawża tal-leġiżlazzjonijiet li qed jiġu proposti, il-kontroll tal-prodott se jaqa' f 'idejn organizzazzjonijiet kriminali. Fl-Olanda, il-bejgħ, xiri u pussess ta' dan il-gass ġie projbit fl-1 ta' Jannar tal-2023. Madanakollu, għadu jista' jintuża fil-mediċina kif ukoll fl-industrija tal-ikel. Ir-raġunijiet li kwota il-Gvern Olandiż li wasslu għal din id-deċiżjoni huma dawk ta' saħħa, kif ukoll l-inċidenti tat-traffiku. Skont studju li sar minn TeamAlert, l-użu tal-gass ikkontribwixxa f '1, 800 aċċident fit-toroq fl-aħħar tliet snin. Il-Ministeru għall-Ġustizzja 'b'diskussjoni' dwar il-bejgħ tal-gass N20 iżda meta mistoqsi mill-ILLUM dwar emendi leġislattivi ma jirrispondix... Min-naħa l-oħra l-Ingilterra bi pjan ta' projbizzjoni, kontra l-pariri tal-esperti; l-Olanda taġixxi mill-ewwel "Bużżieqa li nxtrat minn ġurnalist minn Paceville mingħajr problema ta' xejn" Jonathan Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 August 2023