Illum previous editions

ILLUM 20 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum Jappellaw għall-kawtela u l-ħasil tal-idejn sabiex jittrażżnu l-infezzjonijiet aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 • illum Lil hinn minn xtutna, qiegħed jinfirex varjant magħruf bħala EG.5 jew Eris li ġie nnutat mill- Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħala varjant ta' interess, hekk kif l-għaqda temmen li hemm lok għal aktar attenzjoni fuq dan il-varjant. Dan minħabba li l-karatteristiċi tiegħu ifissru li dan iwassal għal sintomi aktar ħorox, filwaqt li jinxtered minn persuna għal oħra b'mod faċli. Skont l-evidenza li għandha f 'idejha bħalissa, il-WHO xorta waħda temmen li dan il-varjant huwa ta' riskju żgħir għas-saħħa tal-pubbliku, iżda bla dubju dan jista' joħloq diversi problemi, b'mod speċjali fuq l-infrastruttura tas-servizzi tas-saħħa. Minkejja dan, kelliem mill-Ministeru għas- Saħħa stqarr ma' din il-gazzetta li f 'pajjiżna, ma hawnx każijiet ikkonfermati ta' persuni li ġew infettati b'dan il-varjant. Intant, il-WHO qed tissorvelja wkoll il-każijiet ta' swine flu madwar id-dinja. L-informazzjoni li għandha din l-organizzazzjoni hi li fis-sebgħa ta' Ġunju ta' din is- sena, kien hemm każ ta' H1N1 li ġie rrappurtat fil-Brażil, iżda kien hemm każijiet oħra ta' persuni infettati b'dan il-virus anke qabel din id-data. Is-sintomi tal-H1N1 jinkludu deni, uġigħ ta' ras u uġigħ fil-muskoli tla-istonku, filwaqt li każijiet oħra jistgħu iwasslu għal problemi marbuta man-nifs. Din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' tobba fil-komunità li jaraw numru kbir ta' persuni b'mod regolari, fejn ikkonfermaw li hawn numru mhux żgħir ta' nies fil-komunità li qed ikollhom is-sintomi tal-Covid-19. Huma stqarru li hawn, m'hemmx faxxa fis-soċjetà partikolari li qed jesperjenzaw dawn is-sintomi, hekk kif qed jaraw pazjenti ta' kull età b'dawn is-sintomi. Tabib minnhom stqarr li meta jara l-pazjenti li jkollhom is-sintomi tal-Covid-19, javżahom li l-aħjar ħaġa li jistgħu jagħmlu hu li jagħmlu test tal-Covid-19 id-dar, sabiex ikunu ċerti mir-raġuni wara dawn is-sintomi. Hawn, huwa spjega li mill-pazjenti li jara hu li jagħmlu t-test, 80% minnhom jirriżultaw fil- pożittiv għal dan il-virus. Il-problema tas-sitwazzjoni tal-Covid-19, skont tabib ieħor li tkellem mal-ILLUM, hija li peress li l-WHO m'għadiex tqis lil Covid-19 bħala pandemija, in-nies ikunu inqas attenti għall-azzjonijiet tagħhom, b'differenza kbira għal dak li kien isir fl-eqqel tal- pandemija. Għalhekk, huwa appella sabiex wieħed dejjem ikun kawt, u jagħmel dak li għandu jagħmel biex jipproteġi lilu nnifsu u lil dawk ta' madwaru, filwaqt li nnota li l-ħasil tal-idejn huwa mod effettiv ħafna ta' kif wieħed jista' jevita l-mard. Problema oħra marbuta mal- Covid-19 hija n-nuqqas ta' ttestjar, li twassal għal sitwazzjoni fejn wieħed ma jkunx jaf kemm verament hawn persuni infettati, u b'hekk, jekk dawn jibqgħu imorru għax-xogħol u joħorġu, ikomplu jinfettaw aktar nies. Skont statistika li tiġi aġġornata kull ġimgħa, f 'Malta hawn 312 każ attiv magħruf ta' Covid-19, fejn it inqas minn nofshom ġew irrappurtati f 'ġimgħa waħda. Intant, in-numru ta' nies li qed imutu waqt li jkunu pożittivi jogħla bi it kull ġimgħa. Minkejja li l-virus tal-Covid-19 m'għadux jitqies bħala virus ta' pandemija, madwar id-dinja, l-każijiet xorta waħda qed jiżdiedu. Għalhekk, bosta tobba fil-komunitajiet u ħaddiema fl-Isptar Mater Dei li qed iħabbtu wiċċhom ma' dawn il- każijiet qed jappellaw għal aktar kawtela mill-pubbliku Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta stqarru li fl-Isptar Mater Dei hemm ukoll każijiet ta' persuni pożittivi għal swine flu, apparti dawk li huma pożittivi għal Covid-19 TKOMPLI MINN PAĠNA 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 August 2023